Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 17 InevItabbIlment, is-sess, kitbet il-ġurnalista tal-espresso Daniela minerva. ma setax jonqos. Is-sess dejjem kien it-tabù tal-Knisja Kattolika. Kien assoċjat dejjem mad-dimonju, mal- korruzzjoni morali u mad- degradazzjoni tas-soċjetà. Il- mira, tista' tgħid, kienu dejjem in-nisa, is-sors tad-dnub u s-seduzzjoni. U għalhekk, is-Sinodu tal-isqfijiet qed jikkonċentra fuq is-sesswalità, il-qagħda tal-koabitazzjoni ta' żgħażagħ fl-età taż-żwieġ li jippreferu jgħixu flimkien milli jiżżewġu formalment. Probabbilment jibżgħu li jekk l-affarijiet imorrulhom ħażin, il-Knisja ma tħollhomx malajr u tħallihom iddisprati, sakemm ma jagħmlux fattihom, jisfidaw l-ortodossija u jinfirdu xorta waħda. Issa biex jiddiskutu l-problemi tas-sess, il-Papa Franġisku sejjaħ biss 24 mara minn preżenza maskili ta' 253 bejn kardinali u isqfijiet. Fost dawk preżenti b'kollox hemm biss 14-il koppja. Xi kredibbiltà jista' jkun hemm meta l-Vatikan jitkellem dwar il-ħtieġa ta' attività pastorali mħallta? Terġa' u tgħid, in-nisa magħżulin għas-sinodu lanqas għandhom id-dritt għall-vot. Dan ikompli jseddaq it- tradizzjoni maskilista li teskludi lin-nisa, minkejja tant provi li Kristu nnifsu kien imdawwar dejjem b'segwaċi femminili. Il-Papa Ġiżwita kompla għaddej bl-interpretazzjoni "teoloġika" ta' misoġinisti bħal Pawlu l-Appostlu, Ambroġju, Agostinu u tant oħrajn li eskludew lin-nisa mill-pastorali tal-Knisja Latina. Franġisku reġa' eskluda lin- nisa mill-assemblea tal-prelati l-aktar għoljin, tal-Isqfijiet u l-Kardinali. Każ ieħor ta' diskriminazzjoni kompleta. Bħallikieku r-reliġjużi m'għandhomx moħħ, mhux kapaċi jaslu għal dixxerniment u għal interpretazzjonijiet teoloġiċi. Probabbilment, wara s-sinodu ta' Ruma mhu se jinbidel xejn. Il-koabitazzjoni se tibqa' n-norma alternattiva; is-sess se jibqa' tentazzjoni sensorja u l-ambitu klerikali se jibqa' dak li hu, li ilu għal sekli sħaħ. Il-liturġija marbuta mas- sesswalità x'aktarx se tibqa' dik li hi, marbuta strettament mal-mottiv tal-produzzjoni. Il-forom tal-"imħabba" umana l-Knisja qatt ma riedet tifhimhom, u baqgħet toħloq, ikkummentat il-ġurnalista tal-Espresso, gaġeġ magħluqin, fejn iseħħu l-fares tal-borġezija ipokrita. Kif mistenni wkoll, is-Sinodu diġà beda jissemma għall-bosta diviżjonijiet li qed joħloq bejn il-konservattivi u l-liberali. Imma din mhix storja li qed isseħħ biss fis-seklu XXI. Il-firdiet u x-xiżmi fil- Kattoliċiżmu dejjem kienu kotrana. U kien hemm min bata sew għall-pożizzjoni li ħa, u ħallas anke bil-ħabs, bis-swat u saħansitra bil-mewt. Meta Tereża ta' Avila riedet tirriformi l-kunventi fi Spanja fis-Seklu Sittax; meta riedet tnaddaf il-monasteri mill-privileġġi aristokratiċi, infetħu l-irwiefen kollha kontrieha. Qalgħu kemm-il kalunja fuqha u fuq il-kollaboraturi tagħha u kellha taħbi l-kitbiet mistiċi. Lill-konfessur tagħha, Gracian de Jeronimo, gidbu fuqu li kien qed jiżfen għarwien quddiem is-sorijiet tal-kunvent, imbagħad jidħol bil-lejl fiċ- ċella, jorqod magħha. Kollaboratur ieħor tal- qaddisa, Juan de la Cruz, poeta mistiku, ħatfuh il-Karmelitani tal-Ordni l-Qadima, sawtuh u xeħtuh il-ħabs. Issa jidher li s-Sinodu se jiftaħ il-kaxxa ta' Pandora wara sekli sħaħ li l-Knisja żammitha maqfula sew b'katnazz mastizz. Irridu naraw x'se jġib miegħu s-Sinodu tal-Pontefice mill- Arġentina. Irid jidher x'saħħa għandu kontra r-reazzjonarji biex jasal għar-riformi li jrid iġib fejn jidħlu l-Kristjani Kattoliċi, fejn tidħol id-duttrina sesswali u fejn tidħol il-ħtieġa tal-bidla biex il-Knisja tfarfar lilha nfisha mit-trab oħxon tal-passat. Ma tistax tibqa' tikkultiva l-valuri u l-preċetti tal-passat. It-temi tas-sess u d-divorzju, skont il-ġurnalista tal-Espresso huma sorpassati. Ir-riskju għall- Papa Ġiżwita hu li ma jinbidel propju xejn u jitgħatta kollox bir-retorika Latinizzata tas- soltu, arida u remota mill-veri preokkupazzjonijiet soċjo- politiċi tal-poplu. Kif jista' jkun li meta d-dinja qed taqbad f 'apokalissi ta' terrur, meta l-bnedmin qed imutu bħad-dubbien, il-Vatikan moħħu fis-Sinodu dwar is- sess u l-koabitazzjoni? X'inhi l-loġika? Wieħed irid jara x'tip ta' "riforma" se jkun hemm wara s-sinodu li l-Papa Ġiżwita, fil- bidu tiegħu, diġà kien qed iwissi lill-Isqfijiet biex ma joqogħdux jargumentaw bejniethom. Dan hu wkoll sinodu tad-dinjitarji, tal-paguni tal-ġerarkija Kattolika. Hu sinodu tal-kontradizzjonijiet, għax filwaqt li Franġisku jisħaq fuq il-Knisja tal-fqar u l-abbandunati, ta' dawk li m'għandhom xejn, is-sinodu fetaħ b'pompa liema bħalha, bi propaganda li tistordik. Għaċ- ċerimonja spettakolari tal-ftuħ, speċjalità tal-Knisja Latina, il-miżerabbli ma kinux hemm. Baqgħu iżolati fil-gabubi tagħhom kull fejn hemm. Kull ma waslilhom (jekk waslilhom) kien diskors li xebgħu jisimgħu, li xebgħu jkunu insolentati bir- retorika vojta tiegħu, diskors li ma jerfagħhomx mill-qigħan tal-art, u mill-kundizzjonijiet soċjali tagħhom. Forsi wara kollox, bit-tamiet kollha tiegħu fejn tidħol Knisja korrotta f 'kull sens tal-kelma, ibda mill-abbuż tal-minorenni u spiċċa fi tbagħbis finanzjarju, il-Papa Franġisku qed jassumi rwol li kien ħa l-qaddis ta' Assisi: "Iblah għal Alla." IL-KAXXA TA' PANDORA L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt meDIaSPOt Minn Mario azzopardi Il-Papa Franġisku... tgħid iblah għal Alla? issa le, tagħtik l-impressjoni li għalih ħela tfisser ħaddiem bieżel fil-KMS li qabel kien impjegat f 'xi Ministeru Nazzjonalista imma mhux nefqa ġdida fuq tliet deputati Laburisti biex imexxu l-isport Malti. Itik x'taħseb li hu rnexxielu jippromowi l-isport bl- istess livell għoli ta' qabel iżda b'anqas flus meta l-fatti juru li huwa mhux iffranka iżda sempliċiment għamel anqas u xxaħħaħ fil-kwalità. Li tiffranka hija ħaġa iżda li ma tagħmilx dak li għandek tagħmel kif suppost hija ħaġa oħra. SportMalta Awards kienu serje ta' attivitajiet li jippromwovu l-isport Malti u jonoraw l-isportivi Matin iżda l-KMS illum għażel li jħalli barra l-istess sportivi li qabel kienu jkunu parti minn din iċ-ċelebrazzjoani. Il-KMS illum jiffranka billi jixxaħħaħ ukoll mas-saħħa u s-sigurtà ta' uliedna għaliex anke l-bibien tal-emerġenza tal-kumplessi sportivi saru jingħalqu bil-ktajjen biex forsi jiġu ffrankati xi ftit ewro minn fuq aktar mezzi oħra ta' sigurtà. Kuntrarju għal-lum, Gvern Nazzjonalista dejjem emmen li mal-kwalità m'hemmx kompromessi. 4. Il-gidba ta' nies żejda li jien allegatament daħħalt lejliet l-elezzjoni ġenerali tant ġiet ripetuta mill-Partit Laburista li issa donnu se tibda titwemmen mill-istess persuni li ħarġet minn fommhom. Kulħadd jaf li taħt Gvern Nazzjonalista l-maġġoranza tal-impjegati fis-segretarjat tal-ministri kienu jiġu minn peruni li kienu diġà impjegati fis-settur pubbliku. Għaldaqstant dawn in-nies kif jispiċċaw is-servizz minn mal- Ministru jew Segretarju Parlamentari tagħhom, normalment l-għada tal- elezzjoni, jerġgħu lura fis-servizz pubbliku fejn hu posthom bi dritt. Dak kien il-każ ta' Angelito Sciberras, l-eks kap tas- segretarjat tiegħi, u oħrajn bħalu li taw servizz kbir lil pajjiżna. Luciano Busttil u Gvern Laburista għażlu li lil dawn in-nies jikkastigawhom bla ebda raġuni billi jittrasferuhom min-naħa għall-oħra. Imma kif stqarr Luciano Busuttil stess dawk l-impjegati li hu rahom żejda u allura tahom transfer ma kinux Laburisti. Fil-fatt lil dawk żammhom u magħhom fil-KMS f 'dawn is-sentejn żdiedu l-Kap tat-Taqsima Sportiva tal- istazzjon Laburista, il-mara tas-Sindku Laburista u l-qariba tal-eks Segretarju Ġenerali Laburista. L-intervista ppublikata fuq l-ILLUM hija ammisjoni ċara li f 'sentejn ta' Gvern Laburista ma sar xejn ġdid fl-isport Malti. L-argumenti tal-Onorevoli Luciano BusuttiIl huma biss tentattiv fqir biex tinstab skuza, anke jekk pwerili, li tiġġustifika dan ix-xejn.