Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 M arlene Farrugia li hi magħrufa għal karattru u politika liberali tagħha li tgħidha kif tħossha tkellmet mal-ILLUM, dwar kif taħsibha dwar il-governanza Laburista s'issa, dwar il-meritokrazija jew aħjar in-nuqqas tagħha, dwar il-falliment fl-enerġija nadifa, dwar il-futur tagħha fil-politika u anke dwar il- futur ta' żewġha Godfrey. Ordnajna kafè u poġġejna nitkellmu dwar l-istorja politika tagħna t-tnejn, fejn ħareġ il-fatt li hi bint il-mibki Joe tal-Blieq miż- Zurrieq trabbiet tiġri wara Mintoff, safrattant l-ewwel vot tagħha fl- 1987 tagħtu lin-Nazzjonalisti. Donnu li għal Marlene l-fatt li partit ikun fl-oppożizzjoni jiġbidha u meta dan jirbaħ il-gvern tispiċċa topponilu. Meta staqsejtha dwar dan il-fatt id-deputat ta' bla kantunieri weġbitni, "Meta jkollok gvern li jkollok fiduċja fih, ikollok tama li jsarraf dak li jkun wiegħed. Anke jekk gvern ikun għamel ħafna tajjeb ma jfissirx li ma jkunx hemm lok li tagħraf fejn ikun qed jiżviluppa nuqqasijiet. It-tajjeb ma jiġġustifikax il-ħażin li nistgħu ngħixu mingħajru. Għalhekk ikun min ikun fil-gvern mhux se nagħti appoġġ tiegħi lil min ikun qed jitbiegħed mill-wegħda. Min ma jkunx qed jattwa dak li wiegħed, hu dover tiegħi li nsemma leħni u nesiġi li jispjega għaliex." Marlene qalet li hi dejjem kienet hekk u dejjem wasslet l-ilmenti tagħha lil min kellha twassalhom anke meta kienet tifforma parti mill- partit Nazzjonalista, iżda llum tidher aktar għax tuża l-mezzi soċjali. "Iżda wieħed irid jifhem li jien mhux kontra l-Gvern iżda nikkritika biex il-Gvern jissaħħaħ." Suġġett li ma setax ma jissemmix hi l-enerġija li skont l-istess Marlene f 'dawn l-aħħar snin kien fattur qawwi li waqqa' l-gvernijiet, sew dak ta' Alfred Sant u sew ta' Gonzi. Marlene li sa qabel l-elezzjoni kienet il-kelliema tal- Enemalta u Waterservices qalet li hi saret taf bl-enerġija nadifa li kien qed iwiegħed il-moviment Laburista mal-poplu kollu, mill- mezzi tax-xandir għax l-idea kienet ta' Konrad Mizzi. 'Kien bagħat għalija Joseph Muscat u qalli x'naħseb dwarha u jien dment weġibtu, 'Too good to be true' iżda fdajt fih." Kompliet tgħidli li l-iżball kien li jekk ħasbu li se tinbena f 'sentejn imisshom qalu tliet snin għax fil-bini qatt Il-meritokrazija falliet għax hemm Iltqajt ma' Marlene Farrugia f 'lukanda Għajn Tueħa fejn kienet qed tqatta' jumejn ma' żewġha Godfrey. Kif waslet qaltli biex niskużaha għax ma kinitx impittra bħalma jkunu ħafna politiċi meta jiġu quddiem xi kamera. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Marlene Farrugia Età – 48 sena Miżżewġa lit-tabib u MP Godfrey Farrugia Tfal – Gregory, Maria u Jennifer li qed tagħmel PHD fil-governanza u l-politika Impjieg - Dentist Preżent – Chairperson tal-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp Passat – Ikkontestat b'suċċess l-aħħar żewġ elezzjonijiet mal- PL. Kienet il-kelliema uffiċjali tal-utilitajiet tal-Enemalta u l-WaterServices fl-Oppożizzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014