Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Min ħajrek jew min fejn nibtet ix-xewqa li tidħol fid- dinja tal-moda? Kienet Marisa Grima, mill- Aġenzija tal-Immudellar Supernova li ħajritni nibda nimmudella bis-serjetà wara li sabitni fuq Facebook. Kemm ilek issa fix-xena tal- moda? Sentejn. X'inhuma l-unuri li ksibt? L-ewwel kien meta rbaħt il-kompetizzjoni ta' Supernova u tlajt nimmudella f 'Birmingham. Wara sena sħiħa ta' spettakli u photoshoots ġejt innominata mill-Malta Fashion Awards għall-unur ta' Best Female Model of the Year 2014 u rbaħtu. Imma x-xogħol ma waqafx hawn, anzi, kont għamilt audition hawn Malta, irbaħtha u tlajt nikkompeti fil-kompetizzjoni New Model Today f 'Riccione fl-Italja. Hemmhekk irnexxieli nikkwalifika fit-tielet post minn 36 finalista internazzjonali. Kemm għandna opportunitajiet fix-xena tal- moda f 'Malta? Għalkemm Malta żgħira, hawn bosta opportunitajiet fil- qasam tal-moda, iżda wieħed għandu joqgħod attent u jkun ċert ma' min qed jaħdem. Li xi ħadd ikollu aġenzija tajba huwa l-ewwel pedament biex tidħol fix-xena tal-moda. Titħajjar issegwi karriera fil- moda barra minn pajjiżna? Iva! Naħseb li hija x-xewqa ta' kull mudell jew mudella li taħdem internazzjonalment bħal pereżempju f 'Pariġi jew f 'Milan. Xi tfisser għalik il-moda? Fejn jidħlu l-ħwejjeġ, ix-xagħar, iż- żraben eċċ? Liem jiġi l-ewwel għalik minn dawn it-tlieta? Il-moda hija importanti ħafna għalija u hija xi ħaġa li nemmen li kulħadd għandu jsegwiha. Għalkemm jien inħobb ħafna ż-żraben, naħseb li xorta waħda l-ħwejjeġ huma l-aktar ħaġa importanti. Qatt ma jista' jkollok biżżejjed ħwejjeġ! Nixtieq nenfasizza l-fatt li għalkemm għandna nsegwu x'inhu fil-moda, wieħed għandu jara wkoll dak li jkun adattat għall-personalità u l-figura tiegħu. Kellek xi esperjenza tal- mistħija waqt li kont qed timmudella? Ma tantx, għax qabel noħroġ fuq il-catwalk inkun ċerta li jkolli kollox f 'postu. Iżda darba niftakar kelli libsa twila u ftit ikkumplikata, weħlitli t-takkuna magħha u kelli nitbaxxa u nirranġaha u kif tbaxxejt tħarbatli xagħri kollu… kelli nimxi l-kumplament tal-catwalk b'xagħri mħabbel qisu ma ġara xejn. X'inhi l-iktar ħaġa li togħġbok fid-dinja tal-moda? L-ammont ta' nies li tiltaqa' magħhom. Kull spettaklu jew photoshoot li jkollok dejjem tiltaqa' ma' nies ġodda li jinteressaw ruħhom fil-moda u dejjem tibqa' titgħallem affarijiet ġodda. X'inhi l-iktar ħaġa li ddejqek fid-dinja tal-moda? Il-fatt li l-mudelli huma mistennija jkunu rqaq ħafna, mentri fil-verità n-nies li se jilbsu dawn l-istess ħwejjeġ ma jkunux daqshekk irqaq. X'ibikkik? Il-mewt. X'jiffrustrak? Nies li jmeru u ma jkollhomx raġun. X'idaħħkek? Nies li jilbsu ikrah. Jekk ikollok tagħżel kulur li jiddeskrevik, x'tagħżel? U għaliex? Il-maroon, apparti li huwa wieħed mill-aktar kuluri li jogħġbuni, huwa taħlita ta' iswed u aħmar. L-iswed juri li jiena persuna serja u l-aħmar juri li lesta li nieħu riskji fil- ħajja. X'tip ta' mużika tħobb u min huma l-artisti favoriti tiegħek? Jiena l-mużika nħobbha ħafna, fil-fatt inkanta wkoll. Ma naħsibx li għandi tip ta' mużika li ngħid favorita tiegħi għax invarja ħafna fil-mużika li nħobb nisma'. Naħseb il- kantanti favoriti tiegħi huma Jessie J u Christina Aguilera għax dejjem jimpressjonawni meta jkantaw live. Għandek xi fobja? Nibża' ħafna mill-brimb! Ma nafx għaliex! CLAIRE CIANTAR - mudella ta' 18-il sena li rebħet l-unur tal-mudella tas-sena 2014 f 'Mejju. Claire apparti li mudella, tkanta, tilgħab il-basketball u studenta -Università ta' Malta Ħames Minuti ma' Claire Ciantar