Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 17 ĦADD minn dawk il- pajjiżi tal-hekk imsejħa "koalizzjoni" li daħlu jfarrku l-Libja Gemaharija li bena mix-xejn Gaddafi ma jammettu x'ħarba ħallew warajhom, x'infern ħolqu f 'pajjiż li sab ruħu fuq saqajh wara deċenji ta' esplojtazzjoni. Gaddafi, iben il-Bedwini, kien mexxa rivoluzzjoni mingħajr ma nxterdet imqar qatra demm fl- 1969. Il-Kurunell, minkejja l-eċċentriċità kkulurita tiegħu (iktar komika milli satanika), kien mexxej ta' viżjoni li kien għaqqad it-tribujiet kollha: ħoloq sistema demokratika mifruxa u kien ippubblika l-filosofija soċjo-politika tiegħu fi tliet manifesti taħt it-titlu, Il-Ktieb l-Aħdar: (i) l-aspett soċjoloġiku; (ii) l-aspett ekonomiku u (iii) l-aspett kulturali. Kien ukoll reliġjuż u mistiku, kif tosserva f 'bijografija bikrija tiegħu Mirella Bianco. Li ma riedx Gaddafi kien Iżlam fundamentalist, anki jekk kien hemm żgħażagħ jistudjaw f 'inħawi bħall- Ingilterra, Franza u l-Istati Uniti li ħasbu hekk. Gaddafi kien jgħaddi perjodi twal ta' meditazzjoni fid-deżert ta' Sirte, il-belt fejn twieled u trabba. Dwar Jean Paul Sartre u l-eżistenzjaliżmu kien qal: Sartre hu bniedem mitluf. Għandna t-tweġibiet kollha fil-Koran. Jagħmel mistoqsijiet bħal dawk ta' Sartre min m'għandux xi ktieb qaddis biex jiggwidah u jifdih. Illum, il-kunċett tar-reliġjon Iżlamika ħa xeħta bil-wisq differenti. Gaddafi spiċċa ħajtu mbiċċer u sodomizzat u dawk li ġew warajh issa qed ibiċċru lil xulxin. Għall-poter u l-petrodollari. Gaddafi, fil-fatt, kellu viżjoni essenzjalment "morali" dwar l-esplojtazzjoni barranija u l-valuri li l-Punent jimponi permezz tas-suq tal-flus. Imma ħa niġu għall-Malta. Ma jidhirx li kien hemm xi elementi "sensazzjonali" fl-aħbar li sfilata bil-karozzi u b'nies ixejru bnadar suwed tal-ISIS għaddiet minn Tas- Sliema u baqgħet tielgħa anki sa San Ġwann. Ma nara xejn sensazzjonali li dawk l-irġiel imgħammdin jiddemostraw bil-lejl, sewwasew f 'Jum l-Indipendenza tal- Istati Uniti. Dak li ġara hu drammatiku, mhux sensazzjonali, imma ħlief għall-mezzi tax-xandir tal-Oppożizzjoni, il- każ kollu baqa' mistur. Normalment, gazzetta bħal The Sunday Times (li tiftaħar b'ċirkolazzjoni ta' 94,000) kapaċi tagħti prominenza anki lill-ħmar imgħobbi wisq, jew xi tip ta' lbies kienet se tilbes id-Dukessa ta' Cambridge kieku ġiet Malta, imma carcade bil- lejl li tidher li werwret lil ħafna Maltin li kienu għadhom barra f 'dawk il- ħinijiet is-Sunday Times ma rrekordjajthiex. Ironika li l-isfilata seħħet ukoll fl-anniversarju ta' Malta Indipendenti. Ma nafx jekk l-irġiel b'wiċċhom imgħotti u l-bnadar suwed (fuq l-istil tal-ISIS) ridux jgħaddu xi messaġġ subliminali: Malta għad tkun kolonja tal-estremisti tal-Gihad. Rekluti Ewropej diġà ssieħbu mal-ISIS bl-eluf tagħhom u l-Libja diġà qed titqies, tista' tgħid, bhala "l-ewwel kolonja" tal- Gihadisti estremi. Fazzjoni tal-ISIS stabbiliet territorju fil-belt ta' Djerba, fuq il- kosta tal-Mediterran bejn Bengazi u l-Eġittu. Jiġifieri għal min għandu għajnejh f 'wiċċu u rasu fuq għonqu, il-periklu dejjem riesaq lejna. Anki jekk il-Ministru Malti għall-Affarijiet Barranin jipprova jgħatti x-xemx bl- għarbiel. Il-Libja kaldarun ibaqbaq u l-aħbar li l-ISIS qed tiddikkjaraha bħala "l-ewwel kolonja" tal-Istat Iżlamiku tkompli tikkollabora dak li qed jgħidu reliġjużi Maltin bħall-Isqof Malti f 'Bengazi, Monsinjur Silvestru Magro: "Wara li l-akbar belt fil- Libja, Bengazi, ġiet dikjarata Emirat Iżlamiku, affiljat mal-grupp terroristiku Al Qaeda qed ngħixu fi stat ta' biża' u terrur. L-unika sigurtà hi meta nibqgħu maqfulin fi djarna." Skont il-BBC, f 'Bengazi biss illum qed jinqatlu seba' min- nies kuljum. Din hi l-istess belt li wara li kien assassinat Gaddafi, laqgħet lil Cameron u Sarkozy bħala eroj u liberaturi. Issa jekk il-Punent qed jibża' mill-penetrazzjoni fl-Ewropa tal-Gihadisti tal- Istat Iżlamiku, ara kemm Malta tkun estremament belha jekk tagħlaq għajnejha jew ma titħażżimx għall- possibilitajiet kollha ta' preżenza terroristika f 'din id-daqsxejn ta' qoxra f 'nofs baħar ta' taqlib u tensjoni. Jekk il-Libja tassew waslet biex tkun kolonizzata mill-ISIS (dan ikun it- tielet kolonjaliżmu tagħha, wara dak imdemmi tal-faxxisti Taljani u tal- Britannja), l-affarijiet waslu f 'temperatura tagħli. Il-Libja post-Gaddafi li darba kienet il-qofol tal- Unità Afrikana, bi gzuz ta' ġurnalisti u studjużi mistiedna biex jaraw b'għajnejhom l-operat tad- demokrazija li ried jintroduċi Gaddafi bħala "t-Tielet Triq" bejn is-Soċjaliżmu u l-Kapitaliżmu, illum spiċċat imżarrta u mkissra, b'żewġ gvernijiet ixandru li għandhom il-kontroll tal-politika taż-żejt dwar il-pajjiż. Anki l-mezzi tax- xandir statali qed jinħatfu minn ħakkiema ġodda. M'hemmx għalfejn ngħidu li l-qtil għadu għaddej. Bla heda. L-ISIS U L-LIBJA KOLONJA għall-Isport L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Il-qtil ta' Gaddafi … u mbagħad l-Apokalissi flus minfuqa għall-awards kien ikun ħafna ikbar li kieku l-ħaddiema tal-KMS u l-Kumitat Organizattiv ma ħadmux bil-għaqal u permezz ta' serje ta' bartering agreements ma frankawx eluf ta' ewro lill- KMS. Fuq kollox kien hemm trasparenza liema bħala li tat sodisfazzjon lill-finalisti kollha. Qbadna t-triq it-tajba li niffrankaw il-ħela fosthom pagi ta' seba' ħaddiema li tpoġġew litteralment lejliet l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Ħaddiema li ġew iċċertifikati żejda anke b'rapport indipendenti fejn qal li l-KMS kellha aktar nies milli għandha bżonn. Karigi li ġew maħluqa u li tħallew vojta proprju sa lejliet l-elezzjoni u li mtlew l-għada tal-elezzjoni. Il-pagi ta' dawn kienu eċċezzjonali, b'kuntratti li minn definiti saru indefiniti. Clyde Puli ma jafx x'inhu jgħid u għadu jara l-persuni bl-uċuh, jekk humiex Nazzjonalisti jew Laburisti. Fil-KMS hemm ħaddiema li lkoll għandhom l-opinjoni politika tagħhom. Ħaddiema li saħansitra kienu persuni ta' fiduċja f 'ministeri taħt amministrazzjoni oħra li urew il-kapaċitajiet tagħhom u għalhekk huma afdati f 'xogħolhom. Kull ħaddiem huwa ġġudikat fuq il-ħidma tiegħu u tagħha u mhux fuq l-opinjoni politika. Il-persuni li Clyde Puli semma ma ddaħħlux minn barra ċ-ċivil anzi l-qariba tal-Eks Segretarju Ġenerali tal-PL hija ħaddiema tal-IPSL li lill-KMS ma swietlu xejn u li llum din m'għadhiex taħdem il-KMS; il-mara tas-Sindku Laburista, hija impjegata taċ-ċivil u l-Kap ta' One Sport mhuwiex impjegat tal-KMS, iżda huwa konsulent tal-Ministeru li qed jagħmel xogħol mal-KMS kif mitlub mill-Ministeru u mill-Bord tal-KMS. Jekk Clyde Puli jrid imeri s-sewwa, lest li anke nippubblika l-ittra datata 8 ta' Marzu 2013 biex ħaddiem ħabib kbir tiegħu partikolari jibda xogħol fl-10 ta' Marzu 2013. Dan biex ma nsemmix il-pastażata ta' kundizzjonijiet li ċertu kuntratti għandhom, mhux biss kuntratti ta' impjieg imma wkoll kuntratti ta' servizz. Dwar il-katnazzi li qed isemmi Clyde Puli, frott ta' storja fqira li dehret f 'ġurnal hekk imsejjaħ indipendenti, għandu żball kbir. Mhuwiex minnu li l-bibien tal-emerġenza magħluqa bil-katnazz għax dawk li dehru huma bibien li fi żmienu wkoll kienu magħluqa. Jidher li Clyde Puli ma kienx ikun fil-kumpless tal-Kottonera fi żmien meta kien Ministru. Bil-provi din l-amministrazzjoni hija aħjar minn dik preċedenti. Imqar wieħed isemmi Summer on the Move. Taħt it-tmexxija tiegħu, l-aħħar Summer on the Move swiet €120,000 f 'telf. Din is-sena għamilna l-profitt għal kważi €60,000. Dan sar meta n-numri żdiedu u l-prezzijiet baqgħu l-istess. Il-figuri, f 'dan l-eżempju sempliċi, juru d-differenza u juru din l-amministrazzjoni tal-KMS x'issarraf, u kemm hi ahjar minn dik ta' żmien Clyde Puli!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014