Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/400471
Il-Ħadd 19 ta' Ottubru 2014 | illum 9 l-ħadid ta' kulleġġ missier ta' ħamest itfal fl-Imsida bogħod minn fejn seħħ id-delitt u fl-istess ħin kien hemm xi studenti ħerġin mill-kumpless, kien hemm minnhom li ma raw xejn. Min-naħa l-oħra jista' jkun li kien hemm min ra lill-qattiel iżda billi tħallat magħhom huma u ħerġin u x'aktarx bl-arma moħbija, ħadd ma ta ebda kas. Kien hemm min qal lill-Pulizija li ra lil xi ħadd jiġri fil-kumpless u deher li kien qed iġorr senter f 'idejh imma sa dak il-ħin ma kinux konxji ta' dak li kien seħħ. Saħansitra kien hemm min qal ukoll li l-istess persuna dehret ħierġa bil-kalma kollha u mexa ma' xi studenti li dak il-ħin kienu mixjin biex joħorġu mill-kumpless. Iben Seguna jmur fuq il-post L-għajjat esteriku tat-tfajla ġibed l-attenzjoni ta' xi persuni, fosthom raġel li kien jaf sew lil Oscar Seguna. Kif resaq lejh huwa għarfu mill-ewwel minkejja l-ferita gravi f 'rasu. Għaldaqstant dan ir-raġel mar id-dar tal-familja Seguna biex jinfurmahom. Huwa mifhum li biex ma jgħatihomx xokk bit- traġedja li kienet seħħet, kien kellem wieħed minn ulied il- vittma li kellu 13-il sena u qallu li missieru kien ħassu ħażin u kien mitluq fl-art ħdejn il-vann. It-tifel mar jiġri biex jara x'kien ġralu missieru, iżda minflok sab lill-missieru b'ħass ħażin, sab xena ferm differenti. Missieru kien mejjet fl-art f 'għadira demm biswit il-vann tiegħu. L-ambulanza b'tim mediku waslet fi ftit minuti mill-Isptar San Luqa iżda t-tim mediku ma seta' jagħmel xejn ħlief li jsejjaħ lill-Pulizija u jinfurmahom li kien hemm raġel maqtul. Suspett fuq qtil ieħor li seħħ f 'Jannar Qtil simili bħal dan kien seħħ fil-15 ta' Jannar tal-istess sena meta Victor Gauci nqatel b'tiri sparati minn wara hekk kif wasal fir-residenza tiegħu fi Triq l-Antinni fil-Mosta. Fil-fatt għall-ewwel l-investigaturi ssuspettaw li ż-żewġ vittmi seta' kellhom xi konnessjoni bejniethom, iżda din it-teżi kienet eliminata. Fuq il-post tar-reat fejn inqatel Seguna marru diversi Pulizija kemm dawk tad-Distrett kif ukoll mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Il-Pulizija kienu kellmu numru ta' studenti u persuni oħrajn. Il-Pulizija kienu ngħataw deskrizzjoni tas-suspettat imma mhux biżżejjed biex il-qattiel ikun magħruf. B'din l-informazzjoni l-investigaturi jemmnu li l-qattiel kien żagħżugħ u kien għalhekk li dawk li rawh fl- inħawi tal-kulleġġ għalihom kien normali u ma qajjem l-ebda suspett. Minkejja li ġew murija ritratti ta' xi suspettati, ħadd ma kien għaraf lill-persuna li wettaq id-delitt. Il-Pulizija għalqu Triq Ġużeppi Borg kemm għat-traffiku kif ukoll għan-nies biex ix-xena tar-reat tkun priservata. Il- Maġistrat tal-Għassa, Dr Joseph Apap Bologna, mexxa l-aċċess fuq il-post u ħatar diversi esperti tal-Qorti fosthom lill-Perit Richard Aquilina u lill-Brigadier Maurice Calleja li huwa espert ballistiku. Peress li l-Pulizija riedu jiflu sew ix-xena, it-triq inżammet magħluqa matul il-lejl kollu u anke l-għada filgħodu fejn l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat reġgħu marru fuq il-post biex ikomplu jiġbru kull traċċa li setgħu jsibu. Fost l-oġġetti li kienu elevati minn fuq ix-xena tal-qtil, il-Pulizija sabu partijiet minn moħħ Seguna fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Instabu wkoll xi ċomb fit-tyre tal-vann u żewġ skrataċċ, iżda l-arma baqgħet qatt ma nstabet. Tkellimt ma' raġel li joqgħod fl-inħawi u qalli li jiftakar sew fejn kien wieqaf il-vann ta' Seguna u li kien nofsu fuq il-bankina. "Ftit qabel għaddejt eżatt minn ħdejn il-vann għax jien noqgħod hawn wara. Kif dħalt id-dar smajt żewġ tiri. Meta aktar tard sirt naf li kienu qatlu lil Oscar, għidt lill-mara li kieku ttardjajt b'żewġ minuti stajt anke ġejt milqut," qalli dan ir-raġel. Vendetta familjari Wara jiem sħaħ ta' investigazzjoni intensiva, l-investigaturi kienu ħasbu li se jaslu għall-qattiel. Wara li eliminaw teżi wara l-oħra u mottiv wara l-ieħor, l-aktar li setgħu jaslu kien li dan il-qtil kellu riħa qawwija ta' vendetta familjari. Kienet ovvja li l-Pulizija kellmu fit-tul lit-tfajla Maria Rosaria, kemm għax kienet hi l-aktar waħda qrib ix-xena tar-reat u li rat kollox iseħħ quddiem għajnejha, kif ukoll għax ftit tal-ħin qabel kienet fil- kumpanija tal-vittma. Minħabba l-fatt li l-Pulizija kienu ssuspettaw li Seguna nqatel minħabba vendetta jew rabja għal xi ħaġa li seta' għamel, kienu ġew interrogati fit-tul uħud mill-membri tal-familja tiegħu u persuni li kienu jafu sew lil Oscar Seguna. Tfittxija għall-arma Mill-iskrataċċ li sabu qrib ix-xena tar-reat, il-Pulizija kienu stabilixxew li l-arma li ntużat kienet senter awtomatiku. Għalkemm Maria Rosaria qatt ma kienet fost il-persuni suspettati, il-Pulizija kienu għamlu tfittxija fid-dar tal- familja tagħha fejn sabu xi snieter. Dawn ittieħdu mill- Pulizija u meta saru l-eżamijiet ballistiċi fuqhom irriżulta li ma kinux l-arma li ntużat fid-delitt. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Triq Qrajten fejn kien joqgħod il-vittma "It-tifel mar jiġri biex jara x'kien ġralu missieru, iżda minflok sab lil missieru b'ħass ħażin, sab xena ferm differenti. Missieru kien mejjet fl-art f 'għadira demm biswit il-vann tiegħu" Ritratti: John Pisani