Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
32 illum Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 SportSillum Organizzata mir-royal Malta Yacht Club, ir-rolex Middle Sea race hija tellieqa ta' 608 mili li bdiet ilbieraħ fil-Port il-Kbir Din is-sena se tara l-akbar flotta fis-46 sena tal-istorja tat-tellieqa. in-numru ta' jottijiet li qegħdin jikkompetu jammontaw għal fuq minn 120. Dawn itajru l-bnadar ta' 24 pajjiż u jinsabu jikkompetu f 'waħda mill- isbaħ tlielaq tal-ibburdjar fid-dinja. ippustjati minn tarf sa tarf, il-flotta tifforma linja impressjonanti ta' jottijiet, li ttul 1,800 metru, darbtejn ogħla mill-magħruf Burj Khalifa, l-ogħla bini fid- dinja li qiegħed f 'Dubai. tibda u tispiċċa f 'Malta, il-korsa, tara l-jottijiet jerħulha lejn Sqallija u gżejjer tal-madwar tagħha. il-flotta internazzjonali ta' jottijiet jinsabu ekwipaġġati minn taħlita ta' baħħara ta' kalibru kbir fosthom atleti li kkompetew fl- Olimpjadi, americas Cup, u tlielaq oħra madwar id-dinja. Hemm ukoll baħħara li għalkemm mhumiex klassifikati fuq livell professjonali, huma kkunsidrati ta' kalibru għoli fejn jikkompetu regolarment f 'dawn it-tip ta' tlielaq. godwin zammit, Commodore tar-royal Malta Yacht Club, ikkummenta dwar is- suċċess tar- rolex Middle Sea race. "L-interess fit-tellieqa beda jikber minn sena għal oħra u b'aktar minn 20 % fuq id-dħul rekord tas- sena li għaddiet, ir-royal Malta Yacht Club organizza rmiġġi addizzjonali għall- jottijiet li ġew Malta għat- tellieqa. Minbarra l-irmiġġi fir-royal Malta Yacht Club, jottijiet ġew akkomodati fil-Port il-Kbir u postijiet oħra f 'Malta. Ħafna mill- atleti ġew akkumpanjati minn familjari u ħbieb u nistmaw tajjeb li aktar minn elf ruħ se jkunu żaru Malta f 'dan iż-żmien. Hemm bosta raġunijiet għaliex it-tellieqa saret tant popolari. ir-royal Ocean racing Club għandu assoċjazzjoni twila mat- tellieqa u li issa hija parti mill-punti prinċipali tal- istaġun tagħhom. Ħafna mit-18-il jott li jkunu ġejjin mill-gran Brittanja qed jagħmlu hekk għal dik ir-raġuni. Barra minn hekk hemm kontinġenti qawwija mill-italja fejn dawn għandhom 33 jott. Madankollu, mingħajr dubju l-aktar influwenza importanti fuq is-suċċess tat-tellieqa huwa l-prestiġju u l-prominenza assoċjati mal-appoġġ kontinwu mir- rolex, li għalihom ir-royal Malta Yacht Club huma estremament grat." il-favoriti għall-Honours Line hija l-Maxi Esimit Europa 2, ta' igor Simcic. it-tim Ewropew, immexxi minn Jochen Schumann, rebbieħ ta' medalja tad- deheb Olimpika, għal tliet darbiet, se jkun qed jipprova jieħu l-unuri għar- raba' darba. għar-rebħa ġenerali, tnejn mill-aħjar 72s Maxi li x'aktarx imorru ras imb ras bħala favoriti huma ran V tal-isvediż niklas zennstrom u Shockwave tal-american george Sakellaris. it-tnejn huma ekwipaġġati mill-aqwa baħħara professjonali u ta' klassi dinjija. ir-rebbieħ globali tas-sena l-oħra, B2, immexxi minn Michele galli, se jirritorna biex jiddefendi t-titlu mirbuħ is-sena l-oħra. B'kollox, 11-il jott Malti qed jieħu sehem. is-sena li għaddiet, kien hemm battalja intensa bejn żewġ jottijiet b'konklużjoni drammatika tirriżulta f 'Oiltanking Juno ta' Sönke Stein tirbaħ il-klassi tagħha, bi tliet minuti vantaġġ fuq XP-aCt Bank Sails ta' timothy Camilleri. iż-żewġ jottijiet se jkunu qegħdin jikkompetu din is-sena mill-ġdid. Fl-2013 Oiltanking Juno kienet l-ewwel dgħajsa Maltija li rebħet il-klassi kemm irC u OrC. il-Jott Malti li kiseb l-aktar suċċess fl-era moderna wkoll qed itellaq. Fl-2011, artie, ta' Lee Satariano, li tellaq flimkien ma' Christian ripard rebaħ it-tellieqa globali. ta' min jinnota li l-ekwipaġġ kien kollu Malti. artie rritorna fit-tellieqa din is-sena b'possibiltajiet ta' rebħ. Madankollu, l-aħħar sena l-aħjar jott Malti kien Otra Vez ta' aaron Edward gatt Floridia. rear Commodore, royal Malta Yacht Club, arthur Podesta kkompeta f 'kull edizzjoni tat-tellieqa u qed jikkompeti bil-First 45 tiegħu, Elusive ii BOV. għal David Pizzuto din hija l-11-il tellieqa. Huwa qal li jinsab ħerqan biex itellaq b'geisha. "Fi ftit kliem din it-tellieqa tagħmilni kburi. Hija xi ħaġa kbira li tkun parti minn din it-tellieqa li hija, probabilment waħda mill-aqwa tlielaq fid-dinja." tliet veterani Maltin qegħdin jikkompetu fil- Klassi Double Handed. anthony Camilleri se jtellaq bl-aC Marine tango for two u din hija l-15-il tellieqa tiegħu. Matthew Scicluna, wieħed mill- iżgħar atleti, qed itellaq bil- Maltese Falcon ii, għad-9 darba u Peter Ellul Vincenti qed itellaq b'Manana għas-6 darba. Tibda l-35 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race b'rekord ta' parteċipanti