Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 25 Ricetta u Tqasqis WASAL żmien il-Halloween u f 'kull kantuniera jibda jinbet il-qara aħmar imnaqqax b'uċuħ koroh u mixgħulin bix-xemgħa minn ġo fihom. Iżda minflok naħlu dan il-qara aħmar kollu, l-ILLUM iddeċieda li jagħti lill-qarrejja tiegħu riċetta bil-qara aħmar. Bnina u tajba għas-saħħa. Ingredjenti • 600g qara mqaxxra u mqatta' dadi • Mgħarfa mburġata butir • Basla żgħira • Kurrata mqatta' (ħalli ftit għall- preżentazzjoni) • Żewġ sinniet tewm • Pulzier ginger frisk maħkuk • Nofs kuċċarina ċili mqatta' • kuċċarina żerriegħa tal-kumin • kuċċarina kosbor mitħun • 2 kikkri stukku tal-ħaxix • bott żgħir ħalib tal-kokonut tad- dieta • meraq tal-lumi • melħ u bżar • żerriegħa tal-qara' aħmar għall- preżentazzjoni Metodu 1. F'kazzola aqli l-basla, il-kurrat u t- tewm sakemm jieħdu kulur dehbi 2. Żid il-qara' mqatta' dadi u ħawwad 3. Żid l-istukku tal-ħaxix u itfa' ħafna mill-ħalib tal-kokonut. Ħallih fuq nar itektek għal madwar nofs siegħa. 4. Neħħiħ mis-sħana u żid il-meraq tal-lumi u ħawwad. 5. Agħmel it-taħlita puree b'handmixer jew blender. 6. Servi flimkien ma' kurrat moqli u żerriegħa tal-qara' mixwi. Żerriegħa tal-qara' ħamra mix wija Ingredjenti • Żewġ kikkri żerriegħa tal-qara' aħmar • Mgħarfa żejt (Sunflower/corn) • Mgħarfa butir (jew marġerin) • Kuċċarina jew tnejn melħ 1. Issepara ż-żrieragħ mill-kumpla- ment tal-qara' ħamra. M'hemmx għalfejn taħsilhom imma neħħi l-laħam żejjed tal-qara'. 2. Itfa' ż-żrieragħ f'bieqja u għatti biż-żejt, butir u melħ. 3. Ifrixhom fuq karta strazza u itfagħhom fil-forn f'temperatura ta' 100°C sakemm iż-żrieragħ isir dehbi, iqarmeċ u niexef, għal siegħa. Qallibhom sikwit biex te- vita li jiffurmaw skorċa. 4. Kessaħhom u itfagħhom fuq is- soppa tal-qara' aħmar, insalati jew għaġin… Tista' wkoll tikolhom bħala ikla ħafifa. Soppa tal-qara aħmar Qata' l-parti tiegħu wara li telqitu t-tfajla KULL raġel għandu ċertu kburija bil-parti sesswali tiegħu u ma jkun irid lil ħadd imaqdarielu. Raġel Maċedonjan iddeċieda li wara li ħassar minn mat-tfajla tiegħu jagħmel daqsxejn tibdil, radikali, f 'ġismu. Dan kollu ġara wara li dik li kienet is-sieħba tiegħu qaltli li se titilqu minħabba li ma kinitx sesswalment sodisfatta għax kellu l-membru tiegħu żgħir. Dan l-att makabru għamlu b'sempliċiment daqqa ta' xafra. Daqqa waħda… u barra. Imbagħad qabad ix-xafra flimkien mal-apparat, u ramihom fiż- żibel. Bla dubju ta' xejn, id-demm ma waqafx u kellu jikkuntattja lis-servizzi tal-emerġenza. Kien meħud fi sptar f 'Kocani fejn permezz ta' kirurġija t-tagħmir reġa' twaħħal f 'postu. S'issa għadu mhux magħruf jekk il-parti tiegħu hux se terġa' tibda tiffunzjona jew le, nittamaw li jgħaddilu malajr u kollox jerġa' lura għan-normal… imma kif jgħid il-Malti, kif kont taf… u kif se tiġi ma tafx! www.gourmettoday.recipes Id-dmija fuq ġisem ir-raġel wara li qata' l-parti tiegħu Ir-raġel waqt li kien qed jiddaħħal l-isptar wara l-awto-operazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014