Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 13 il-barranin Iż-żarbuna ta' Xmun Veru għandu platform maż-żarbuna Xmun! Rawh fil-konferenza ta' Ernst & Young liebes platform. Iva Ernst & Young dawk li jiffissaw! Ma nafx kemm hu platform, imma jekk hu hekk x'inhi l-problema miskin? X'hemm ħażin li jkollu daqxejn għajnuna fit-tul? Wara kollox mhux kulħadd għandu d-don tat-tul daqs Konrad Mizzi! Peppi jbiegħ ruħu għaċ- ċikkulata U ejja Pepp, mela insejt il-prinċipji? U b'dik iż-żaqq ma taħsibx li mhux ideali li tipprietka l-kult taċ-ċikkulata? Għax jekk ma tafux, Peppi Azzopardi għamel riklam għaċ-ċikkulata tal- Cadbury. U tafux… kanta kanzunetta ta' Freddie Portelli u spiċċa jżegleg il-patata. Insomma hawn min imut għal flus u hawn min imut għaċ- ċikkulata! U hawn min imut għat-tnejn! Agostino ta' Pawlu n-Nawfragu Tgħidulix li qed naqbad miegħu imma kemm niggustah lil Agostino. Smajt kemm iħobb jintefa' jixrob ġewwa l-bar favorit tiegħu ġewwa l-Belt. Hekk għandu jkun l-iktar meta ma jkollokx x'tagħmel. U aħjar milli toqgħod Marsalforn b'saqajk miftuħin qisek il-pasha. U kif qegħdin fuq il-pasha, ta' min jgħid… nispera li meta jiġu biex jagħmlu monument lil Agostino, ma jagħmlux bħal ma għamlu lil Guido De Marco u jinjorawh. Alan for Kap Iva, smajtu sew, Alan Delia l-partner ta' Georgie Sapiano l-avukat, dak li qatt ma stagħna taħt il-Pinne, qed jaħseb biex jipprova jitfa' ġismu għal post ta' kap. Delia kien minn tal- ewwel li deher fuq in-NET jitkellem kontra l-gvern u ma nafx xiex. Nafu wkoll li bħalma jgħid l-Ingliż, behind every man there is a great woman. Imma f 'dan il-każ partikolari ma nafux kemm huwa minnu li l-mara greater than the man. Olè! First lady tard darb'oħra Mela din li first lady tkun tard qed tibda tinkwetani. Kien hemm esebizzjoni ta' Din l-Art Ħelwa fil-Każin Malti. Il-first lady waslet tard. Iva! Mhux ħames minuti, mhux kwarta, mhux nofs siegħa, mhux tliet kwarti, le, ġiet siegħa tard. U mbagħad biex tgħaxxaq il-Pawlu Pawlin lanqas tgħid 'skużi.' Please Mrs First Lady, naf li dawn li jiġu dawn il-wirjiet huma kollha Nazzjonalisti, imma ma jistax ikun li tagħmilli hekk. Għax twaqqagħni għaż-żuffjet biex ma ngħidx għan-nejk! Iż-żarbuna ta' Xmun Il-warrani ta' Peppi Agostino jintefa' n-Nawfragu Il-first lady Jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq poodle@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Poodle, isem ispirat meta dik il-kerha seba' pesti kienet tgħajjar lil Joseph Muscat, il-kelb poodle ta' Alfred Sant, dak il-bravu l-ieħor li m'għandux il-bajd proverbjali li ma jilbisx parrokka. Il-poodle għandu kitba u preżentazzjoni minn persuni li jekk tkunu tafu min huma ġġibu għajnejkom wara widnejkom. Min jieħu għalih, minn issa niskużaw ruħna u nitolbuh ħniena u kumpassjoni. @poodlemalta Alan Delia bidu jkun qisu maħmuġ u għalhekk jitħalla joqgħod u wara perjodu jiġi msaffi billi jingħadda minn karta ħalli ma jitlifx mit-togħma tiegħu. Barra ż-żejt extra virgin, isiru żjut oħra infużi bil-bżar aħmar u ħwawar oħra ħalli jagħtu togħma differenti waqt l-ikel. "Id-domanda għal dan iż-żejt qed tiżdied għax il-Maltin u l-Għawdxin żviluppaw it-togħmiet tagħhom u saru aktar konxji fuq is-saħħa u jafu jgħarfu prodott ġenwin." Il-Ġigantija żammew l-istess prezzijiet ta' 10 snin ilu fejn iż-żejt minħabba l-kwalità u l-ġenwinità tiegħu hu ogħla mill-prezz medju, iżda meta mqabbel mal-ogħla kwalità ta' żejt Taljan, il-prezz xorta jibqa' ħafna irħas. "Barra hekk aħna lil bdiewa nħallsuhom aktar minn ta' barra għax dawn jaqtgħu ż-żebbuġ bl- idejn." Wara l-intervista mort induq iż-żejt li kien għadu kemm intgħasar u t-togħma kienet waħda eċċezzjonali, fejn tant kien għadu ħaj li ħallieli togħma kemxejn taħraq fil-gerżuma għal ftit ħin.