Illum previous editions

illum 19 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 Permess sal-4am f 'żona residenzjali Residenti fi triq Juan B. Azzopardi fl-isla ilhom bil-problemi minħabba bar li ngħata permess li jibqa' miftuħ sal-4am għal 10 snin sħaħ. eżatt mill-24 ta' novembru 2004 meta dan il-bar f 'żona residenzjali ngħata estensjoni biex jibqa' miftuħ sas-sigħat bikrin. Ir-residenti fosthom anzjani rrapurtaw din l-inġustizzja lill-pulizija għax mhux wisq normali li liċenzja bħal din tingħata f 'żona residenzjali. Kien hemm drabi li l-ilmenti ta' dawn l-anzjani waqgħu fuq widnejn torox. Tant li dawn ir-residenti spiċċaw biex irrikorrew għand l-Ombudsman u minn hemm saru jafu l-verità minfejn ħareġ il-permess. Permess li ġie approvat mill-uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari ta' Edwin Vassallo f 'Novembru tal- 2004. Ir-residenti li tkellmu ma' dan il-ġurnal qalulna li huma m'għandhom xejn kontra sid il-bar għax dak għamel li jaqbel għalih u għamel sew li talab il- permessi meħtieġa. Iżda huma diżappuntati għaliex il-Pulizija ma kkoperawx mill-ewwel u kellu jidħol l-Ombudsman biex saru jafu l-verità kollha, dik li d-dipartiment tal-liċenzji kummerċjali qatt ma talab lill-Kummissarju għal xi rimarki dwar l-estensjoni. Sadattant l-ILLUM tkellem mal-eks Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fuq il-każ li qalilna li bħala każ individwali ma jiftakrux, iżda qalilna li dak li ġara lil dawn ir-residenti ġara lil ħafna oħrajn għax dik kienet proċedura għal ħafna ħwienet dak iż- żmien. Edwin Vassallo qalilna li fi żmienu kienet saret proċedura li jitneħħa l-kunsens tal-ġirien għax il-permess ta' żvilupp maħruġ mill-MEPA kien biżżejjed. Vassallo kompla jgħid li skont il-proċedura d-dipartiment tal-liċenzji dejjem kien jintbagħat lill- pulizija biex jagħtu r-rimarki tagħhom u ma jafx kif f 'dan il-każ dan ma sarx. Edwin Vassallo qal li meta ħarġu dawn il-permessi kien hemm min ma ħax gost bihom u dan tellfu xi ftit mill-popolarità fost ir-residenti milquta, iżda kompla jgħid, "li kieku dawn il-bidliet ma twettqux kieku huma l-ħafna bars li huma magħluqin jew ma nfetħux." Hu temm jgħid billi tenna li żgur hu li dan il-każ mhux darba fil iżda proċedura għal kulħadd. L-istorja bdiet eżatt f 'Awwissu 1998 meta dak iż-żmien kien għadu jeżisti l-kunsens mill-ġirien magħrufa aħjar bħala n-neighbour's consent, jiġifieri fejn dawk ir- residenti li jkunu joqogħdu fejn l-istabbilment li jkun se jiftaħ viċin tagħhom jgħaddu l-oġġezzjonijiet tagħhom jew jastjenu. Għalkemm jekk ma taqbilx jew toġġezzjona ma jfissirx li l-permess ma joħroġx. Fil-fatt dak iż-żmien kien hemm min astjena iżda l-permess ħareġ sal-11 ta' billejl għal bar. Interessanti li wieħed ikun jaf li fl- amministrazzjoni li għaddiet tneħħiet din tal-kunsens tal-ġirien u llum lanqas biss tkun taf xi stabbiliment se jiftaħ ħdejk u ta' xiex inhu. Is-sid oġġezzjona fil-qorti biex il-permess jiġi estiż u fit-30 ta' Novembru 2011 kien hemm digriet mill- qorti li tgħid li dan il-bar kellu konċessjoni għall- imwejjed barra sas-1am, però skont il-ġirien qalulna li dan l-avviż ġie injorat u l-imwejjed kienu jibqgħu barra bin-nies fuqhom sas- sigħat bikrin ta' filgħodu, taħt il-gallariji tagħhom. Kien hemm drabi li l-pulizija marru jneħħu n-nies minn fuq l-imwejjed wara s-1am u kien hemm drabi li r-rapporti waqgħu fuq widnejn torox. Sadattant fil-21 ta' Frar 2013 inkitbet ittra uffiċċjali lil Ombudsman fejn ġie rappurtat li ittri reġistrati lil pulizija bil-mistoqsija lill-Kummissarju tal- pulizija jekk kienx hemm aprovazzjoni mill-pulizija dwar l-imsemmi bar li jkollu l-ħin estiż sal-4am baqgħu ma tweġbux. Fl-4 ta' April 2013 is-supretendent Carmel Bonello kiteb lill-investigatur Uffiċċjali tal-Ombudsman fejn qallu li d-dipartiment tal-liċenzji kummerċjali fi ħdan il- Ministeru tal-kompettitività u komunikazzjoni qatt ma talab għal rimarki mill- Kummissarju tal-Pulizija fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan il-ħanut biex jingħata estensjoni tal-ħinijiet mis-1 sal-4 ta' filgħodu. Iżda jidher li anke jekk il- pulizija ma kinitx infurmata, inħareġ permess fl-24 ta' Novembru 2004 wara li mill-uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari ta' Edwin Vassallo approva biex dan il- bar ikollu l-ħinijiet tal-ftuħ estiżi sal-4am u bil-barka tal-Awtorità tat-Turiżmu li kitbet uffiċjalment li ma kellha l-ebda oġġezzjoni fuq din l-estensjoni. Ir-residenti jixtiequ jkunu jafu għaliex Edwin Vassallo dak iż-żmien Segretarju Parlamentari jew aħjar l-uffiċċju tiegħu għażel li japprova permess li bar f 'żona residenzjali jibqa' miftuħ sal-4am b'detriment għar-residenti ħafna minnhom anzjani. Ir-residenti qed jitolbu li ssir ġustizzja ma' min iddeċieda anke minn wara dahar il-Kummissarju tal-Pulizija. Dan il-ġurnal għandu f 'idejh id- dokumenti kollha ta' dan li nkiteb hawn u ħafna iżjed. SENIOR POLICY OFFICER Dan il-permess ġie approvat minn Edwin Vassallo f 'Novembru tal-2004 Ikompli t-tiġdid fil-PN il-Pn ħabbar fi stqarrija lbieraħ li qed jappunta lil Brian st John bħala l-Kap eżekuttiv ta' Media.link Communications. "Dan hu pass ieħor li qed ikompli jġedded il- Partit Nazzjonalista u jikkumplimenta t-tibdil li qed isir fid-diversi strutturi fejn matul l-aħħar sena anke rajna l-mezzi tax- xandir tal-partit lura għal stabbilità finanzjarja" qal il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Hu kompla jgħid li l-pass li jmiss hu li l-mezzi tax-xandir Nazzjonalista jkomplu jirfinaw fuq il- kontenut u l-kwalità tal- prodott. St John beda l-karriera professjonali tiegħu fl-1992 fil-MITA. Fl-2003 kien appuntat rappreżentant tal-Gvern fil-European Strategy for the Mobility of Researchers across The European Research Area fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Bejn l-2004 sal- 2008 serva bħala Kordinatur politiku fis-segretarjat privat tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Filwaqt li minn Settembru 2008 sa Mejju 2014 kien il-Kap Eżekuttiv għall-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi. Brian St John – CEO tal-Media.Link

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 October 2014