Illum previous editions

illum 19 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 27 SportSillum SportSillum Ritratt: Ray Attard Sliema Wanderers jiksbu rebħa kbira kontra Mosta Sliema W .............. 4 Mosta .................. 1 minn Cristian antony musCat Sliema Wanderers kisbu rebħa kbira kontra mosta meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-1. Din il-logħba mmarkat id-debutt tal- kowċ Stephen azzopardi li wara din ir-rebħa ma setax ikollu debutt aħjar. Huma rnexxielhom jagħmlu dan għalkemm lagħbu għal ħin twil b'10 plejers. il- Wanderers irnexxielhom isibu x-xibka meta wara biss 8 minuti logħob Kasas Guy Gnabayou tefa' lil Sliema Wanderers fil- vantaġġ permezz ta' xutt mill-ewwel. It-tim immexxi minn Stephen Azzopardi rdoppja l-iskor ftit sekondi wara l-ftuħ tat-tieni taqsima permezz ta' Fabio Mangiacasale li minn ġol- kaxxa tefa' fix-xibka. Il- Wanderers komplew ikabbru l-marġini tal-iskor fis-56 minuta mir-rebound Kassa Guy Gnabayou mill-viċin tefa' ġewwa, biex skorja doppjetta personali. Dan il-plejer kellu logħba mill- aqwa u fil-fatt bl-iktar mod meritat ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Fit-80 minuta Mosta naqsu għamlu l-iskor iktar rispettabbli permezz ta' xutt mill-bogħod ta' Bojan Kaljevic li approfitta mill- fatt li l-goalkeeper ta' Sliema Wanderers Glenn Zammit kien barra minn postu. Fil- 85 minuta Sliema Wanderers għamlu l-iskor finali 4-1 favurihom permezz tal- plejer Taljan Andrea Pisanu u li niftakruh jilgħab ma' Bologna u Parma fost l-oħrajn li minn penalty għeleb lil Marcos Bernal. Sliema W. - Zammit, Martinelli, Gnabouyou (Muscat 79'), Mintoff , Scerri, Pisanu, Talato, Gatt Baldacchino, Cilia (Xuereb 90'), Mangiacasale, Bianciardi (Potezica 20') Mosta - Bernal, Brincat (Falzon 46') (Brincat 75'), Magro, Farrugia, 19 – I. Grech, 6 – R. Grech, Micallef, Milovanovic, Bueno, Calcado (Jovanovic 59'), Kaljevic Referi - Mario Apap KASSA GUY GNABAYOU Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-1 ta' Diċembru 1989 f'Marsilja fi Franza Ingħaqad ma' Sliema Wanderers matul dan l-istaġun mingħand it-tim Grieg Kalloni Lagħab logħba waħda mat-tim nazzjonali Franċiż ta' taħt il-21 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 October 2014