Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Kummercjali 24 illum | Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 SEJĦA GĦAL TENDERS Tender għal servizzi: Ċensiment fuq Żgħażagħ mhux fl- edukazzjoni, xogħol jew xi tip ta taħriġ (NEETs), għall-proġett, garanzija għaż- Żgħażagħ - ESF 3.231 Numru tac-CT: CT3209/2014 Dokumenti ta' l'offerti jistgħu jinkisbu biss mill-websajt tad-Dipartiment tal- Kuntratti (https://www.etenders.gov.mt ) . L-offerenti huma mfakkra li minn din il-websajt, jistgħu jniżżlu previżjoni tad-dokumenti mingħajr ħlas. Reġistrazzjoni fuq il-EPPS huwa rakkomandat, sabiex tkunu tistgħu tagħmlu użu mis-servizzi elettroniċi tad-Dipartiment. Aktar informazzjoni hija disponibbli minn ( https:// www.etenders.gov.mt ) . Il-websajt tipprovdi wkoll informazzjoni dwar sejħiet ta ' offerti u kuntratti ġenerali r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat. Il-pubbliku jista' jattendi waqt il-ftuħ u l-iskedar tal-offerti fil-ħin u d-dati speċifikati. Data tal-Pubblikazzjoni: 07.10.2014 Data tal-Għeluq: 28.10.2014 at 10:00 am Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Hilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalita' ta' Hajja Aħjar Reklam parzjalment konfinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Socjali Ewropew (FSE) Rata ta' konfinanzjament: 85% Fondi mill-EU; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tieghek Il-Bank Ċentrali jikkollabora ma' wirja permanenti IL Bank Ċentrali ta' Malta ffirma ftehim kollaborattiv mal Victor Pasmore Foundation dwar wirja permanenti tax xogħlijiet ta' Victor Pasmore fil bini tal Bank ġewwa l Polverista Conference Hall maġenb l Annexe f 'St James Counterguard, il Belt Valletta. Il ftehim ġie ffirmat fil 21 ta' Ottubru mill Gvernatur tal Bank Ċentrali ta' Malta l Professur Josef Bonnici. Il Professur Richard England u Dr David Tonna ffirmaw f 'isem il Victor Pasmore Foundation. Iċ ċerimonja tal iffirmar saret fil Polverista Conference Hall. Il Professur Josef Bonnici nnota li "Il Bank Ċentrali ta' Malta għandu numru ta' xogħlijiet ta' Victor Pasmore fi ħdan il kollezzjoni tiegħu tal arti. Bħala sponsor korporattiv ta' erba' xogħlijiet ta' Victor Pasmore, il Bank Ċentrali ta' Malta huwa kburi li jospita l Victor Pasmore Gallery fil bini tiegħu u li jippreżenta x xogħlijiet ta' wieħed mill artisti astratti ewlenin tas seklu għoxrin lill pubbliku." Il Professur Richard England qal, "Il Victor Pasmore Foundation hija grata u tapprezza l-appoġġ mill familja ta' Victor Pasmore u mill Bank Ċentrali ta' Malta." Id dħul għall Victor Pasmore Gallery huwa b'xejn. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 25503100. App għall-Park Majjistral ILMAJJISTRAL - Park ta' Natura u Storja nieda l-mobile application uffiċjali. Il-mobile app kien żvilluppat minn tim ta' studenti żgħażagħ wara sejħa għall-proposti mill- MITA Innovation Hub. L-isfida kienet ġibdet l-attenzjoni ta' 17-il tim u żewġ tims intgħażlu biex jaħdmu fil-MITA Innovation Hub fi SmartCity Malta. Iż-żewġ timijiet kienu magħquda sabiex jaħdmu flimkien u joħolqu mobile app għall-park. Dan it-tim kien magħmul minn erba' studenti. Elisa Calleja ħadmet fuq id- disinn tal-app filwaqt li Kurt Dalli, Nicholas Galea u James Zammit żviluppaw is-software. Matul it-tlitt xhur tas-sajf l-istudenti kienu mgħejuna minn professjonisti tal-MITA, għalliema mill-Università ta' Malta u mill-Microsoft Innovation Centre. L-app għandha disinn li jolqtok u tikkonsisti minn funzjonijiet li joffru lill-viżitaturi tal- park esperjenza sabiħa. Fost l-oħrajn, l-app tista' tgħin lil dak li jkun biex jidentifika l-ispeċi differenti ta' flora u fawna li jinsabu fil-park, tipprovdi informazzjoni edukattiva dwarhom, tgħinhon jagħżlu rotot li jistgħu jsegwu u jirrappurtaw attivitajiet illegali permezz tal-email. Wara t-tnedija tal-app, il-Park Majjistral organizza open day għal kulħadd u nieda kompetizzjoni tal- fotografija. Il-parteċipanti jridu jużaw il-mobile app sabiex jieħdu ritratti tal- Park u jibgħatuhom fuq il-paġna tal-Facebook tal- Park. L-app tista' titniżżel b'xejn mill-Apple App Store u Google Play. Għal aktar informazzjoni, żur www. mitainnovationhub.gov.mt/ projects jew www.majjistral.org

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014