Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 35 SportSillum tmexxi? Matul dawn l-aħħar snin kelli bilfors innaqqas l-attività kompetittiva tiegħi fil-qasam tal-logħba tal-handball bħala plejer. Dan sabiex nagħtu ċans lill-plejers promettenti li jilagħbu, kif ukoll minħabba xi injuries li sofrejt tul dawn l-aħħar snin. Nispera li jkolli l-opportunità li nilgħab għal ftit snin oħra imma wisq probabli se jkompli jiżdied l-ammont ta' sigħat ta' xogħol amministrattiv li se jkolli nagħmel għall-klabb. Min-naħa tal-klabb ta' Phoenix, din is-sena hija l-ħames sena minn mindu ftaħna l-klabb jien u Clinton u għalhekk nisperaw li tkun sena pożittiva għalina. Il-pjan hu li nikkonsolidaw l-isports prinċipali tagħna speċjalment il-handball li qegħdin nikkompetu f 'isem il- lokalità tas-Swieqi, dik tal-basketball li nikkompetu f 'isem Ħal Qormi u għandna akkademja oħra ġewwa Ħ'Attard u dik tal-volleyball li bħalissa għadha indipendenti. Se ssir ukoll enfasi biex niġbdu aktar tfal lejn wieħed minn dawn l-isports fejn se jsibu ambjent tajjeb fejn se jgħinhom jiżviluppaw kemm bħala atleti kif ukoll bħala individwi. Aħna nipprovdu taħriġ f 'dawn it-tliet sports kemm għat-tfajliet kif ukoll għall- ġuvintur ta' kull età u għandna kowċis ta' livell għoli ħafna li jgħallmu dawn id-dixxiplini sportivi. Il-klabb ukoll jikkolabora ma' Sharp Shot Table Tennis School f 'dak li għandu x'jaqsam mal-logħba tat-table tennis. Phoenix SC qed jilqa' wkoll opportunitajiet li jidħol fi sports oħra u nirċievu interess minn sports differenti però nikkunsidraw biss proġetti serji u li naraw opportunitajiet ta' żvilupp kemm għall- Phoenix SC kif ukoll għall- atleti li jiddeċiedu li jissieħbu ma' Phoenix SC. Xi kummenti tal-aħħar? Nixtieq li aktar żgħażagħ u tfal Maltin ikollhom opportunità li jiżviluppaw grazzi għad-dixxiplina li tikseb meta tipprattika xi sport. L-isport għeni niżviluppa fi bniedem aħjar u tani ħafna opportunitajiet uniċi. Iltqajt ma' ħafna nies u ħbieb li kienu u baqgħu f 'ħajti għal ħafna żmien. Nispera li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nies u tfal jersqu lejn l-attività sportiva u anki l-iskejjel u l-ġenituri jindunaw li għandhom irwol importanti f 'dan l-aspett. Huwa wieħed mill-fundaturi tal-Phoenix SC waqt li jokkupa r-rwol ta' President u amministratur prinċipali ta' dan il-klabb Matul is-snin kellu l-opportunità li jilgħab ma' bosta klabbs tal-handball kif ukoll jikkowċja kemm fil-kategoriji tal-kbar kif ukoll f'dawk ta' taħt is-17-il sena. Fil-karriera tiegħu rnexxielu jirbaħ bosta trofej bħala timijiet kif ukoll trofej individwali grazzi għall-appoġġ tal-klabbs u plejers li kien jilgħab magħhom dak iż-żmien. Kelli wkoll opportunità li jirrapreżenta lil Malta f'diversi kompetizzjonijiet uffiċjali u logħob ta' ħbiberija u għamel 12-il sena jilgħab mat-tim nazzjonali tal-handball. Serva wkoll bħala kowċ nazzjonali tat-tim nazzjonali tan-nisa tal-handball għal ħames snin fejn kellu l-opportunità li jikkowċja wkoll f'kompetizzjonijiet ta' livell internazzjonali kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna. Orlando Bonnici "Nixtieq li aktar ma jgħaddi żmien aktar ikun hemm tfal li jersqu lejn l-attività sportiva" amministratur dedikat Ritratt: Ray Attard