Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 17˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad għall- ewwel, li jsir ftit jew wisq imsaħħab. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Grieg il-Lvant forza 3 għal 4 loka- lment forza 4 għal 5 għall-ewwel, li jsir lokalment forza 2 għal 3 u jdur l-iktar mil-Lvant. Bil-buffuri tar-riħ qirb il-maltempati bir-ragħad, BAĦAR: Moderat lokalment qawwi għall- ewwel Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 16Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab, b'ħalbiet tax-xita iżolati iktar tard possibil- ment bir-ragħad mal-lejl. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Varjabbli l-iktar mil-Lvant forza 2 għal 3, li jsir min-Nofsinhar forza 3 għal 4 lokalment forza 4. Bil- buffuri tar-riħ qirb il-maltempati bir-ragħad, BAĦAR: Ħafif għal moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 85 46 65 13 74 29 77 84 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta BROWN'S Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun TALĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi PHARMAPLUS, Triq Ganu, Birkirkara CHARING Pharmacy, Triq il-Mi- mosa, Pietà SAN Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke CHEMIMART Ltd. Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard MEDICINE Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba DISTINCTION Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il- Kottonera, Birgu ST. James Pharmacy, 1, Misraħ San Ġakbu, Żabbar BLOSSOMS Pharmacy, Triq il- Gurgier, Birżebbuġa BRONJA Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Żurrieq MENELO Pharmacy, Triq it-Ta- bib Nikol Zammit, Siġġiewi SPIŻERIJA Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli CASTLE Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Victoria VELLA Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur Pawl Cremona kien viċin ta' Patri Charles Fenech ĦAFNA kienu dawk li baqgħu mibluha bl-aħbar li ġriet bħal-leħħa ta' berqa din il-ġimgħa dwar l-allegat każ ta' abbuż sesswali minn Parti Charles Fenech. Il-Patri Dumnikan li ħafna jiftakruh bħala patri eżemplari li kien imexxi għal diversi snin il-moviment Kerygma u Radju Marija u kien ukoll il-bniedem wara l-maratona tal-volleyball li kien jorganizza sa ftit snin ilu. Il-mistoqsijiet leġittimi li qed isaqsu ħafna dwar l-allegat każ ta' Patri Charles Fenech, il-Patri Duminkan li allegatament kien involut f 'każi ta' abbuż sesswali, huma bosta. Fost il-mistoqsijiet li qed jistaqsu ħafna hemm jekk ir-riżenja kiesaħ u biered ta' Mons Pawl Cremona minn Arċisqof ta' Malta kellhiex xi konnessjoni ma' dan il-każ peress li kemm Cremona u Fenech huma Dumnikani u huma magħrufa li kienu ħbieb sew ta' xulxin. Għalkemm Cremona qal li r-raġuni tar-riżenja kienet purament għal raġuni ta' saħħa, qal ukoll li kien ilu sentejn jikkontempla r-riżenja tiegħu. Mistoqsijiet oħra li qed joħorġu fil-beraħ huma għaliex Cremona qatt ma ħass il-ħtieġa li kellu jinforma lill-Isqof Scicluna, matul is- sentejn li ilu Malta bħala Isqof Awżiljarju u eks Prosekutur tal-Vatikan f 'każi ta' abbużi sesswali, dwar l-allegat każ ta' Patri Charles Fenech? Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qed jistaqsu wkoll jekk hemmx jew jekk kienx hemm xi skop partikolari li dan il-każ joħroġ fil-mezzi tax-xandir proprju ġimgħa wara li l-Isqof Scicluna nħatar Amministratur tal-Knisja, perjodu fejn bdiet it-tellieqa għas-siġġu li kien jokkupa l-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona b'uħud jargumentaw li dan il-każ jista' jxekkel lill-Isqof Scicluna milli jikkonċentra fuq il-ħidma pastorali tant bżonjuża bħalissa meta l-Papa Franġisku se jkun qed jagħżel is-suċċessur ta' Cremona. Oħrajn kellhom fehma differenti u qalu li dan il-każ u l-pożizzjoni ċara tal-Isqof Scicluna li hu mhux se joqgħod lura milli jressaq kull informazzjoni possibli lil Pulizija, kif ukoll dwar il-fatt li esprima r-rabja tiegħu għall-fatt li Patri Charles Fenech ma resaqx quddiem il-ġustizzja għal tliet darbiet, jista' jkun it-timbru tal- approvazzjoni tiegħu lejn is- suċċessjoni ta' Pawl Cremona. Intant skont rapport ippublikat ilbieraħ fil- gazzetta onlajn The Malta Independent, jidher li din il-gazzetta għandha f 'idejha kopja ta' ittra li kienet inbghatet lill-Isqof Scicluna fl-4 ta' Jannar 2013 fejn fiha hu kien infurmat bil-każ ta' Patri Charles Fenech. Ikompli minn paġna 1 Kontra kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa MILLBIERAĦ l-1 ta' Novembru pajjiżna, flimkien ma' tlettax-il pajjiż ieħor mill-Ewropa daħħal fis-seħħ l-artikli tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, li Malta rratifikat f 'Lulju li għadda, u li jitrattaw il-vjolenza kontra n-nisa fosthom dik domestika u sesswali. F'konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-Ministru tal- Intern u s-Sigurtà Manuel Mallia, il-Ministru għad- Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli ddeskriviet dan il-mument bħala wieħed importanti fejn il-Gvern qed jibgħat sinjal ċar li kull tip ta' vjolenza inkluż dik kontra n-nisa mhux se tkun tollerata. Barra minn hekk, qed jitwassal messaġġ ukoll li se jkun qed jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi kontra min iwettaq il-vjolenza. "Malta pparteċipat b'mod attiv fl-ifformular tal- Konvenzjoni ta' Istanbul, tant li hi meqjusa bħala fost wieħed mill-aktar pajjiżi li kkontribwew fil-proċess. Pajjiżna kien ukoll mal-ewwel tmienja li rratifikaw din il- konvenzjoni qabel ma daħlet fis-seħħ" qalet Dalli. Spjegat kif bħala parti mill-implimentazzjoni, il-Gvern Malti diġà għadda liġi li wasslet għall- kriminalizzazzjoni tal- mutilazzjoni ġenitali tan-nisa kif ukoll għaddew liġijiet kontra ż-żwieġ sfurzat u l-isterilizzazzjoni sfurzata. "Pass ieħor importanti li llum qed nagħmlu b'din il-konvenzjoni hu li issa l-vjolenza kontra n-nisa qed tiġi meqjusa bħala forma ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa," kompliet il-Ministru Dalli. Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia ħabbar li l-Korp tal-Pulizija se jkun qiegħed iħarreġ aktar lill-Pulizija biex jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika u jinvestigaw dawn il-każijet, filwaqt li se jkompli l-investiment fl- għases tal-Pulizija biex vittmi ta' vjolenza domestika jkunu jistgħu jinstemgħu f 'ambjent privat. "Permezz tal-Akkademja tal- Pulizija, se jkun qed jissaħħaħ it-taħriġ neċessarju dwar kif l-uffiċjali fil-korp għandhom jaġixxu f 'każijiet ta' vjolenza domestika u kull forma oħra ta' vjolenza fuq in-nisa" qal il-Ministru Mallia.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014