Illum previous editions

illum 19 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 Il-qattiel spara minn wara l-ħadid Jinqatel missier Oscar seguna kellu 45 sena, missier ta' ħamest itfal, residenti l-Imsida, inqatel kantuniera 'l bogħod minn fejn kien joqgħod fl-Imsida stess. Kien tard nhar l-Erbgħa, 30 ta' Settembru 1992 li Seguna nqatel b'tiri ta' senter hekk kif kien se jidħol fil-vann tiegħu fejn kien hemm tfajla ta' 16-il sena testennieh. Il-qattiel kien mistoħbi wara ċ-ċint u l-ħadid li jifirdu l-kulleġġ mit-triq f 'dak li kien magħruf bħala l-Polytechnic u li llum huwa l-G.F. Abela Junior College fl- Imsida. Għalkemm għaddew 22 sena mindu seħħ dan il-qtil, il-Pulizija mill-Iskwadra tal- Omiċidji jemmnu li jistgħu jaslu għal min qatel lil Seguna, li kellu l-laqam "il-Wajju." Tfajla kienet qed tistenna lill-vittma Min kien jaf sew lill-vittma kien jiddeskrivi lil Seguna bħala bniedem nervuż u malajr jitlef it-tempra, iżda l-investigaturi ta' dak iż-żmien eskludew il-fatt li Seguna nqatel għax sempliċiment kellu xi argument sħun ma' xi ħadd, imma s-suspetti kienu li dan seta' kien aktar qtil ta' vendetta u bil-probabilità li kienet vendetta familjari. Dakinhar Seguna wasal id-dar għall-ħabta tal-9.45pm, iżda minflok ma pparkja l-vann Transit abjad quddiem id-dar tiegħu fi Triq Qrajten bħalma kien jagħmel ta' spiss, huwa ħalla l-vann ipparkjat parti minnu fuq il-bankina wara l-kantuniera fi Triq Ġużeppi Borg li tinsab fuq wara tal- kulleġġ. Fil-vann kien hemm ċertu Maria Rosaria, tfajla ta' 16-il sena, tistennih u x'aktarx li kien għalhekk li huwa ma waqafx bil- vann fit-triq fejn kien joqgħod. Mhux magħruf jekk dakinhar Seguna kellux xi argument ma' xi ħadd tal-familja, iżda ftit inqas minn 15-il minuta wara reġa' ħareġ mid-dar wara li nħasel malajr u ħa kikkra té, skont dak li kienet qalet martu. Kif wasal qrib il-vann huwa nstema' jsejjaħ lil Maria Rosaria biex tiftaħlu l-bieba tal-vann iżda qabel leħaq daħal fil-vann instemgħu żewġ tiri ta' senter li laqtu lil Seguna fuq wara ta' rasu u niżel mejjet fuq il-bankina ħdejn il-vann. B'xorti tajba Maria Rosaria ma ntlaqtitx imma ċċappset bid-demm ta' Seguna. Kif it-tfajla rat lil Oscar fl-art f 'għadira demm inħakmet minn paniku kbir, ħarġet mill-vann u bdiet twerżaq u tgħajjat għall- ajjut. Il-qattiel ma kienx 'il bogħod minn Seguna tant li mat-tiri partijiet minn moħħu spiċċaw fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Ħarab mill-kumpless u ma deherx aktar Għalkemm kien l-10pm, fil-kumpless kien għad hemm xi studenti li kienu għadhom kif spiċċaw minn attivitajiet sportivi. Dak iż-żmien il-gym tal-kulleġġ kien jintuża wkoll għal-logħob tal-basketball. Minkejja li l-ħoss tal-isparaturi nstemgħu minn diversi metri 'l Ħeba d-droga fil-Playmobil Mill-Qorti PrIġunIer ta' 42 sena li qed jiskonta sentenza ta' 22 sena ħabs wara li kien instab ħati li qatel lil anzjana ta' 82 sena ġie kkundannat għal 20 xahar ħabs aktar u mmultat €900 wara li nstab ħati li ħeba d-droga eroina fil-ġugarelli tal-Playmobil. Giovanni Pollacco, ta' 50 sena mill-Imsida nstab ħati wkoll li ttraffika d-droga eroina fil-ħabs disa' snin ilu. Il-każ imur lura fl- 2005, meta nhar it-22 ta' Settembru, gwardjani tal- ħabs sabu d-droga fiċ-ċella ta' Mario Pollacco. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, semgħet kif il-gwardjani kienu sabu basket li kien fih muturi tal-Playmobil u meta dawn il-muturi nfetħu, fuq wara tagħhom kellhom tmien boċċi suspettużi miksija b'tape iswed. Espert tal-Qorti kkonferma li l-boċċi misjuba kienu jikkonsistu fi tmien pakketti ta' eroina. Id-droga misjuba kienet tikkonsisti f '7.602 grammi ta' eroina li l-purità tagħha kienet 46.37%, filwaqt li l-kannabis misjuba kienet tammonta għal 1.35 grammi. Skont stqarrija rilaxxata mill-imputat, Pollacco qal li huwa kien qed jiġi użat bħala keeper u ta' dan kien qed jiġi mħallas billi jingħata pakkett kuljum biex iżomm il-vizzju. Fid-deċiżjoni tagħha l-Maġistrat Galea Sciberras sabet lill-imputat ħati tal- pussess u t-traffikar tad- droga eroina. Madankollu, Pollacco ġie lliberat li assoċja ruħu ma' persuni biex ibigħ jew jittraffika d-droga eroina u li daħħal id-droga fil-ħabs, wara li l-Qorti qalet li ma kienx hemm biżżejjed provi. Il-Qorti kkunsidrat ukoll li din mhux l-ewwel darba li Pollacco ħabat difru mal- ġustizzja u li fil-passat ġie kkundannat għal reati oħra fosthom għal qtil, serq, u traffikar ta' eroina. Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Pierre Grech. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt Oscar Seguna kien ma' tfajla ta' 16-il sena meta nqatel "20 xahar ieħor mat- 22 sena li diġà qed jiskonta"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 October 2014