Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 SPORTSillum Real Madrid jirbħu l-'El Clasico' Spanja u Manchester City maħsuda minn West Ham United -Ingilterra FILLIGA Spanjola Real Madrid ġewwa darhom fis-Santiago Bernabeu għelbu lir-rivali Barcelona bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Cristiano Ronaldo, Pepe u Karim Benzema wara li kienu Barcelona li fetħu l-iskor permezz tal-Brażiljan Neymar wara biss tliet minuti logħob. Intant, fl-Ingilterra, l-ikbar sorpriża tal- ġurnata waslet minn Manchester City hekk kif huma barra minn darhom ġew maħsuda minn West Ham United meta tilfu bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għall-Hammers jaslu minn Amalfitano u Sakho waqt li l-gowl waħdieni ta' Manchester City wasal minn David Silva fit-78 minuta. Southampton ġewwa darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom fil-logħba jasal minn Sadio Mane fit- 33 minuta. Arsenal barra minn darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Alexis Sanchez. Fil-konfront bejn West Bromwich Albion u Crystal Palace rajna erba' gowls hekk kif dan il-konfront intemm fparità ta' 2-2. Il-gowls għal WBA waslu minn Anichebe u penalty ta' Berahino waqt li ż-żewġ gowls għal Crystal Palace waslu minn Hangeland u penalty ta' Jedinak. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil Leicester City bl-iskor ta' 2-0 bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Wilfried Bony. Riżultati Riżultat Kampjonat La Liga Real Madrid vs Barcelona 3-1 Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 25 ta' Ottubru West Ham U. vs Manchester C. 2-1 Liverpool vs Hull C. 0-0 Southampton vs Stoke C. 1-0 Sunderland vs Arsenal 0-2 WBA vs Crystal P. 2-2 Swansea C. vs Leiciester C. 2-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 14:30 Burnley vs Everton 14:30 Tottenham H. vs Newcastle U. 17:00 Manchester U. vs Chelsea It-Tnejn 27 ta' Ottubru 22:00 QPR vs Aston V. Riżultati Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 25 ta' Ottubru Empoli vs Cagliari 0-4 Parma vs Sassuolo 1-3 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 15:00 Chievo V. vs Genoa 15:00 Juventus vs Palermo 15:00 Udinese vs Atalanta 18:00 esena vs Inter 18:00 Lazio vs Torino 18:00 Napoli vs Hellas Verona 20:45 AC Milan vs Fiorentina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014