Illum previous editions

illum 26 October 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/404413

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014 | illum 35 SPORTSillum President Pawlu Sultana? Inħoss li Pawlu Sultana, flimkien mal-kumplament tal-MBA qed jagħmlu xogħol mill-aqwa. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Qatt ma kont dak it-tip ta' persuna li nipprova nippjana 'l bogħod għall-futur. Nieħu l-opportunitajiet kif jiġu u niffoka l-enerġija tiegħi fuq il-proġett li jkun imiss għalija. Bħalissa qed inqassam il-ħin tiegħi bejn li nitħarreġ kemm jista' jkun ma' Hibernains u li nibni karriera bħala personal trainer u nutrizzjonista. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi u l-courts li fihom tilagħbu f 'Malta speċjalment meta kkumparati ma' dawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali u li kont tilgħab fihom int meta kont tilgħab barra minn Malta? M'hemmx dubju li hemm fejn jista' jsir avvanz fil-maġġoranza vasta tal-courts Maltin, u jien nemmen li ma ninvestux biżżejjed fil-faċilitajiet tal-isport f 'pajjiżna. Madankollu, jkolli ngħid li l-courts tal-basketball li nsibu f 'Ta' Qali huma ta' reklam mill-isbaħ għall- basketball Malti. Il-mezzi tax-xandir f 'Malta jagħtu biżżejjed pubbliċità lill-basketball? Le, naħseb li tingħata attenzjoni żgħira ħafna lill-basketball fil-mezzi tax-xandir Maltin u dan jagħmilha ħafna iktar diffiċli għal timijiet tal-basketball biex isibu plejers ġodda jew isibu għajnuna finanzjarja. Ħafna aħbarijiet marbuta mal-isport huma dedikati lil sport ieħor, fosthom il-futbol, u nispera li nara bidla f 'din il-ħaġa inġusta matul is-snin li ġejjin. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball kemm fil-kamp maskili kif ukoll f 'dak femminili ikun jista' jgħix biss permezz tal-basketball? Ma tantx jidher li wieħed jista' jgħix biss permezz tal-basketball fil-futur qarib, li hija xi ħaġa verament tal- mistħija. M'hemmx dubju li kieku din ikollha effett ferm pożittiv fuq l-isports f 'Malta jekk eventwalment nilħqu punt fejn in-nies ikunu jistgħu jaffordjaw li jiddedikaw lilhom infushom totalment għal sport partikolari, bħala għażla ta' karriera iktar milli delizzju li tiġi ntaxxat fuqu, mingħajr ma jkollok tilgħab ma' tim barrani. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil- basketball lokali u mhux biss, għaddi messaġġ lil dawk il-bniet u / jew tfajliet li jixtiequ jagħmlu karriera fil- basketball. Xejn ma jiġi faċli fil-ħajja, għalhekk aħdmu ħafna biex tilħqu l-għanijiet tagħkom! Jekk tingħataw l-opportunità li tilagħbu barra minn Malta, ħuduha! Qatt m'intom tajbin jew kbar biżżejjed biex tibqgħu titgħallmu! Twieldet t-8 ta' Frar 1989 f'Tal-Pietà Fil-karriera mill-aqwa tagħha lagħbet ma' Pomezia u Rainbow Catania -Italja, ma' Sheeld Hatters u ma' tim tal- Università -Ingilterra qabel ingħaqdet ma' Hibernians matul dan l-istaġun f'Malta Tiorma parti essenzjali mit-tim nazzjonali femminili tal-basketball hekk kif bdiet tilgħab ma' dan it-tim immexxi mit-Taljana Angela Adamoli meta kien għad kellha biss 16-il sena Hija personal trainer u nutrizzjonista Christina Grima fil-basketball femminili

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2014