Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 Ikompli l-battibekk fuq il-Kunsill Malti għall-Isport DR. LUCIANO BUSUTTIL ĊERMEN KMS NAGĦMEL referenza għall- ittra miktuba minn Clyde Puli li dehret fil-ġurnal tiegħek tad-19 t'Ottubru 2014. Nibqa' dejjem impressjonat bil-mentalità tal- amministrazzjoni preċedenti li tagħha Clyde Puli, kien il-Ministru responsabbli mill- isport u mill-Kunsill Malti għall-Isport. Clyde Puli semma' lista sħiħa ta' proġetti li saru fi żmien amministrazzjoni preċedenti. Kulħadd huwa kapaċi jivvinta proġetti u joħloq ideat u jibni impjanti jiswew il-miljuni. Mhux kulħadd kapaċi jagħmel baġit tajjeb u jħallas għal dawn il-proġetti. Fil-fatt il-problema prinċipali li sibt fil-KMS kienet li kien għad hemm diversi kontijiet li kienu għad iridu jitħallsu minħabba impenji li saru fi żmien li Clyde Puli u li ma tħallsux. Il-kontijiet għadni nirċevihom sal-lum għal xogħlijiet li saru fl-2012. Dawn il-kontijiet ivarjaw minn xogħlijiet fil-pixxina nazzjonali tal-Qroqq, fil-kumpless Sportiv ta' Ħal-Kirkop, kif ukoll f 'wegħdiet sproporzjonati li saru fl-aħħar xhur qabel Marzu 2013 fejn deher ċar li l-KMS ma kienx jiflaħ għalihom. Mhux hekk biss, il-KMS kien qed ibati minn problema serja ta' organizzazzjoni finanzjarja li l-effett tagħha kien għadu qed jinħass sa ftit xhur ilu. Spiċċajna b'dejn ta' miljun u mitejn elf ewro, meta bejn l-2011 u l-2013 kien hemm €4,000,000 fil-banek. Huwa faċli tonfoq il-flus u jħallsu ta' warajk! L-iskola nazzjonali tal-Isport hija proġett tal-Ministeru tal- Edukazzjoni u l-ispiża toħroġ minn hemm u mhux mill- kotba tal-KMS. Ma saret l-ebda spiża sabiex l-aġenzija għall- kontra d-doping tiġi introdotta. Il-KMS kull m'għamel huwa li impjega ħaddiem, sar bord u beda jsir l-evalwazzjoni u issa qed tingħata l-awtonomija li tixirqilha. Fuq il-proġetti li saru bejn l-2011 u l-2013 ħafna minnhom għadhom bil- problemi għax kif għidt kienu għadhom ma tħallsux. Proġetti, li ħafna minnhom ma kienx hemm bżonnhom. F'Ħal Qormi, Clyde Puli nefaq aktar minn €300,000 f 'bandli, open gym u faċilitajiet oħra sbieħ liema somma setgħet però tintuża fuq il-Pixxina Nazzjonali li tħalliet mitluqa għal 20 sena sħaħ, u llum ninsabu ffaċjati bi plant room mimlija ħsarat strutturali. Clyde Puli ma kienx kapaċi jġib fondi tal-ERDF biex inbiddlu l-mod kif insaħħnu l-ilma, b'mod aktar effiċjenti u b'nofs il-prezz. Il-KMS f 'sena u nofs ta' din l-amministrazzjoni rnexxielu jġib dan il-proġett b'nofs miljun mill-Unjoni Ewropea. Mehmuż ma' din l-imejl qed nibgħatlek l-ispiża kollha relatata mas-serata tal-isports award li swiet lejliet l-elezzjoni tal-2013, aktar minn €100,000. Din is-sena, swiet €15,000 għax għamilna ċert li ma jkollniex ħela. L-ammont ta' Ittri Il-Punt "ILPOLITIKA hija maħmuġa – kollha giddibin u jiġbdu lejhom biss, kollha l-istess." Mhux l-ewwel darba li nisimgħu lil min jgħid hekk. Iżda l-politika hija għodda ta' servizz sabiex permezz tagħha jitħaddem il-qafas tal- istat. Qatt mhu se jkollok fiduċja assoluta fil-politiċi imma l-politiċi huma dawk li jridu jirbħu l-fiduċja tagħna sabiex nafdawhom bit-tmexxija ta' pajjiżna. Meta tibda titnaqqar il- fiduċja fil-politiċi, ġejjin minn liema naħa ġejjin, huwa ta' għajb. Minkejja li Gvernijiet Nazzjonalisti kienu qegħdin joffru politika tajba għat- tmexxija tal-pajjiż, il-Partit Nazzjonalista falla milli jibqa' jispira persuni minn faxex differenti tas-soċjetà. Dan wassal biex jagħżlu lil ħaddieħor – forsi tort tagħhom jew forsi tort tal-Partit Nazzjonalista – iżda hu x'inhu l-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jittrasforma ruħu biex lil dawn jerġa' jibda jispirahom u jkun lest jinsa li weġġgħuh bil-ħsieb u bil-vot tagħhom. Irid jerġa' jsir id-dar naturali tagħhom ukoll. Biex inkun ċar, qiegħed nirreferi għal dawk ġenwini li fil-fond ta' qalbhom għadhom jemmnu li jerġgħu jsibu ruħhom fil- Partit Nazzjonalista. Min-naħa l-oħra però, kellek Partit Laburista fl- Oppożizzjoni li trasforma l-immaġni tiegħu f 'waħda tas-safi u li jispirak. Beda jissejjaħ Moviment li jista' jġib lil kulħadd flimkien. Għen biex ipinġi stampa ħażina tal-Gvern ta' dak iż- żmien, filwaqt li l-Moviment Laburista kien qed joffri paġna ġdida – politika nadifa, meritokrazija, accountability, trasparenza – Il-Malta Tagħna Lkoll. Però llum mhux talli m'għandniex il-livell ta' dawn il-prinċipji kif kellna qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, iżda dawn il-kliem saru ċajta – kważi lanqas tista' tikkritika bihom għax saru ċajta. Forsi kien hemm aspetti li setgħu wkoll saru aħjar minn gvernijiet Nazzjonalisti għaliex il- politiċi huma bnedmin u mhumiex perfetti, imma llum sirt tieħu qatgħa meta xi ħaga ssir b'mod denju. Ejja nieħdu eżempju: qabel konna nisimgħu bi kritika ta' kif isir kuntratt jew ieħor – illum lanqas s'hemm ma tista' tasal għaliex kuntratti bħal tal-bejgħ tal-Enemalta jew dak ta' Henley & Partners lanqas biss huma pubbliċi u kważi qisu xejn mhu xejn. Il-ħsara mhijiex biss għal pajjiż, imma dak li qed naraw hija ħsara lil klassi politika. U din hija inkwetanti mhux għal politiċi per se, iżda għal bżonn li jkun hemm relazzjoni ċara mibnija fuq il-verità bejn iċ-ċittadin u dak li jirrappreżentah fl- istituzzjonijiet demokratiċi. Il-Malti jgħallimna li l-kelma tqanqal, imma l-eżempju jkaxkar. U għalhekk jien ninkwieta – għaliex jekk l-ogħla personalitajiet fil-ġerarkija ta' pajjiżna – il-persuna li jitolbuna l-fiduċja għamja tagħna – qegħdin jgħaffġu kemm jifilħu mela mbagħad x'tistenna miż-żgħir? Illum għandna Prim Ministru li b'mod l-aktar ċar kemm qabel u anke wara l-elezzjoni wiegħed li jirriżenja jekk ma titlestiex il-Power Station fil-ħin. Dan hemm recordings ċari tiegħu imma jħoss li jista' jigdeb dritt f 'wiċċ il-poplu u l-mezzi tax-xandir u jasal biex joħloq l-illużjoni li dan mhux minnu. Kif jista' wieħed jitkaża b'tifel tal-iskola li ma jagħmilx il-homework u jigdeb jew jivvinta li kilulu l-kelb? Illum għandna Prim Ministru li wiegħed liż- żgħażagħ il-vot ta' sittax-il sena fl-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali li jmiss iżda għal perjodu twil wera biċ-ċar l-intenzjoni li dan id-dritt jipposponieh u vvinta raġunijiet banali għal dan minflok qal ċar li dan minħabba kalkolu politiku li għamel il-partit tiegħu. Dan m'għamlux biss għax ġie f 'sitwazzjoni fejn mhux l-Oppożizzjoni biss iżda kulħadd ikkritikah. Biex nieħdu eżempju ta' dan li kien se jagħmel immaġina li tgħid lil żagħżugħ ta' sittax-il sena li nbidlet il-liġi biex jista' jsuq ta' sittax-il sena; ara kemm jifraħ. Iżda mbagħad tgħidlu li mhux se jkun hawn karozzi fit-toroq sakemm jagħlaq dsatax jew wieħed u għoxrin sena. Għandna Prim Ministru li persuna li kienet kandidata prominenti tal-Partit tiegħu fl-elezzjonijiet tal-MEPs nstabet ħatja f 'każ kriminali. Dan il-Prim Ministru ħeġġeġ lil din il-persuna tbaxxi rasha u twarrab bil-kwiet iżda ddeskrivieh bħala suldat tal-azzar. X'jidħlu s-suldati tal-azzar għax persuna tkun għamlet reat kriminali? Iżda mhux biss, tali persuna tingħata karigi għal waħda tnejn minn fondi pubbliċi u tibqa' żżommhom u issa smajna wkoll li l-ħolma ta' ħidma fi Brussell xorta twettqet għaliex ingħata kariga ta' ċertu stoffa fi Brussell kemm hu u mid-dehra s-sieħeb tiegħi wkoll. Possibli m'hemmx persuni oħrajn li huma kapaċi jimlew dawn il- karigi, anke fost il-Laburisti li jixirqilhom jiġu trattati wkoll b'dan is-silver service? U allura kif tispjega lil xi ħadd b'kondotta mċappsa li ma jistax jidħol għal ċertu xogħol jew li saħansitra għamel xi ħaġa ħażina lil ta' madwaru biex spiċċa b'tali kondotta, meta fuq livell pubbliku llum għandna Prim Ministru li mhux biss jittollera iżda japprova hu stess li min instab b'reat kriminali, għaliex servieh politikament, waqt li qed iservi sentenza sospiża jiekol bil-kumdità kollha minn karigi pubbliċi qisu xejn mhu xejn? F'dan l-isfond irridu ninkwetaw mhux biss għall- atti nfushom – għal fatt li l-għada stess li tela' fil-Gvern beda jikser kull wegħda ta' Malta Tagħna Lkoll – iżda rridu ninkwetaw għal messaġġ li qed jintbagħat lis-soċjetà mill-politiċi. Li kieku konna fi skola, mhuwiex l-istudent li qed jagħmel xi ħaġa ħażina, iżda l-kap tal-iskola li qed jibgħat messaġġ lill-istudenti li xejn mhu xejn b'għemilu stess. Imbagħad x'tippretendi li l-istudent jimxi sewwa jew joqgħod għad-dixxiplina? Imma rridu nemmnu li aħna stess ċittadini tajbin li rridu s-sewwa. Irridu nkunu aħna li nemmnu f 'politika nadifa u ma niddejqux noħorġu għonqna biex niddefendu s-sewwa. Għad hawn politiċi ta' rieda tajba – u żgur li hawn ħafna iżjed ċittadini ta' rieda tajba. Ejja naraw li nkunu man-naħa tas-sewwa. Matthew Agius huwa President tal-MŻPN L-eżempju jkaxkar MATTHEW AGIUS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014