Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 31 SPORTSillum ISSA ONLINE .COM.MT NHAR il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi fetħet l-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2014/15 bl-ewwel attività mis-Sezzjoni tal-Muturi Enduro li ġiet organizzata ġewwa barriera tal-qawwi fil- Fawwara. Dan kien possibbli grazzi għas- sidien tal-post Schembri Barbros u Polidano Group li komplew jagħtu l-appoġġ tagħhom lill- Għaqda ASMK. Intant nagħtu ħarsa ħafifa lejn din il-ġurnata fejn 25 kompetitur b'muturi Enduro u Motocross irreġistraw għal din l-attività. Dawn kienu maqsumin f 'żewġ klassijiet: dawk fil-Klassi A li jsuqu muturi b'ċilindrata sa 250cc u Klassi B għall- muturi b'ċilindrata ikbar minn 250cc. Il-korsa temporanja kienet twila 3.8 kilometri u kienet tinkludi passaġġi u mogħdijiet fejn jgħaddi makkinarju tal-barriera kif ukoll kanali mimlija bl- ilma tax-xita. It-taqtigħa fi Klassi A kienet taqtigħa ferm missielta mal-arloġġ bejn il-kompetituri iżda interessanti waqt it-tliet tiġrijiet tal-ġurnata. Carmelo Borg fuq Suzuki issielet ma' Joseph Scicluna fuq Mutur Honda fi Klassi A fejn b'differenza minima Scicluna rreġistra ħin ta' 5 minuti 27.34 sekondi waqt li Borg irreġistra ħin ta' 5 minuti 27.74 sekondi. Scicluna għalaq il-ġurnata fl-ewwel post segwit minn Borg waqt li t-tielet post intrebaħ minn Edward Ciantar fuq Kawasaki b'ħin ta' 5 minuti 41.22 sekondi. Fi Klassi B għall-muturi ikbar minn 250 ċilindrata rajna lir-rebbieħa tal- istaġun li għadda jerġgħu jiddominaw din il-klassi. Matthew Gauci fuq mutur KTM 300cc irreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta' 5 minuti 16.39 sekondi u spiċċa rebaħ din il-klassi. Gauci kien segwit minn James Zahra fuq mutur Yamaha 250cc li rreġistra l-aħjar ħin ta' 5 minuti 21.35 sekondi u rebaħ it-tieni post f 'din il-klassi. It-tielet post intrebaħ minn Alex Sant Fornier fuq mutur KTM 450cc b'ħin ta' 5 minuti u 32.10 sekondi. Il-Klassifika 'Overall' tal- ġurnata ġiet mirbuħa minn Matthew Gauci li rreġistra l-aħjar ħin tal-ġurnata u rebaħ ukoll l-ewwel 20 punt għal dan l-istaġun. Dan kien segwit minn James Zahra li rreġistra t-tieni l-aħjar ħin. Gauci u Zahra kienu segwiti minn Joseph Scicluna u Carmel Borg li għalqu l-ġurnata fit-tielet u r-raba' l-aħjar ħinijiet rispettivament. Attività oħra bis-Sezzjoni Enduro se ssir nhar il- Ħadd 9 ta' Novembru u se ssir fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f 'Ta' Qali. Intant din il-ġimgħa se tkun waħda ferm impenjattiva għall-ASMK bil-karozzi tal- Autocross. Dawn sa tmiem il-ġimgħa kellhom jgħaddu minn idejn l-iScrutineer biex setgħu jikkompetu fl- ewwel attività li se ssir illum. Dan il-programm bil-karozzi Autocross jibda f 'nofsinhar fil-Korsa ta' Ta' Qali. Barra din l-attività bil- karozzi l-Assoċjazzjoni se tkun impenjata bis- sezzjoni Trials. Din is- sezzjoni mistennija tiftaħ il-Kampjonat 2014-15 bl- ewwel kompetizzjoni fil- Barriera tal-Blokrete Ltd fin-Naxxar. Il-programm tat-Trials jibda fid-9am. Illum ukoll is- sezzjoni Motocross se tagħmel kompetizzjoni 'Pre-Championship' ġewwa Għawdex. Dan huwa possibbli wara l-manutenzjoni li saret fuq il-korsa tal-muturi fin- Nadur mill-Assoċjazzjoni ASMK f 'Settembru li għadda. Din l-attività 'Pre- Season Race' fuq il- korsa tal-muturi fin- Nadur Għawdex se tiġi organizzata mill-ASMK kemm għas-sewwieqa Maltin u Għawdxin tal- Motocross. Il-programm jibda f 'nofsinhar. Illum ukoll żewġ membri tal-ASMK liċenzjati biex isuqu fil-Kampjonati FMI se jmorru jikkompetu f 'tiġrija Enduro Specjali. Andrew Cassar u Mathieu Salomon se jikkompetu bħala żewġ membri imma bħala Tim Malti fit-tiġrija Enduro għal sewwieqa koppji. Din l-attività '2 Ore di Coppie' se ssir f 'Marina di Ragusa (SR) mill-Moto Club Scicli – Ragusa. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org. mt NHAR il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi fetħet It-taqtigħa fi Klassi A kienet taqtigħa ferm missielta mal-arloġġ it-tieni post f 'din il-klassi. It-tielet post intrebaħ minn Alex Sant Fornier fuq Joseph Scicluna u Carmel Borg li għalqu l-ġurnata fit-tielet u r-raba' l-aħjar Il-Karozzi u l-Muturi tal- ASMK f 'Malta, Għawdex u Sqallija Il-ġimgħa li ġejja se tkun waħda impenjattiva għall-ASMK