Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
illum | Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 L-ILLUM, l-ewwel gazzetta li tkellmet LINKWIET intern fil- Knisja ilu għaddej u din il-gazzetta kienet l-ewwel li ħarġet bl-istejjer dwar l-iskuntentizza fost il- membri tal-kleru matul is-sajf li għadda wara li numru ta' qassisin għamlu kuntatt u tkellmu bil-patt u l-kundizzjoni li jibqgħu anonimi fuq insistenza li min jitkellem jispiċċa kkastigat. Fil-fatt l-ewwel storja kienet ippublikata nhar id-29 ta' Ġunju, liema artiklu kompla jqajjem interess minn membri oħra tal-kleru tant li komplew jidħlu aktar stejjer. Fit-13 ta' Lulju l-ILLUM kompliet titkellem fuq is- suġġett tal-Knisja u l-fatt li numru konsiderevoli ta' qassisin qasmu l-opinjoni tagħhom li l-Isqof t'Għawdex Mario Grech hu l-kandidat ideali biex eventwalment jieħu post Pawl Cremona meta dan iċedi postu. Kien imbagħad fit-3 t'Awwissu li l-ILLUM kompliet titkellem wara li l-Isqof t'Għawdex Mario Grech f 'omelija kien saħaq li l-Knisja għandha bżonn tiġġedded u ddeskriva s-sitwazzjoni bħal ġisem li għandu bżonn demm ġdid biex jieħu r-ruħ. Minn hemm kien hemm diversi esponenti li għamlu l-kuraġġ u bdew jitkellmu fil- mezzi tax-xandir, fost dawn kien kemm Frank Psaila, avukat u preżentatur tal- programm Iswed fuq l-Abjad fuq NET TV li kiteb aktar minn darba fuq il-ħtieġa ta' bidla fit-tmexxija tal-Knisja. Kien hemm ukoll Fr Joe Borg li tkellem fuq il-bidla u wara l-kritika tiegħu fil- gazzetti kien mgħajjat biex jiltaqa' mal-Arċisqof Cremona fejn tkellem miegħu wiċċ imb wiċċ. Dan kollu wassal biex diversi esponenti jibdew jiddiskutu liberament il-kriżi fit-tmexxija tal-Knisja liema diskussjoni wasslet għar- riżenja tal-Isqof Cremona jumejn ilu. Il-proċess issa jitkompla fil- jiem u l-ġimgħat li ġejjin fejn filwaqt li l-amministrazzjoni se titmexxa temporanjament mill-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna sakemm jinħatar Arċisqof ġdid, il-Papa Franġisku se jkun qed janalizza tliet ismijiet imressqa lilu minn Nunzju Appostoliku Mons Aldo Cavalli. L-ILLUM tkompli ssegwi l-aħħar aġġornamenti b'rappurtaġġ fuq is-sit elettroniku www.illum.com. mt Ikompli minn paġna 1 It-tliet ħarġiet tal-ILLUM li ndagaw fil-bżonn ta' bidla fil-Knisja Maltija sa mill-bidu tas-sajf