Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 Il-Gozo Sports Complex Inbidel is-saqaf u issa jmiss FORSI ftit jafu li f 'Għawdex jeżisti kumpless mill-isbaħ tal-Isport li jinsab il-belt Victoria fejn l-iskola sekondarja. Fih wieħed isib post fejn jista' jipprattika diversi dixxiplini ta' sport bħal gym modern, squash, ħajt li tixxabbat miegħu, tennis, volleyball, basketball, futsal, badminton, l-isport bil-qaws, ġinnastika, lezzjonijiet ta' arti marzjali, lezzjonijiet ta' żfin, aerobics u yoga. Iżda hu fattur ukoll li dan il-post hawn ħafna li għadhom ma jafux x'joffri sew għall-Għawdxin kif ukoll għal Maltin li jkunu Għawdex. Tkellimna mal-kap ta' dan il-kumpless Albert Scerri li ilu jmexxi l-kumpless għal dawn l-aħħar disa' snin. Taħtu nbidlet ħafna l-infrastruttura ta' dan il-kumpless fejn inbidel is-saqaf li sewa €400,000 u issa qegħdin fil-proċess biex jinbidel il-parkett li ilu hemm għal dawn l-aħħar 25 sena. Dan barra li saru uffiċini ġodda, doċoċ ġodda u qed jitranġaw uffiċini fejn minnhom qed jaħdem il- Gozo Sports Board li nħatar dan l-aħħar. Albert Scerri qalilna li l-gym il-ġdid li fih l-aħħar teknoloġija ta' 'fitness' u weightlifting ġibed ħafna interess fejn il-membri laħqu madwar 200. Fil-kumpless kollu jattendu madwar 270 membru. "Iżda dan xorta ma laħaqx il-massimu. M'iniex sodisfatt għal kollox għax hemm lok ta' iżjed parteċipazzjoni fil-kumpless" qalilna l-kap tal-kumpless. Dan il-kumpless ilu miftuħ 25 sena u skont Albert Scerri mhux qed jiġi sfruttat biżżejjed. Hu qalilna li l-problema hi ż-żgħażagħ Għawdxin li billi l-maġġoranza tagħhom jistudjaw jew jaħdmu Malta, dawn ma jkollhomx ċans jużawh. Qalilna li dan jinħass ħafna fi sports ta' tim fejn sport bħal volleyball u basketball mietu għal kollox u l-futsal ma qabad xejn. "Iżda kien hemm żieda kbira fi sport individwali bħal badminton, squash u tennis fejn biex nakkomodawhom qed inbatu." Għawdex: Int djamant John Busuttil illum@mediatoday.com.mt MILLĠIMGĦA d-dieħla tibda Skolasport f 'Għawdex li wkoll taqa' taħt il-kumpless sportiv immexxi minn Albert Scerri. Għaliha jistgħu jattendu tfal bejn sena u 3 snin u mir-raba' sena tal-primarja 'l fuq fejn se jkunu mħarrġa fuq 14-il dixxiplina li huma: archery, lawn tennis, ġinnastika, tixbit, arti marzjali, squash, breakdance, badminton, table tennis, ċikliżmu, basketball, atletika, cricket u football skills. L-applikazzjoni tiswa €25 għas-Sibtijiet kollha li hemm bejn it-8 ta' Novembru u l-aħħar Sibt ta' Mejju u l-ħinijiet jkunu bejn id-9am u nofsinhar. Scerri qalilna li normalment ikun hemm madwar 250 parteċipant għax f 'Għawdex il-prijoritajiet tat-tfal huma l-privat u l-parroċċa. "Dan barra li s-Sibtijiet it-tfal ikunu bumbardjati wkoll bin-nurseries tal-futball u l-ballet" temm Scerri li qal li Għawdex irid jifhem li l-isport hu importanti għas-saħħa u biex ibiegħed it-tfal minn perikli bħad-droga u xorb u jidraw jgħixu f 'ambjent aktar b'saħħtu. Il-Kunsill Konsultativ dwar l-Industrija tal-Bini (BICC) Il-kandidat magħżul irid jidħol f'kuntratt ta' tnax il-xahar fuq bażi part time għal-Head of Project mal-BICC fuq il-Fond Ewropew għall-iŻvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm Operattiv I – Ninvestu fil-Kompettivita' għall-Kwalita' ta' Ħajja Aħjar, Informative Online Tool and Helpline for Green Building Technology. Applikazzjonijiet għall din il-vakanza ta' hawn fuq jridu jintbgħatu f'envelop magħluq fuq dan l-indirizz: Iċ-Chairman Eżekuttiv Building Industry Consultative Council, Building Research Centre, 36, Triq Żekka, Valletta. VLT 1514 Data tal-għeluq: Il-Ġimgħa 7 ta' Novembru 2014 Vakanza Part Time għall-Head of Project mal-BICC Proġett tal-ERDF Informative Online Tool and Helpline for Green Building Technology. L-applikanti jrid ikollhom first degree fl-Arkittetura jew fl-inġinerija u b'mhux anqas minn 4 snin esperjenza. Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2007 – 2013. Ninvestu fil-kompettivita' għall-Kwalita' ta' Ħajja Aħjar. Offerta parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropeja Fond Ewropew għall- iŻvilupp Reġjonali (FEŻR). Rata ta' Kofinanzjament 85% fond UE; 15% Fond Nazzjonali. Ninvestu fil-futur tiegħek. MINISTRY FOR SOCIAL DIALOGUE, CONSUMER AFFAIRS AND CIVIL LIBERTIES BARRIERA WHARF, VALLETTA, MALTA Tfal jixxabbtu mal-ħitan magħmulin apposta għal dan l-isport Post li ħafna għadhom ma jafux x'joffri għall-Għawdxin 14-il dixxiplina fi Skolasport Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014