Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 33 SportSillum Keith Galea champion ta' Malta tat-triathlon għar-raba' darba L-atLeta ta' Birkirkara St Joseph, Keith Galea, reġa' kkonferma li huwa l-aqwa triatleta Malti bħalissa billi rebaħ it-titlu ta' Champion ta' Malta tat-triathlon għar-raba' darba fil-karriera tiegħu. Il-Ħadd 12 ta' Ottubru il-Federazzjoni Maltija tat- triathlon organizzat is-26 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tat-triathlon li saru l-Marfa. atleti mir- Renju Unit, Polonja u mill-afrika ta' Isfel ħadu sehem f 'din it-tellieqa imma l-attenzjoni kienet kollha fuq iż-żagħżugħ, Keith Galea li kien determinat li jiddefendi t-titlu. Fl-għawma ta' 1.5km li saret fil-bajja tal-Marfa, Galea mar mal-ewwel fuq quddiem biex jiftaħ vantaġġ tajjeb mill-ewwel. Kien Graham Borg biss li żamm ma' Galea fl-ewwel dawra imma fit- tieni dawra Galea żied il-pass fejn fetaħ vantaġġ kbir fuq l-eqreb rivali tiegħu li kienu se jisfidawh għat-titlu. Huwa għamel l-għawma ta' 1.5km f 'ħin tajjeb ħafna ta' 21.29. Fit-tranżizzjoni ta' bejn l-għawma u r-rota Galea pprova jgħaġġel kemm jista' biex jiggwadanja iktar sekondi. Fuq ir-rota Galea beda jsuq tajjeb ħafna imma fl-aħħar 15-il km Fabio Spiteri li tela' fit-tieni post beda jnaqqas id-distakk tiegħu minn ma' Galea. F'dan il- mument Galea żamm kalm u kompla bil-pass tiegħu biex iħalli kemm jista' jkun enerġija għall-ġirja. Galea għamel l-40km rota fuq il- korsa tal-aħrax tal-Mellieħa f 'ħin ta' 1.04.51. Avolja kellu vantaġġ tajjeb, Galea kompla jagħfas fil-ġirja ta' 10km biex iżid fil-vantaġġ li kellu. Kien mument iebes għall-atleti għax is-sħana bdiet tinħass imma xorta waħda Galea rnexxielu jkabbar il-vantaġġ li kellu biex rebaħ il-Kampjonat għar-raba' darba fil-karriera tiegħu f 'ħin ta' 2.06.01, bl-aħjar ġirja tal- ġurnata ta' 37.38. Ikkuntattjat minn dan il- ġurnal Galea kien kuntent ħafna bir-rebħ tar-raba' kampjonat. Huwa qal li din it-tellieqa hija speċjali għalih għax kien wara l-Kampjonat tal-1998 li ddeċieda jibda Triathlon u li jirbaħha għar- raba' darba huwa mument emozzjonali ħafna. Kienet tellieqa vera diffiċli għalih u s-sħana kompliet tagħmilha iktar diffiċli imma xorta waħda żamm kalm u baqa' kkonċentrat biex jirbaħ it- tellieqa li l-iktar iħobb. Kien staġun mill-aqwa għal Galea fejn rebaħ it-titlu tat-triathlon għar-raba' darba, it-titlu tad- duathlon għat-tieni darba, it- titlu tal-aquathlon, it-titlu tal- Birkirkara St Joseph Triathlon Series għal rekord ta' seba' darbiet, l-unur tat-triatleta tas-sena għas-sitt darba fejn laħaq ir-rekord ta' ħuh Dermot u li ntagħżel għal- Logħob tal-Commonwealth. Keith Galea xtaq jirringrazzja lil ħuh u kowċ tiegħu Dermot Galea fejn qal li huwa unur kbir għalih li jkompli jimxi l-passi tiegħu u li jikkunsidrah bħala l-aqwa triatleta Malti li kien hawn, lill-kowċ tal-għawm tiegħu Catalon Stan li grazzi għalih l-għawma għamlet qabża ta' kwalità kbira, lill-ġenituri tiegħu u lill-ġenituri tal- mara għall-appoġġ li jtuh f 'kull tellieqa. Keith xtaq jirringrazzja wkoll lill- isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon u lil Starbene Sports Nutrition Shop tal-Mosta, lil klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation, lill-Kunsill Malti għall-Isport u lill-Kumitat Olimpiku Malti tal-appoġġ li tawh matul dan l-istaġun. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Keith Galea xtaq jirringrazzja lill-iktar persuna importanti għalih – lill-mara tiegħu Elizabeth. Elizabeth hija l-unika persuna li taf minn xiex għadda Galea matul is-sajf li għadda – mit-tbatija li kellu jgħaddi minħabba t-taħriġ intensiv li kellu matul din is-sena speċjalment f 'ġimgħat partikolari fejn għamel 35 siegħa ta' taħriġ f 'ġimgħa u kien xorta jitħarreġ avolja ġismu ma kienx jiflaħ ikompli, imma kien grazzi għaliha li ispiratu biex b'determinazzjoni kbira jkompli jitħarreġ biex jilħaq fejn irid. Keith Galea fl-azzjoni Ikompli d-dominju assolut ta' Samuel Bartolo fit-table-football lokali L-MWA tipparteċipa fis-seba' edizzjoni tal- Kampjonat tal-Weightlifting fis-Serbja FIL-FIStF International Open, li nżamm fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f 'kazin tal-banda ġewwa Ħaż-Żebbug, Samuel Bartolo u andrew abela, li t-tnejn huma membri tal-Valletta Subbuteo Club ħarġu rebbieħa fil-kategoriji rispettivi tagħhom, b'wirjiet stupendi u riżultati komdi, biex xejnu kull sfida fit-triq lejn dan l-unur. Fil-kategorija Open, għal Samuel Bartolo, dan kien il- 11-il suċċess Internazzjonali fil-karriera tiegħu, fejn rebaħ unuri f 'diversi pajjiżi Ewropej, fosthom Franza, il-Belġju u anki Wales. Biex jgħaddi mill-grupp tiegħu, għal Samuel kien diġà iebes, u għalkemm ikkwalifika b'punti massimi, is-semi-finalist li kellu jiltaqa' miegħu, u eventwalment il- finalist kellhom ikunu tnejn mill-aqwa plejers li għandna Malta. Fis-semi-finali, Samuel iltaqa' ma' sieħbu fil-klabb tal- Valletta Subbuteo Club, Derek Conti, u wara logħba missielta għall-aħħar, Samuel rebaħ 4-3. Fil-finali mbagħad Samuel xejjen l-isfida ta' Mark Gauci billi għelbu bl-iskor ta' 4-2. Andrew Abela huwa żagħżugħ promettenti ħafna, u r-rebħ tal-kategorija tiegħu tal-Under 19, tieħu aktar sinifikat meta tqis il-fatt li rebaħ il-logħob kollu bi stil għalih. Andrew kien Champion ta' Malta tal-Under- 15 f 'dawn l-aħħar snin, u dan l-International Open huwa riżultat mistħoqq għalih. Andrew għeleb sensiela ta' avversarji, u ironikament l-aktar logħba missielta kella tkun kontra Tristan Fenech, li huwa wkoll plejer tal-Valletta Subbuteo Club. Kienet logħba interessanti ferm, li Andrew irnexxielu jirbaħ bl-iskor ta' 3-2. Tristan Fenech spiċċa fit-tieni post f 'dan l-International Open. Fil-kategorija tat-timijiet il-Valletta Subbuteo Club, wara dominju ta' tliet snin li fihom rebaħ kull unur f 'Malta, din id-darba kellu jbaxxi rasu meta tilef fil-finali kontra l-Valletta Lions 3-1. Din kienet l-ewwel telfa f 'dawn l-aħħar tliet snin f 'Malta. FtIt tal-jiem ilu l-Għaqda Maltija tal-Weightlifting ipparteċipat fis-seba' edizzjoni tal-Kampjonat tal-Weightlifting Vladan Mihajlović fil-belt ta' Indija fis-Serbja. Żewġ atleti Maltin Rodmar Pulis u Kieran Mifsud ipparteċipaw kontra atleti mill- Bulgarija, it-Turkija, Ungerija, Iżrael, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Bosnja-Ħerżegovina u l-pajjiż ospitanti. Rodmar Pulis beda l-kompetizzjoni b'refgħa Snatch ta' 102 kilo b'suċċess fit-tieni parti tal-kompetizzjoni dik tal-Clean & Jerk, huwa beda bir-refgħa suċċess ta' 130 kilo u 135 kilo, it-tielet refgħa finali dik ta' 140 kilo wara li rnexxielu jtella' l-piż 'il fuq minn rasu kellha tiġi kkanċellata minħabba regoli tekniċi tal-isport. L-aħħar attentat kien ta' importanza kbira ħafna għall-pożizzjoni aħjar u sabiex jiksru rekords nazzjonali. Huwa għalaq il- kompetizzjoni b'total ta' 292 punt. Hu kiseb pożizzjoni ferm aħjar mill-kompetituri tal- Iżrael u t-Turkija. Mifsud ta' 15-il sena kien l-iżgħar atleta fil- kompetizzjoni. Huwa beda b'refgħa Snatch ta' 95 kilo iżda fit-tieni parti tal-kompetizzjoni, dik tal-Clean & Jerk u beda l-kompetizzjoni b'127 kilo però sfortunatament kellu jirtira mill-kompetizzjoni minħabba uġigħ fid-driegħ. Din kienet l-akbar kompetizzjoni għal Mifsud li qatt ipparteċipa fiha. L-atleti Maltin kienu taħt il-gwida ta' Jesmond Caruana. Caruana kien ukoll magħżul bħala l-President tal-Ġurija fil- kompetizzjoni tan-nisa. Din il-kompetizzjoni ma kinitx possibli mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-ħbiberija mal-Federazzjoni tas-Serbja. Fl-istess dati, Stephen Borg, ipparteċipa fil-kungress u elezzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-weightlifting. Hu kien ukoll magħżul biex ikun kontrollur tekniku fil- kompetizzjoni li saret fi Split fil-Kroazja. Samuel Bartolo - ir-rebbieħ tal-Kategorija Open tat-table-football