Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 11 www.gourmettoday.recipes Simon Busuttil mal-Parlament taż-żgħażagħ "ILPARTIT Nazzjonalista hu interessat kif qed jaħsbuha ż-żgħażagħ fl- oqsma l-aktar importanti f 'dan il-pajjiż speċjalment f 'dawk l-oqsma li jolqtu direttament lilhom. Fuq kollox il-Partit Nazzjonalista dejjem kien il-partit taż-żgħażagħ u li jemmen fl-aspirazzjonijiet tagħhom. Il-politika tal-Partit Nazzjonalista se tkompli tirrifletti l-ambizzjonijiet taż- żgħażagħ kollha." Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt laqgħa li kellu din il-ġimgħa ma' grupp ta' żgħażagħ immexxi mill- President Isabelle Camilleri li fil-jiem li għaddew ipparteċipaw fil-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Matul il-laqgħa ż-żgħażagħ ippreżentaw il-proposti u r-riżoluzzjonijiet tagħhom f 'erba' oqsma li huma l-edukazzjoni, it-turiżmu, it-trasport u r-riforma fid- droga. Meta tkellem dwar l-edukazzjoni, Busuttil qal li l-idea ta' banding, u li allura teskludi persuni b'diżabilità, tinkwetah tassew u pajjiżna ma jistax jeskludi jekk tassew nemmnu fl- inklussività. Dwar it-turiżmu Busuttil saħaq dwar l-importanza ta' dan is-settur għaliex hu parti integrali mill- ekonomija ta' pajjiżna. Hu qal li l-Partit Nazzjonalista poġġa s-sitwazzjoni fl- Air Malta fuq l-aġenda u rrefera għal mod kif qed jimxu l-affarijiet f 'din il- linja tal-ajru taħt Gvern Laburista fejn fl-aħħar sena u nofs kellhom jinbidlu tliet ċermen ta' din il-kumpanija. B'referenza għat-trasport, il-Kap Nazzjonalista qal li dan il-qasam qiegħed jitkellem dwaru kulħadd għaliex it-traffiku mhijiex perċezzjoni iżda realtà. "Taħt dan il-Gvern is- sitwazzjoni tat-traffiku marret għall-agħar u dan kollu jirrifletti ħażin fuq il-kompetenza ta' dan il- Gvern." Tkellem ukoll dwar is-suġġett tar-riforma tad-droga u fakkar kif il-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista diġà ħareġ b'pożizzjoni iżda l-Gvern għadu ma ħareġ b'ebda abbozz ta' liġi għall- Parlament. Fi tmien il-laqgħa l-Kap Nazzjonalista rringrazzja liż-żgħażagħ preżenti fid- Dar Ċentrali u ħeġġiġhom sabiex ikomplu jagħtu s-sehem tagħhom fit-tfassil tal-politika ta' pajjiżna. Il-Caritas u s-Sedqa fl-iskejjel statali LORGANIZZAZZJONIJIET Sedqa u Caritas se jkunu qegħdin jagħmlu diversi programmi u seminars mal- istudenti fl-iskejjel tal-Istat. Dan ħareġ minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru Evarist Bartolo din il-ġimgħa wara mistoqsija mid-deputat Nazzjonalista u kelliem għall- edukazzjoni Joe Cassar. Bartolo semma li l-ħidma ta' dawn iż-żewġ għaqdiet se tiffoka fuq il-prevenzjoni fejn Sedqa se tmexxi l-programm BABES fit-tielet sena tal- Primarja kif ukoll seminars għall-istudenti kollha mit-tielet sas-sitt sena tal- Primarja. Qal ukoll li l-Caritas ukoll se tkun qiegħda tmexxi seminars għall-istess studenti fejn fil-Learning Zones se jsir programm ta' prevenzjoni flimkien bejn is-Sedqa u l-Caritas. Attivitajiet oħra jinkludu weekend seminars għaż- żgħażagħ organizzat mis-Sedqa, il-Caritas u mill-Agenzija Żgħażagħ flimkien. Dawn kollha se jsiru b'kollaborazzjoni mal-uffiċjali edukattivi u l-għalliema tal-PSCD fid-Direttorat tal- Immaniġjar tal-Kurrikulu (DQSE). Intant, mistoqsi wkoll mill- istess deputat Nazzjonalista Joe Cassar dwar kemm hi l-popolazzjoni tal- istudenti fil-livell primarju u sekondarju fl-iskejjel tal-istat, tal-Knisja u dawk indipendenti matul din is- sena skolastika 2014-2015 Bartolo qal li matul din is- sena fl-iskejjel statali hemm 13,673 student fil-primarja u 11,449 fis-sekondarja. Fl-iskejjel tal-Knisja hemm 7,548 fil-primarja u 7,547 fis-sekondarja. Finalment il-Ministru qal li hemm 3,214 studenti fil-primarja fi skejjel indipendenti u 2,261 fis- sekondarji ta' dawn l-istess skejjel. Simon Busuttil iħeġġeġ liż-żgħażagħ jagħtu sehemhom fil-politika Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo 220 immigrant insistew li ma ridux jidħlu Malta TARD il-Ħamis bil-lejl ħarġet l-aħbar li madwar 220 immigrant irregolari ntlemħu 285 mil fix-Xlokk ta' Malta. Iċ-ċentru għall- Koordinazzjoni tas-Salvataġġ Malti immedjatament bagħtu vapur tal-merkanzija Eleonora Maersk li kien fil- viċinanzi biex jara x'kienet is-sitwazzjoni. Immedjatament, minħabba l-elementi tan-natura u r-riħ li kien bejn forza 6 u 7, kien deċiż li jieħdu l-immigranti abbord il-vapur tal-merkanzija. Jidher li l-immigranti Sirjani, li jidher li fosthom kien hemm nisa u tfal, bdew jirrifjutaw li jiddaħħlu Malta. Waqt li l-awtoritajiet Maltin u Taljani kienu f 'kuntatt, l-immigranti bdew jirrifjutaw li jitilgħu fuq il-vapur tal-AFM u baqgħu fuq il-vapur tal- merkanzija. Wara 10 sigħat ta' diskussjoni, l-awtoritajiet laħqu ftehim u l-Italja aċċettat li tilqa' lil dawn l-immigranti. Il-vapur tal-merkanzija dawwar id- direzzjoni u ħa lill-immigranti kollha l-Italja. Wara qbil bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani, il-vapur salpa lejn l-Italja bl-immigranti fuqu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014