Illum previous editions

illum 19 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 SportSillum Sergio Aguero jiskorja erbgħa u jfalli penalty fir-rebħa ta' Manchester City Manchester city ġewwa darhom fl- etihad stadium għelbu lil tottenham hotspur bl-iskor ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu kollha minn sergio aguero fejn tajjeb ngħidu li l-istess plejer arġentin falla penalty fit-32 minuta. Min-naħa l-oħra l-gowl għall-ispurs wasal mid- Daniż christian eriksen wara kwarta logħob. Arsenal ġewwa darhom ġew miżmuma b'parità ta' 2-2 minn Hull City bil- gowls għal Gunners jaslu minn Alexis Sanchez u Danny Wellbeck waqt li ż-żewġ gowls għal Hull City waslu minn Mohamed Diame u Abel Hernandez. Chelsea barra minn darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 2-1 bil- gowls għalihom jaslu minn Oscar u Cesc Fabregas waqt li l-gowl waħdieni għal Palace wasal minn Fraizer Campbell fid-90 minuta. Everton ġewwa darhom għelbu lil Aston Villa bl- iskor ta' 3-0. Irnexxielhom isibu x-xibka għalihom il-plejers Jagielka, Lukaku u Coleman. West Ham United barra minn darhom kisbu 3 punti prezzjużi meta għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Sakho, Valencia u Cole waqt li l-gowl uniku għal Burnley fil-logħba wasal minn George Boyd. F'logħba oħra Southampton ġewwa darhom umiljaw lil Sunderland meta rebħulhom bl-iskor kbir ta' 8-0 bil-gowls għalihom jaslu minn awtogowl ta' Vergini, dopjetta tat-Taljan Pelle, awto-gowl ieħor minn Bridcutt, u gowls oħra minn Jack Cork, Tadic, Wanyama u Mane. Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park għelbu l-isfida ta' Leicester City meta għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl waħdieni tagħhom fil- logħba jasal minn Gabriel Obertan fil-71 minuta. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 18 ta' Ottubru Manchester C. vs Tottenham H. 4-1 Arsenal vs Hull C. 2-2 Burnley vs West Ham U. 1-3 Crystal P. vs Chelsea 1-2 Everton vs Aston V. 3-0 Newcastle U. vs Leicester C. 1-0 Southampton vs Sunderland 8-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 14:30 QPR vs Liverpool 17:00 Stoke C. vs Swansea C. It-Tnejn 20 ta' Ottubru 21:00 WBA vs Manchester U. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 18 ta' Ottubru Roma vs Chievo V. 3-0 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 12:30 Fiorentina vs Lazio 15:00 Atalanta vs Parma 15:00 Cagliari vs Sampdoria 15:00 Hellas Verona vs AC Milan 15:00 Palermo vs Cesena 15:00 Torino vs Udinese 20:45 Inter vs Napoli It-Tnejn 20 ta' Ottubru 20:45 Genoa vs Empoli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 October 2014