Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
28 illum Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 SportSillum Ritratt: Ray Attard Qormi .................... 4 Floriana ................ 2 minn Cristian antony musCat Wara li fl-aħħar impenn tagħhom Qormi kisbu rebħa kbira ta' 4-2 kontra Floriana, ilbieraħ huma reġgħu skorjaw erba' gowls fir-rebħa ta' 4-2 kontra Floriana. Din kienet wirja oħra mill-aqwa għal Qormi li tawgura tajjeb għall-kumplament tal-kampjonat għal dan it-tim. Huma rnexxielhom isibu x-xibka għall-ewwel darba fl-20 minuta meta wara li rċieva minn freekick mogħti tajjeb minn Chetcuti, Quatrochi Santos mill-viċin tefa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras. U żewġ minuti biss wara huma rduppjaw l-iskor meta Duncan Pisani tefa' wara t-Taljan Senatore permezz ta' xutt fil-baxx li bħal gowl ta' qablu ntemm fir-rokna tax-xibka. Floriana ħarġu ferm tajjeb fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fis-46 minuta huma rnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor permezz tas-sotitut Isaac Galea li mill-viċin tefa' fix-xibka. Iżda 20 minuta wara Qormi komplew jiskorjaw meta wara azzjoni personali Ryan Micallef tefa' fix-xibka. Iżda Floriana rrispondew tajjeb u żewġ minuti wara dan il-gowl huma rnexxielhom isibu x-xibka meta Piciollo antiċipa bir- ras lill-goalkeeper Farrugia, bil-ballun jispiċċa f 'saqajn Vito Plut li niftakruh jilgħab ma' Maribor fis- Slovenja u li mill-viċin ma kellux diffikultà biex ikompli għal ġewwa. U fis-86 minuta kellna naraw l-aħħar gowl fil-logħba meta n-Niġerjan Alfred Effiong tefa' wara Senatore permezz ta' xutt tajjeb bil- ballun jintemm fir-rokna tax-xibka. Qormi- Farrugia, Bondin, Quatrochi Santos, Vella (Cassar 46'), Pisani, Chetcuti, Micallef (Farrugia 77), Levnaic, Bruce, Effiong, Mazzetti Latini (Bondin 62') Floriana - Senatore, Scicluna, Moreira Cobo, Pisani, Borg (Briffa 51'), Plut, Piciollo, G. Galea (I. Galea 46'), Farrugia, Muir (Marcelina 67'), Bonnici Referi - Sandro Spiteri ANDERSON MICHELE QUATROCHI SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Ingħaqad ma' Qormi matul is-sajf li għadda Erba' gowls oħra minn Qormi fir-rebħa kontra Floriana