Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 15 ma jinżamm 'deadline', "lanqas meta tirranġa kamra tal-banju ma jinżamm deadline aħseb u ara power station." Marlene Farrugia kienet ikkonċernata ħafna li jekk ir- road map tal-enerġija tfalli jsiru mistoqsijiet għal kull road map oħra li għandu l-gvern. Meta bħas- soltu Marlene saret taf li l-power station mhux se titlesta kif kien imwiegħed mill-ġurnali, kellmet lil Joseph Muscat u talbitu jkun ċar mal-poplu u staqsietu, "meta se titnaddaf l-arja?" Mistoqsija li ma weġibiliex. Marlene kienet ħadmet ħafna favur l-Ewropa fejn anke kienet tagħmel parti mill-partit Nazzjonalista. Iżda mbagħad ingħaqdet mat-tim ta' Alfred Sant biex tikkontesta l-elezzjoni tal-2008. Dan il-fatt inħoss li ftit jagħmel sens li tingħaqad mal- persuna li tant ħadem kontra l-Ewropa li min-naħa tagħha tant ħadmet favur tagħha. "Jien mort ma' Alfred sant meta kien aċċetta l-politika barranija li żżommna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea. Sant kien kontra s-sħubija sħiħa dak iż-żmien u mhux kontra l-Unjoni Ewropea." Qabel l-elezzjoni f 'filmat tal- ONE Productions Marlene kienet ikkritikat is-saħħa taħt gvern Nazzjonalista. Sadattant dan id- dipartiment ingħata lil żewġha malli l-Labour beda jiggverna. Ftit wara tneħħa minn Ministru tas-Saħħa. Falla żewġha jew falla l-gvern Laburista wkoll fis-saħħa? "Inħoss li għandu jintefa' dawl qawwi fuq ir-road map (jew in- nuqqas tagħha) li għandu l-gvern dwar is-settur tas-saħħa. Għalfejn neħħa lil Godfrey minn ministru jafha hu biss. Li nista' ngħid hu li fil-ftit li dam ministru prova jindirizza l-problemi mill-qiegħ u mhux jagħmel soluzzjonijiet kosmetiċi li jistgħu jiswew is- sostenibbilità ta' dan is-settur. Ħafna huma tal-fehma li Marlene tat injezzjoni lil kritika tagħha lil gvern meta ma ħallihiex iżjed parti mill-ministeru tas-saħħa flimkien ma' żewġha. Id-deputat li kienet tagħmel parti miż-żewġ partiti ma qablitx ma' dan, fejn tenniet li hi trabbiet man-nies fit-triq, tħossha deputat tan-nies u dejjem ikkritikat dak li ma qablitx miegħu. Qalet ukoll li Joseph Muscat malli tela' fil-gvern kien talabha tagħżel bejn żewġha u hi min tippreferi li jkollu ministeru għax ma setax jpoġġi fil-kabinett lit-tnejn li huma. "Jien ċedejt il-kabinett għax emmint li Godfrey kien maqtugħ għal ministeru tas-saħħa għax jekk ried xi ħadd onest u tal-kastig, jiġifieri jaħdem bla waqfien, Godfrey kien il-persuna adatta. Iżda l-għażla tfajtha f 'idejh." Wara li għażel il-kabinett il- prim ministru l-ġdid bagħat għal kull deputat elett u qalet li lilha kien nesiha. Urietni l-email li bagħtet lil Kurt Farrugia dwar dan fejn weġibha li kien insiha bi żvista. Fil-fatt kien bagħat għaliha wara u l-prim ministru taha l-approvazzjoni biex tgħin fuq bażi volontarja fil-ministeru tas-saħħa, "però ma tani l-ebda brief jew xi uffiċċjalità." Meta dehret fl-ewwel laqgħa tal-ministru tas-saħħa mal- unjins qam pandemonju sħiħa fil-mezzi tax-xandir, speċjalment dik Nazzjonalista. Hawn Marlene tefgħet dubju kbir li kienu min- naħa tal-gvern li ma riduhiex hemm, "mhux mill-mezzi tax- xandir tal-PN biss iżda anke min- naħa tal-gvern." Il-parlamentari li ma temminx fil-partiġġjaniżmu qalet ukoll li hi konvinta li Joseph Muscat jemmen bis-sħiħ fil-meritokrazija, trasparenza, ġustizzja soċjali u drittijiet ċivili, iżda qalet li bħalissa fil-moviment hemm żewġ vuċijiet. "Hemm vuċijiet li jemmnu u vvutaw għal Malta Tagħna Lkoll, u hemm vuċijiet li ma jimpurtahomx mill-poplu u mill-wegħdiet, "iżda jimpurtahom biss milli javvanzaw huma u ta' madwarhom" Tlabt lil Marlene taqbilx li dan it- tfigħ ta' tajn dwar korruzzjoni hux qed isir biex jintrebħu argumenti politiċi biss u tieqaf hemm. Dehret li qablet miegħi, "Mhux stil ta' politika ġdid li wegħedna lil poplu li niġġustifikaw in-nuqqasijiet tagħna b'nuqqasijiet ta' ħaddieħor. In-nies ivvutaw biex ibiddlu l-governanza għal waħda nadifa u trasparenti u mhux biex ibiddlu l-isem tal-gvern. Sadattant qalet li jidher ċar li l-gvern qed juża l-għajta tal- korruzzjoni bħala arma politika milli bħala dak il-ħażin li jimmina l-qafas tas-soċjetà. "Biex ir-regoli tal-Liġi (rule of law) tirrenja f 'dan il-pajjiż il-gvern irid juri li kapaċi jmexxi billi jipprattika dak li hu tajjeb u ġust u mhux b'dak li hu konvenjenti biex jassiguraw il-poter. Fl-immedjat il-poplu jeħtieġ nuruh li l-ġustizzja ssir ma kulħadd indaqs. "S'issa qed naraw tfiegħ ta' tajn iżda rari tiġi sostanzjata u ssir ġustizzja. Wieħed allura jistaqsi dan il-gvern hu kontinwazzjoni tal-gvern ta' qabel b'isem u wċuħ differenti? Il-poplu jistenna bil- ħerqa li jkollu risposta li sserraħlu rasu għal din id-domanda." Wara li daqet liż-żewġ partiti prinċipali, Marlene Farrugia ddeċidiet li ma terġax tikkontesta elezzjoni oħra mal-partiti eżistenti għalkemm mill-ħarsa tagħha u ta' żewġha deher li jekk xi darba jkun hemm partit ieħor li jappellalha din id-deċiżjoni tista' tinbidel. "Il- politika partiġġjana ma tappellalix. Id-deċiżjoni tiegħi hi għax ma rridx nagħti saħħa iżjed lil politika partiġġjana bil-preżenza tiegħi bħala kandidat mal-ebda partit li hemm sa issa. Din id-darba erġajt ikkontestajt għax emmint fl-ideal tal-moviment, li ttamajt u għadni nittama li jgħaqqad dan il-pajjiż." Meta mitluba tgħid jekk l-attività politika tagħha tintemmx tliet snin oħra, b'daħka sarkastika wieġbet, "L-attività politika tiegħi se tissokta... u forsi anke żżid taħt forom oħra." Konna wasalna lejn tmiem l-intervista u ngħaqad magħna Godfrey b'dik it-tbissima simpatika fejn deher ferm aktar trankwill minn meta niftakru ministru. Poġġa ħdejna u qagħad jismagħna bil-kwiet. Meta staqsejtha jekk tivvutax lil Godfrey fl-elezzjoni li jmiss bi tbissima qaltli, "il-vot hu personali u sigriet." Però fl-istess nifs tefgħet dubji jekk Godfrey hux se jerġa' jikkontesta l-elezzjoni li jmiss meta qaltli, "Konvinta li Godfrey mhux se jitlobni l-vot jekk ma jkunx f 'entità politika li jemmen fiha hu." Fejn kompliet tgħid li sew Godfrey kif ukoll hi għandhom l-istess ħsibijiet komuni kif iħarsu lejn il-politika, "jekk joħroġ Godfrey nibqa' nagħtih l-appoġġ morali għax nemmen fih bħala persuna onesta u integra." Hawn Godfrey deher li qabel ma' martu u wrejtu bil-ħsieb li ma jdumx ma jkun wieħed mill- personalitajiet li jispiċċa fuq dawn il-paġni. hemm min moħħu biex javvanza hu "L-attività politika tiegħi se tissokta... u forsi anke żżid taħt forom oħra" "Dan il-gvern hu kontinwazzjoni tal-gvern ta' qabel b'isem u wċuħ dierenti?" Ritratti: Chris Mangion "Inħoss li għandu jintefa' dawl qawwi fuq ir-road map, jew in-nuqqas tagħha"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014