Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Pietà .................... 1 Żebbuġ ................. 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT F'LOGĦBA bejn iż-żewġ timijiet neo-promossi tal- kampjonat Pietà Hotspurs kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Żebbuġ Rangers. B'hekk issa l-Hotspurs għandhom tmien punti fil-kampjonat. Kienu r-Rangers li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara biss tliet minuti logħob meta tentattiv ta' Yessous Camillieri stampa mal- mimduda. Fis-27 minuta tentattiv minn daqqa ta' ras b'saħħitha ta' Rafael Xavier Zacarias spiċċa ftit għoli. Man-nofs siegħa logħob tentattiv minn freekick ta' Carlo Monti ġie milqugħ tajjeb mill-goalkeeper ta' Pietà Hotspurs. Il-Hotspurs kienu indubbjament l-aħjar tim fit-tieni taqsima fejn ikkontrollaw tajjeb lill- avversarji tagħhom u kienu iktar insidjużi. Iżda fis- 60 minuta kienu Żebbuġ Rangers li setgħu faċilment fetħu l-iskor iżda kellu jkun David Cassar li jsalva lill-Hotspurs meta huwa wettaq save mill-isbaħ fuq tentattiv ta' Mauricio Britto minn azzjoni personali fil- kaxxa. It-tim immexxi mill- bravu kowċ Noel Coleiro mar fil-vantaġġ fil-65 minuta meta wara li rċieva minn kross tal-plejer Brażilajn Rafael Xavier Zacarias, Jurgen Pisani tefa' ġewwa permezz ta' xutt mal-ewwel. Pietà H. - Cassar, Attard, Grech, Anonam, Pisani, Cesare (Micallef 75'), Da Silva (Agius 40'), Cassar, Tasic, Da Silva, Zacarias (Licari 90') Żebbuġ R. - Rapchan Dos Santos Morales, Mandic, Galea, Gauci (Ciantar 85'), Camilleri, Muchardi, Paris, Monti (Mamic 75'), Britto, Nwoba, Bartolo (Farrugia 79') Referi - Fyodor Zammit RAFAEL XAVIER ZACARIAS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Ingħaqad ma' Pietà Hotspurs matul dan l-istaġun u qed ikollu staġun ferm tajjeb magħhom Pietà Hotspurs jiksbu tliet punti prezzjużi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014