Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 29 SportSillum Sitt gowls u spettaklu sħiħ bejn Żebbuġ u Naxxar Żebbuġ. ......................3 Naxxar .......................3 minn Cristian antony musCat Fil-konFront bejn Żebbuġ rangers u naxxar lions rajna sitt gowls u spettaklu sħiħ hekk kif din il-logħba offriet emozzjonijiet diversi tul id-90 minuta sħaħ. Għal naxxar lions iddebutta Jesmond Zerafa bħala kowċ. tajjeb ngħidu li dan kien it-tielet parità ta' 3-3 għal Żebbuġ rangers matul dan l-istaġun li fih għadhom ma rnexxielhomx jiksbu t-tliet punti. Dan juri biċ- ċar il-qabża li hemm bejn il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u l-kampjonat Premier hekk kif niftakru li Żebbuġ rangers telgħu jilagħbu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti matul dan l-istaġun. Kienu Żebbuġ Rangers li fetħu l-iskor permezz ta' Britto li mill-viċin tefa' ġewwa wara li kien irċieva mingħand Matias Muchardi. Iżda fit-22 minuta Naxxar Lions ġabu l-iskor indaqs meta l-attakkant prolifiku Gilmar da Silva Ribeiro tefa' ġewwa permezz ta' xutt b'saħħtu minn distanza konsiderevoli. Huma skorjaw gowl ieħor seba' minuti biss wara meta Daren Falzon mill-viċin tefa' fix-xibka. U 10 minuti wara Naxxar Lions rebħu penalty li minnu l-plejer mis-Senegall Pape Gueye ma żbaljax. Fis-47 minuta Naxxar Lions spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Andrew Scicluna u fit-63 minuta Żebbuġ Rangers rebħu penalty li minnu nkariga ruħu l-BOV Plejer tal-Logħba Carlo Gordon Monti li ma żbaljax. Għaxar minuti wara Żebbuġ Rangers reġgħu sabu x-xibka biex irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta Carlo Gordon Monti għadda lejn Bojan Mamic li permezz ta' lob sabiħ tefa' fix-xibka. Żebbuġ Rangers - Farrugia, Camilleri, Diaz Serrano, Gauci, Borg, Gauci, Muchardi, Monti (Mamic 55'), Britto (Ciantar 90'), Agius (Nwoba 46'), Polli Naxxar Lions - Azzopardi, Cassar, Da Silva Ribeiro, Del Negro, Uzeh Edafe (Bellia 63'), Edet, Falzon (Mbachy Eminike 71'), Gueye, Reano, Scicluna, Vella Referi - Adrian Azzopardi CARLO GORDON MONTI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-10 ta' Lulju 1990 fi Glasgow, l-Iskozja Fil-karriera tiegħu lagħab mat-timijiet Skoċċizi Dundee United u Celtic fost oħrajn Ingħaqad ma' Żebbuġ Rangers matul is-sajf li għadda L-ebda rebbieħ fid-Derby tan-Nofsinhar Hibernians ......... 1 Tarxien .............. 1 minn Cristian antony musCat FiD-DErby tan- nofsinhar bejn ir-rivali Hibernians u tarxien rainbows, ma rajna l-ebda rebbieħ hekk kif dan il-konfront intemm f 'parità ta' 1-1. b'hekk din kienet l-ewwel logħba matul dan l-istaġun li fiha Hibernians ma ħarġux rebbieħa. kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota meta tentattiv minn cross insidjuż ta' Dias ġie evitat mill-goalkeeper Cini b'diffikultà. Fl-24 minuta tentattiv minn frekkick tal- ispeċjalista Failla ħoloq taħwida fil-kaxxa tar- Rainbows, bil-ballun jispiċċa f 'saqajn Bjorn Kristensen li ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Cini. Fis-36 minuta l-Pawlisti fetħu l-iskor permezz ta' Clayton Failla permezz ta' freekick mill-isbaħ li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Cini. It-tim minn Raħal Ġdid mar viċin li jirdoppja l-iskor fid-39 minuta meta Edison Luis dos Santos minn qagħda tajba tefa' għoli. U tliet minuti biss wara Tarxien Rainbows irrispondew permezz ta' Rodrigues Silva li ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi ftit barra. Fl-64 minuta Hibernians spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Brażiljan Marcelo Dias wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Fil-75 minuta Tarxien Rainbows ġabu l-iskor indaqs meta Wesley Lima Silva wara li rċieva mingħand Lopes Pereira, mill-qrib tefa' ġewwa. Iżda l-istess plejer ma tantx dam jiċċelebra dan il-gowl hekk kif wara xi mossi li għamel safa mkeċċi mir-referi Marco Borg. Hibernians - Bonello, Gomes (Lima 66'), Soares, Dias, Cohen (Degabriele 89'), Kristensen, Bezzina (Pearson 55'), Failla, Agius, Dos Santos, Da Silva Pereira Tarxien R. - Cini, Bugeja, Rodrigues Silva (Caruana 90'), Barbosa Viana (Farrugia 90'), Caruana, Lima Silva, Sammut, Cini, Tabone, Lopes Pereira, Santos Silva (Aboulezz 46') Referi Marco Borg ALVARO ANDRE RODRIGUES SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-14 ta' Novembru 1989 f'Paulista fil-Brażil Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Huwa wieħed mill-akkwsiti li għamlu Tarxien Rainbows matul dan is-sajf Jason Vella jimpressjona fil-maratona taċ-ċikliżmu fuq l-Etna Dan l-aħħar grupp ta' ċiklisti ħadu sehem fit- tmien edizzjoni tal-Etna Marathon 2014. Din il-maratona hija tellieqa uffiċjali fil- kalendarju Taljan li hija twila 74 kilometru li jinkludu 2,560 metru ta' tlajja fil- widien famużi tal-Etna karatterizzati mit-trakka mimlija rmied u lava. Iċ-ċiklisti Maltin kollha li ħadu sehem irnexxielhom jispiċċaw it-tellieqa. Jason Vella kien l-ewwel wieħed mill-Maltin li spiċċa t-tellieqa, il-31 minn 283 parteċipant. Vella, li beda t-tellieqa tajjeb ħafna, żamm il-pass maċ-ċiklisti ta' quddiem sa nofs il- korsa. Eventwalment huwa ġie sforzat inaqqas il-pass tiegħu u tilef il-pożizzjonijiet minħabba problema ta' deidrazzjoni. Vella rreġistra wkoll l-aqwa ħin miksub minn ċiklist Malti f 'dan l-avveniment. Iċ-ċiklisti l-oħra spiċċaw hekk: Maurice Formosa fit-78 post, Mark Bonnici 93, Jeffrey Borg 110, Patrick Scicluna 126, Paul Zarb 128. It-tellieqa ntrebħet minn Franz Hofner. Jason Vella fl-azzjoni waqt il-maratona taċ-ċikliżmu fuq l-Etna