Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 31 SPORTSillum ISSA ONLINE .COM.MT LATLETA Danica Bonello Spiteri m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-qasam tal-isport tat-triathlon, fejn din is-sena ddominat fix-xena lokali kif ukoll internazzjonali. ILLUM kellu ċ-ċans jiltaqa' magħha wara li rebħet it-titlu Nazzjonali tal-Kampjonessa tat- Triathlon għat-12-il darba. Wara li dan is-sajf ħadet sehem fil-logħob tal-Commonwealth fl-iSkozja, kif ukoll rebħet titlu Mondjali fil-'cross triathlon' fil- Ġermanja, Bonello Spiteri ħadet ftit pawża mill-kompetizzjonijiet. Iżda f 'dawn l-aħħar ftit ġimgħat reġgħet kompliet bl-impenn internazzjonali tagħha. Il-klabb Spanjol, CTOA stieden lil Bonello Spiteri biex tkun parti mit-tim tagħhom wara wirja tajba minn Bonello Spiteri fi Spanja iktar kmieni din is-sena. Ħadet sehem m'atleti Spanjoli fil- kompetizzjoni nazzjonali bejn il-klabbs fl-ewwel diviżjoni. It-tellieqa kienet fuq distanza tal-iSprint Triathlon (750m għawm, 20km rota u 5km ġiri), b'tellieqa eċitanti fejn ir- rotta bir-rota ħadet l-atleti f 'toroq dojoq, tlajja lejn kastell u niżla qawwija, kif ukoll ħafna tidwir fil- villaġġ ta' Santander. "L-għawma ma kinitx tajba u tlift ħafna ħin, iżda fuq ir-rota għamilt l-aħjar li stajt u għaddejt ħafna atleti, avolja kelli problema mekkanika bir-rota. Ħadt gost fit-tlajja u nżul peress li issa sirt ħafna iktar kunfidenti. Kif inżilt mir- rota naf li kelli bżonn niġri ħafna biex inkompli ntejjeb il-pożizzjoni u ntella' iktar punti għat-tim," tenniet Bonello Spiteri. L-isforz tagħha kien tajjeb biżżejjed biex takkwista 112-il punt għat-tim CTOA, li spiċċa b'total ta' 890 punt. Dan ifisser li t-tim ġie fir-raba' post fil-Kampjonat tal- klabbs fl-ewwel diviżjoni fi Spanja. L-istaġun ta' Bonello Spiteri kompla fi xtutna fejn ġie organizzat il-Kampjonat Nazzjonali tat- triathlon fuq rotta ġdida, il- Marfa. Wara għawma ta' 1.5km, ir-rotta bir- rota bdiet b'telgħa ta' kilometru li tagħti għal fuq it-triq tal- Aħrax tal-Mellieħa, fejn l-atleti kellhom jiffaċċjaw 7 darbiet biex jaqdfu 40 kilometru, u l-aħħar fażi tat- triathlon inkludiet 4 dawriet lejn iċ-Ċirkewwa u lura lejn il-Marfa, bil-ġiri, għal total ta' 10 kilometri. Bonello Spiteri qalet li ħadet gost bir-rotta ġdida b'xenarju mill- isbaħ. Kellha għawma tajba u fuq ir-rota mill- ewwel intefgħet fl-ewwel post. Iżda wara l-ewwel dawra fuq ir-rota semgħet il-ħoss ta' puncture, iżda r-rota ma niżlitx totalment. "Kont ċerta li kelli puncture, iżda xorta bqajt naqdef għax ma rajt l-ebda problema bir-roti. Infatti qdift tliet dawriet oħra u komplejt inżid il-vantaġġ għal xi 90 sekonda, avolja bdejt inħoss ir-rota iktar tqila mis-soltu. Dan kien minħabba li r-rota ta' wara kienet nieżla bil-mod il- mod u ma kontx qed ninduna x'qed jiġri eżatt. Iżda fis-sitt dawra, żlaqt bir-rota u għal ftit ma waqajtx, imbagħad ir-rota ta' wara niżlet għal kollox. Kelli nwaqqa' l-pass u naqdef bil- mod sakemm wasalt għall- post fejn stajt inbiddel ir-rota ta' wara. Dan fisser li tlift il- vantaġġ kollu li kelli, u spiċċajt fit-tieni post, allura kelli nerġa' nirranka biex nirkupra l-ewwel post u l-ħin li kont tlift. Bdejt il-ġirja b'xi 30 sekonda vantaġġ, iżda ma' kull dawra komplejt inżid il- vantaġġ filwaqt li żammejt il-pass tal-ġirja konsistenti biex irbaħt it-12-il titlu Nazzjonali tat-Triathlon f 'Malta." Bonello Spiteri tinsab f 'forma tajba ħafna iżda tħoss li issa wasal l-aħħar tal-istaġun u qed tħoss l-għejja tat-tlielaq ta' matul din is-sena. L-aħħar appuntament tagħha hu fis-26 ta' Ottubru, fejn ikkwalifikat biex tieħu sehem fil-finali tal- Kampjonati Mondjali tal- Xterra® f 'Maui, l-Hawaii. Qalet li tinsab ferm eċitata għal din l-aħħar avventura tagħha fejn se terġa' tirraprezenta lil pajjiżna f 'tellieqa ferm diffiċli. "F'Maui se nagħmel l-aħjar li nista' u nagħti kulma nista' ħalli nkun nista' ntella' l-bandiera Maltija 'l fuq kemm jista' jkun, ħalli ħaddiehor jkun jaf li f 'Malta, avjolja pajjiż żgħir, xorta nistgħu nkunu kompetittivi fl-isport, u niksbu riżultati tajbin." Wara din it-tellieqa l-istaġun ta' Bonello Spiteri jintemm, u qalet li se tieħu xi żmien ta' mistrieħ mill- isports, u tiffoka ftit iktar fuq ix-xogħol u studju tagħha. Bonello Spiteri xtaqet tirringrazzja lill- isponsors ewlenin tagħha, www.buffmalta.com, BBB Bike Parts kif ukoll lil Ecco Sports biż-żraben BIOM. "L-isports għandu ħafna impenji u sagrifiċċji u nieħu sehem għax veru nieħu gost, allura, meta jkun hemm sponsor li jirrikonoxxi t-talent u d-dedikazzjoni tiegħi, napprezza ħafna u nagħmel l-aħjar li nista' biex ngħin lill-isponsors jien ukoll." LATLETA Danica Bonello Spiteri m'għandha il-pożizzjoni u ntella' iktar punti għat-tim," tenniet r-rota ma niżlitx totalment. "Kont ċerta li kelli il-ġirja b'xi 30 sekonda vantaġġ, iżda ma' kull Tkompli tiddomina x-xena tat-triathlon femminili Danica Bonello Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014