Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 29 SPORTSillum Qormi jiksbu rebħa minima fuq Tarxien Rainbows Qormi .....................1 Tarxien R ................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FLEWWEL logħba li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun is-Sibt filgħaxija Qormi kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Tarxien Rainbows biex b'hekk kisbu tliet punti prezzjużi u t-tielet rebħa konsekuttiva fil- kampjonat. Fis-17-il minuta Qormi ħolqu l-periklu permezz tal-BOV Plejer tal- Logħba Alfred Effiong li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jgħaddi barra. Tarxien Rainbows irrispoindew fid-29 minuta permezz ta' Jorge Santos Silva li ra x-xutt minn tiegħu minn barra l-kaxxa jiġi kklerjat minn plejer ta' Qormi. Man-nofsiegħa logħob, xutt ta' Joseph Chetcuti għal Qormi għadda barra u immedjatament wara Quatrochi Santos kellu xutt tajjeb jiġi salvat mill- goalkeeper tar-Rainbows. Qormi komplew fuq l-offensiva u fl-40 minuta Joseph Chetcuti reġa' ra t-tenatattiv tiegħu jgħaddi barra. Qormi komplew jattakkaw fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fis-46 minuta huma rebħu penalty meta l-goalkeeper tar-Rainbows Sean Cini waqqa' lil Frank Temile fil-kaxxa. Mill- penalty spot inkariga ruħu Alfred Effiong li tefa' ġewwa biex tefa' lill-partitarji ta' Qormi f 'delirju ta' ferħ. Minħabba dan il-penalty, ir-Rainbows spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom Sean Cini. Fis-67 minuta Frank Temile ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ tajjeb minn Antonio Chetcuti waqt li fl- 84 minuta xutt mid-distanza ta' Jorge Santos Silva għat- team immexxi minn Clive Mizzi għadda għoli. Qormi - Farrugia, Bondin, Latini Mazzetti, Agius, Pisani (Vella 81'), Quatrochi Santos, Chetcuti (Farrugia 87') , Levnaic, Bondin, Effiong, Temile (Bruce 90') Tarxien R. - Cini, Farrugia, Caruana (Aquilina 72'), Rodrigues Silva, Barbosa Viana, Caruana, Sammut, Cini, Xerri, Lopes Pereira, Santos Silva Referi - Trustin Farrugia Cann ALFRED EFFIONG Twieled fid-29 ta' Novembru 1984 f'Lagos fin-Nigerja Skorja l-gowl tant importanti fl-46 minuta permezz ta' penalty li fisser mitqlu deheb għal Qormi Huwa attakkant miċidjali li jibbaża ħafna fuq il-ġiri u l-veloċità tiegħu sabiex jiskorja diversi gowls importanti Floriana jdawru telfa f 'rebħa t-tieni taqsima Floriana ............. 3 Mosta ................ 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BI tliet gowls fit-tieni taqsima Floriana dawru telfa f 'rebħa ta' 3-2 fuq Mosta. Permezz ta' din ir-rebħa Floraina laħqu lil Valletta fil-klassifika meta issa għandhom 10 punti. Madankollu l-Beltin lagħbu logħba inqas. Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu meta Pedro Calcado ra t-tentattiv tiegħu minn freekick jiġi kklerjat mid-difiża avversarja. Wara 20 minuta logħob Mosta marru fil-vantaġġ meta wara li rċieva minn freekick ta' Pedro Calcado, għola tajjeb Sasa Jovanovic li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' fix-xibka. Mosta rduppjaw l-iscore fit-33 minuta permezz tal- captain tagħhom Manolito Micallef li mill-viċin tefa' ġewwa. Floriana ħarġu fuq l-offensiva fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fis-46 minuta naqsu l-marġni tal-iscore permezz ta' Vito Plut li mill-viċin permezz ta' daqqa ta' ras b'saħħitha tefa' wara Omar Borg. U fit-52 minuta Floriana ġabu l-iscore indaqs għal darb'oħra permezz tal- BOV Plejer tal-Logħba, Vito Plut, li wara azzjoni personali, avvanza tajjeb u mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Mosta Omar Borg. Fil-71 minuta Mosta qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom permezz ta' karta ħamra diretta il- plejer Ryan Grech wara fawl ikrah fuq Conor Borg. U fit-73 minuta Floriana skorjaw il-gowl tar-rebħa li fisser tliet punti prezzjużi għalihom permezz tal- plejer żagħżugħ Brooke Farrugia. Floriana - Senatore, Scicluna, Aguiar (Piciollo 36'), Moreira Cobo, Pisani, Clyde Borg, Plut, Conor Borg, Briffa, Samb, Farrugia Mosta - O. Borg, Farrugia, Micallef, Magro (Grech 59'), Ekani, A. Borg, Frendo (Zammit 81'), Calcado, Kaljevic, Milovnaovic, Jovanovic (Bueno 62') Referi - Marco Borg VITO PLUT Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-8 ta' Lulju 1988 fis- Slovenja Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Qabel ingħaqad ma' Floriana, kien jilgħab ma' FC Saarbrucken In-Nursery ta' Sliema lura minn żjara fl-Irlanda GRUPP ta' 18-il żagħżugħ min-nursery tal-futbol ta' Sliema Wanderers dan l-aħħar irritornaw minn ġimgħa ta' skambju fl- Irlanda. Dan il-proġett ta' skambju kien ko-finanzjat mill-programm tal-Unjoni Ewropea Youth In Action. Il-proġett 'YES: Youth Em- bracing Sport' huwa parti integrali mill-politika li tħaddan din in-nursery. Dan għaliex l-iskop tagħha huwa li tiżviluppa liż- żgħażagħ f 'individwi maturi kif ukoll plejers tal-futbol. Dan il-proġett hu bbażat fuq il-kunċett li l-isport huwa xi ħaġa aktar minn sempliċiment attività fiżika. Filwaqt li permezz tal-isport iż-żgħażagħ jiżviluppaw stil ta' ħajja attiva u b'saħħitha, l-isport huwa wkoll mezz ta' kif dawn jistgħu jitgħallmu ħiliet ta' valur importanti għall-iżvilupp personali tagħhom. Immexxija miċ-chairperson tan-nursery, Mark Pace, u l-koordinaturi tal-proġett Martin Sacco u Stephanie Rocco, iż-żgħażagħ kienu ospitati minn Home Farm FC, waħda mill-aqwa akkademji f 'Dublin, fir-Repubblika Irlandiża, u li minnha kienet tifforma parti l-kowċ tan- nursery ta' Sliema Karen Heneghan. Matul iż-żjara tagħhom iż-żgħażagħ Slimiżi kellhom programm intensiv ta' attivitajiet kemm sportivi u oħrajn outdoor flimkien ma' oħrajn b'laqtiet kulturali u edukattivi li lkoll jgħinu sabiex iż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet biex b'hekk jibqgħu b'saħ¬ħithom tul ħaj¬jithom. Fil-preżenza Chantal Sciberras, ix-Chargé d'Affairs fl-Ambaxxata Maltija f 'Dublin, iż-żgħażagħ kienu protagonisti f 'Lejla Maltija. Matul din is-serata l-parte¬ċi¬panti Maltin ippreżentaw liż-żgħażagħ Irlandiżi u lill-familjari tagħhom il-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni turistika unika. Huma dewqu wkoll xi ikel tradizzjonali Malti. Iż-żgħażagħ kellhom ukoll l-opportunità li jipprattikaw xi sports Irlandiż popolari fosthom il-Gaelic Football u l-Hurling. Wara żjara interattiva fl-iStadium Croke Park, il-parteċipanti ltaqgħu mal- eks-Prim Ministru Irlandiż Bertie Ahern. Waqt partita ta' Gaelic Football Ahern spjega xi teknika ta' din il-logħba Irlandiża. Ahern kien involut mill- viċin fl-istadju biex Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Dan għaliex waqt dak il-perjodu importanti għall-istorja ta' gżiritna, l-Irlanda kienet qed tospita l-Presidenza Ewropea. Il- grupp kien ukoll milqugħ fil-Parlament Irlandiż, d-Dáil Éirenn. Din iż-żjara ta' skambju serviet ukoll bħala attività li tgħaqqad il-grupp speċjalment bis-saħħa ta' attivitajiet ta' teambuilding fosthom dik fejn il- parteċipanti qattgħu ġurnata ġo razzett kbir jesperjenzaw il-ħajja ta' bidwi. It-tim Slimiż taħt il-gwida tal-caoch Lawrence Formosa lagħab żewġ partiti ta' ħbiberija fuq ħaxix naturali kontra l- Akkademja ta' Home Farm. Huma kellhom ukoll sessjoni ta' taħriġ ma' coaches tal-istess Akkademja. Il- mzzi tax-xandir Irlandiżi tat pro¬mi¬nenza lil din iż-żjara tan-Nursery Slimiża permezz ta' artiklu ppubblikat fuq is-suppliment 'Striker' tal-gazzetta Irlandiża 'Herald'. Dan il-proġett hu kofinanzjat mill-Programm Youth in Action bis-saħħa tal- Kummissjoni Ewropea.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014