Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt W ieħed mill-punti li l-aktar kienu qed jidwu ma' dawk kollha li segwew l-andament ta' dan is-Sinodu kien bla dubju ta' xejn il-famuża "Relatio" proviżorja li ħarġet. Din kienet titratta żewġ punti importanti tad-diskussjoni: l-Insara ddivorzjati li wara jerġgħu jiżżewġu ċivilment u l-oħra fuq l-omosesswali. Skont il-Professur Odon Vallet, espert -istorja tar-reliġjonijiet, dan il-pass ma kienx rivoluzzjoni imma evoluzzjoni. Ma kienx propost biex jiġu ammessi d-divorzjati biex jirċievu s-sagramenti minħabba l-pożizzjoni irregolari tagħhom, imma sempliċiment ried jipprevedi l-possibiltà li dawn in-nies l-futur ikunu jistgħu jersqu lejn is-sagramenti permezz tad-dikjarazzjoni tan-nullità taż-żwieġ tagħhom u permezz ta' proċedura penitenzjali. Għall-omosesswali ma kien hemm l-ebda ħjiel li dawn setgħu jiġu rikunoxxuti r-relazzjonijiet tagħhom, imma s-Sinodu ried jevidenzja ċerti doni u kwalitajiet li huma jistgħu joffru lill-Knisja. Hija xi ħaġa interessanti ħafna li fil-verżjoni finali tal-aħħar dokument ninnutaw li m'hemm l-ebda allużjoni għal dawn iż-żewġ temi delikati. Il-konservattivi Kattoliċi taw dan il-mertu lill-Kardinal Amerikan Raymond Leo Burke li ddikjara pubblikament li "Il-Papa għamel ħsara kbira meta ma qalx pubblikament x'kienet il-pożizzjoni tiegħu." Fil-fatt il-Papa żamm is-skiet biex jiggarantixxi lil kull membru tas- Sinodu l-libertà li jesprimi ruħu kif jixtieq. Hija l-ewwel darba fl-istorja riċenti tal-Knisja li Kardinal qed jopponi apertament lill-Papa. Hija l-ewwel darba wkoll f'sekli ta' storja li Isqfijiet u Kardinali urew ċertu tħassib. Ħafna minn dawn il-prelati kienu ġew innominati u ngħataw fiduċja matul il-Pontifikati ta' San Ġwanni Pawlu II u ta' Benedittu XVI u ma jridux li jiġri li t-tagħlim li ħareġ minn fomm dawn iż-żewġ Papiet jisfuma fix-xejn. F'dan il-proċess sinodali l-isqfijiet li s'issa pparteċipaw fih imxew mill-biża' li "jitkellmu" għall-biża' li jibqgħu "silenzjużi." Il-Knisja mhux partit, iżda lanqas mhi post fgat mis-serviliżmu u d-dibattitu sħun jappartjeniha tul l-istorja tagħha, sa mill-bidu tagħha kif inkiteb fil-ktieb sagru tal-Atti tal-Appostli. Id-dibattitu f'dan is-sinodu straordinarju, u li kien instigat mill-Papa qatt ma kien daqshekk liberu. Seħħ l-istess kemm fix-xhur ta' qabel kif ukoll fil-marġini ta' dan l-eżerċizzju vitali fil-ħajja tal-Knisja. Tfaċċaw approċċi differenti dwar il-ħajja u l-missjoni tal-Knisja, f'din l-assemblea li fiha l-Kurja Rumana bla dubju kellha rwol importanti. Issa l-ballun għadda lura għat-tnax-il xahar li ġejjin lejn l-għalqa tal-knejjes lokali. Nistennew u naraw kif se jkompli jevolvi dan ix-xogħol sa meta jiltaqa' s-sinodu t'Ottubru 2015 meta warajh il-Papa jwieġeb b'eżortazzjoni appostolika. Il-konservattivi fil-Knisja jaħsbu li hu wisq improbabli li l-Papa sejjer jieħu xi deċiżjoni li tmur kontra dak li ntqal u li jixtiequ ħafna Kardinali u Isqfijiet. Dawn il-konservattivi jsostnu li parti mill-mertu għal dan għandu jingħata lil Prelati tal-Knisja Franċiża. Ħafna prelati li jieħdu ħsieb jippreparaw żgħażagħ għas-Sagrament taż-żwieġ ħadu pjaċir li s-Sinodu poġġa quddiem id-diskussjoni ħafna mir-realtajiet li jiffaċjaw huma fil-ministeru tagħhom. F'pajjiżi bħal Franza u l-Ġermanja, il-Knisja Kattolika għandha elementi li jħaddnu opinjonijiet differenti. Is-suċċess kbir li kellhom għaqdiet Kattoliċi u oħrajn "La Manif pour tous" bil-protesti u dimostrazzjonijiet li wettqu tul dawn l-aħħar snin kontra ż-żwieġ u l-unjonijiet tal-istess sess, hemm min qed jgħid li b'xi mod jew ieħor influwenzaw id-diskussjoni tas- Sinodu. F'dan l-eżerċizzju l-Knisja trid turi d-determinazzjoni tagħha sabiex tkun kapaċi titfa' dik iċ-ċattra li ssalva lill- innawfragat! L-isqfijiet jieqfu lill-Papa!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014