Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€0.90 Nr 418 • 26 ta' Ottubru, 2014 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST JOHN PISANI FILJIEM li għaddew il- Pulizija mill-Iskwadra tar- Rapid Intervention Unit (RIU) bdew jaħdmu xift ġdid ta' 13-il siegħa, iżda tul ix-xift kollu jidher li ma jistgħu jieqfu mkien għal xi ħin. Dan imur kontra l-liġi skont kif qalilna Josef Bugeja, is-Segretarjru Ġenerali Designate tal- General Workers Union. Kienet xi ħaġa normali li l-Pulizija, tista' tgħid f 'kull taqsima, f 'xi ħin jew ieħor meta jkunu barra fuq xogħol, jieqfu għal ħin qasir jieħdu xi kafé jew jieklu xi ħaġa minn xi ħanut. Dan għaliex mhux possibbli li jmorru fil-kantin tad-Depot fil-Furjana biex jieħdu xi ħaġa minn hemm. Iżda din issa spiċċat speċjalment għall-Pulizija fl-Iskwadra tal-RIU. Sorsi qrib il-Korp tal- Pulizija qalu lil ILLUM li biex il-Pulizija tal-RIU jkunu l-ħin kollu jduru t-toroq, ingħataw ordni, anke bħala miżura ta' dixxiplina, li fl-ebda ħin ma jistgħu jieqfu f 'xi ħanut tax-xorb, każin jew fi kwalunkwe post ieħor ta' negozju biex jieħdu kafé, jixorbu xi ħaġa jew jieklu xi biċċa ħobż. L-ordni hi biex jieħdu magħhom kemm x'jixorbu u x'jieklu billi jġibuh mid-dar jew jinxtara qabel jibdew ix-xogħol. Barra minn hekk meta jieqfu biex jieklu u jixorbu fil-karozza tas-servizz u ħdejn il-karozza, dan irid isir f 'post fejn ma jagħtux fil-għajn speċjalment f 'xi pjazza jew post minn fejn jgħaddi ħafna l-pubbliku. Miżuri ta' dixxiplina mill-Aġent Kummissarju għall-Pulizija tal-RIU Fl-ebda ħin ma jistgħu jieqfu f 'xi ħanut jieklu jew jixorbu F'INTERVISTA esklussiva ma' din il-gazzetta d-deputat Laburista Marlene Farrugia tgħid li hi bħala rappreżentanta tal-poplu se tibqa' tagħmel minn kollox biex il-gvern ikun dak li vvutat għalih hi u ħajret lill-eluf ta' nies biex jagħmlu bħalha. Mistoqsija jekk hux se tibqa' tivvota favur il-Gvern anke jekk ma tkunx taqbel mal- vot, Marlene qalet "S'issa sakemm jibqagħli t-tama li l-moviment Laburista fil-gvern jista' jevolvi f 'dak il-gvern li tella' l-poplu jien nibqa' nagħti l-vot tiegħi lill-Gvern Laburista fil- parlament. Filwaqt li nibqa' nagħmel pressjoni biex inkunu dak li wegħedna lill- poplu. Jekk u meta l-Gvern jitbiegħed bl-aġir tiegħu minn dak li jfisser il-moviment għal dawk li vvutawlu, allura hemm tinħoloq sitwazzjoni fejn jien inkun rappreżentanta vera tal-moviment Laburista u l-Gvern ma jkunx. Jekk jiġri dan, l-affarijiet jinbidlu." Fl-intervista Marlene Farrugia kkonfermat li m'għandha l-ebda ħajra li toħroġ ma' xi partit li hawn bħalissa iżda qalet ukoll li l-attività politika tagħha tista' żżid. Marlene tkompli tgħid li l-poplu ma riedx bidla fl-isem tal-Gvern iżda bidla fil-governanza. Ikompli paġna 6 Ara l-intervista f 'paġna 14-15 "Nibqa' nagħmel pressjoni biex inkunu dak li wegħedna" - Marlene Farrugia Dal-lejl qlibna siegħa lura Id-delitt mhux solvut ta' Joseph Baldacchino Ara paġni 8 u 9 Il-Partit Nazzjonalista falla milli jibqa' jispira persuni minn faxex differenti tas-soċjetà MATTHEW AGIUS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014