Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 7 B 'dan l-Avviz ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil- Qorti Ċivili Sezzjoni ta'Ġurisdizzjoni Volontarja fit-18 ta' Settembru 2014, Rikors Numru 843/2014 min Yvonne Spiteri Ghio u oħrajn fejn talbu li tiġi ddikjarata miftuħa favur l-istess Yvonne Spiteri Ghio, armla tad-deċujus u dan fi kwota ta' nofs (1/2) indiviz; u favur Lorraine u Dr Adrian, aħwa Spiteri u dan fi kwota ta' kwart(1/4) indiviz kull wieħed u waħda minnhom is-SUĊĊESSJONI ta' Joseph Spiteri, iben il-mejtin Carmel Spiteri u Josephine nee Depares, imwieled u kien joqgħod il- Kalkara fejn miet fit-23 ta'Lulju 203 ta'65 sena u li kellu karta ta' l-identita bin-numru 1104947(m) u li miet bla testment. Ghal daqstant kull min jidhirlu li għandu interess huwa imsejjah biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi zmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili Sezzjonita' Ġurisdizzjoni Volontarja Illum 3 ta' Ottubru 2014 Alexandra Debattista Ghar -reġistru Qrati Ċivili u Tribunali dixxiplinat u organizzat Għandu jsir eżerċizzju komprensiv biex il-bankini – l-iżjed dawk fiċ-ċentru tal-irħula u fejn hemm toroq dojoq – jiġu mtejba b'mod sostanzjali. Wara dan l-eżerċizzju għandha ssir kampanja nazzjonali intensiva dwar is-sigurtà fit-toroq tagħna, li tisħaq fuq is-sigurtà għal persuni li jkunu għaddejjin mit-toroq; l-użu tal-bankini; u biex ir-regoli dwar veloċità fis-sewqan jiġu rispettati. Kull Kunsill Lokali għandu jingħata l-mezzi sabiex ikun jista' jieħu responsabbiltà sħiħa mis-sigurtà fit-toroq fil-lokalità tiegħu – inkluż manutenzjoni regolari ta' sinjali tat-traffiku, road markings, parking bays, l-użu tal-blue sticker u l-emissjonijiet. Żgombru fit-toroq Wara proċess ta' konsultazzjoni, għandha titfassal politika nazzjonali dwar oġġetti li jikkawżaw żgombru fit-toroq bħal materjal ta' reklamar, id- drawwa li dealers tal-karozzi (ġeneralment second hand) iħallu dawn il-karozzi pparkjati barra t-triq matul il-ġurnata (u f 'ċerti każijiet, ukoll matul il-lejl), eċċ. Għandu jiġi stipulat perjodu ta' żmien uniformi li fih jistgħu jitqiegħdu u jitneħħew bords ta' pubbliċità u jkun hemm multi li jservu ta' deterrent biex riklami ta' din ix-xorta ma jitħallewx aktar miż-żmien stipulat. Tqassim ta' materjal promozzjonali Għandu jkun hemm kontroll akbar fuq fuljetti u karti pubbliċitarji li saru jitqassmu fid-djar b'mod esaġerat biex jitnaqqas l-iskart ta' karti ġġenerati (bosta drabi bla bżonn) fil-lokalitajiet tagħna. Koordinament aħjar mal- awtoritajiet ċentrali Tinħass il-ħtieġa ta' koordinament strutturat bejn dipartimenti tal-gvern u Kunsilli Lokali fejn jidħol xogħol fit-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. Għandu jiġi żgurat li xogħol ta' rqajja fit-toroq isir b'mod koordinat mal-Kunsilli inkluż il-prijoritajiet li bih isir dan ix-xogħol, li jkun ta' kwalità tajba waqt li jiġi żgurat li dawn it-toroq ma jitħallewx fi stat agħar milli kienu qabel. Saħħa u ħajja attiva Qed jiġi propost li l-Kunsilli Lokali jingħataw irwol siewi u importanti fil-promozzjoni ta' stil ta' ħajja b'saħħitha u ħajja attiva fost iċ-ċittadini. Permezz ta' kooperazzjoni mal- awtoritajiet inkarigati mis-saħħa fuq livell primarju, il-Kunsilli Lokali għandhom ikunu sħab ewlenin f 'dan l-eżerċizzju waqt li jingħataw l-għodod neċessarji (bħal, pereżempju, is-servizz ta' nies speċjalizzati f 'dawn l-qosma għal ammont ta' sigħat fil-ġimgħa) biex isiru kampanji edukattivi fuq livell lokali u dan it-tagħrif u tagħlim jitwasslu b'mod eqreb tal-poplu u jkunu aktar effettivi. Postijiet ta' divertiment Qed jiġi propost li jiżdied il-kontroll fuq ħsejjes, storbju u inkonvenjent li huwa kkawżat minn postijiet ta' divertiment, l-aktar dawk f 'żoni residenzjali. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu l-infurzar tal-liġi li tipprojbixxi t-tipjip f 'postijiet pubbliċi. Proġetti favur l-ambjent Qed jiġi propost li jiżdiedu l-inċentivi favur il- konservazzjoni tal-ilma u l-użu effiċjenti tal-enerġija. Hawnhekk il-Kunsilli Lokali u għaqdiet li jagħmlu konsum għoli ta' dawl u ilma għandhom jingħataw assistenza teknika speċjalizzata biex ifasslu u jressqu proġetti favur dawn il-miri. Il-Kunsilli Lokali għandhom iwasslu servizz ta' parir lis-sidien tad- djar dwar skemi ta' enerġija rinovabbli, possibilment permezz ta' skemi li jkunu eliġibbli għal finanzjament mill- Unjoni Ewropea. Park fiċ-ċentru ta' Malta Għandu jitfassal pjan biex isir park rikreattiv fiċ-ċentru ta' Malta fejn in-nies tal-inħawi li jgħixu qalb il-ħafna traffiku u storbju li jgħaddi mil-lokalitajiet tagħhom ikunu jistgħu jmorru biex jieħdu ftit nifs u jirrilassaw mal-familja. 2015 – sena favur sens ċiviku akbar fost il-Maltin Qed titressaq proposta li s-sena 2015 tiġi ddikjarata mill-gvern bħala sena favur sens ċiviku akbar fost il-poplu Malti. F'dan l-eżerċizzju, koordinat bejn id-dipartiment relevanti tal-gvern ċentrali, l-AKL, Kunsilli Lokali u għaqdiet oħra interessati, titfassal u titwettaq kampanja intensiva biex fost il-Maltin jinfirex sens akbar ta' responsabbiltà ċivika u rispett lejn id-dmirijiet bażiċi ta' kull ċittadin lejn il-komunità, il- lokalità li jgħix fiha u l-pajjiż. Importanti f 'inizjattiva simili jrid ikun ukoll l-għarfien tad- drittijiet ta' kull ċittadin. Il-Kunsilli Lokali lesti li jagħtu s-sehem tagħhom f 'inizjattiva bħal din, sew waqt li tkun qed tiġi implimentata kif ukoll fil- moniteraġġ li tkun meħtieġa fuq livell lokali. Proċess ta' integrazzjoni L-AKL tagħraf li l-politika tal-gvern ċentrali fil-qasam tal-immigrazzjoni irregolari hi orjentata favur proċess ta' integrazzjoni. Għaldaqstant l-Assoċjazzjoni hi lesta li, b'kollaborazzjoni mal- awtoritajiet konċernati, tagħti s-sehem tagħha fit-twettiq ta' din il-politika, aktar u aktar f 'lokalitajiet fejn hemm konċentrazzjoni x'aktarx qawwija ta' immigranti biex jinstab bilanċ bejn il-Maltin u l-aspirazzjonijiet ta' dawn il- barranin. Postijiet mitluqa Qed jiġi propost li jitfasslu skemi jew inċentivi biex postijiet battala u mitluqa, speċjalment dawk fil-qalba tal-villaġġi jiġu rranġati jew użati aħjar.