Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 11 Beda x-xahar tal-erwieħ ILBIERAĦ għadu kif beda Novembru. Ix-xahar iddedikat lill-għeżież tagħna li ħallewna u għaddew għad-dinja l-oħra. F'dawn l-aħħar snin Novembru sirna nilqgħuh b'festa pagana, Halloween, li għadna kif iċċelebrajnieh nhar il-Ġimgħa li għadda. Halloween, li għandha oriġini min-nazzjonijiet Keltiċi, jiġifieri dawk in- nazzjonijiet tal-Punent tal-Ewropa, fosthom l-Irlandiżi u l-Iskoċċiżi, infirxet mad-dinja kollha. Illum il-ġurnata, l-Amerikani, kif jafu jagħmlu, jiċċelebrawha b'mod grandjuż u jżejnu t-triqat bi dwal, xemgħat u qara aħmar imnaqqax. Din id-drawwa qed tinfirex qatigħ f 'pajjiżi oħra u maż-żmien qed tikseb iktar popolarità fl-Ewropa u anke f 'Malta. Fost l-użanzi hemm dik ta' trick or treating fejn it-tfal iħabbtu mal-bibien tad-djar li jkollhom xemgħa, fanal jew xi qara ħamra mixgħula fit- tieqa u jitolbuhom il-ħelu. Jekk it-tfal ma jingħatawx il-ħelu jistgħu jitfgħu bajd jew toiletpaper mal-faċċata. Jekk jingħataw, kollox jintemm b'wiċċ il-ġid. Iżda dari, qabel daħlu dawn il-festi t'oriġini Kristjana u li llum saru pagani, x'kienu jagħmlu l-Maltin f 'Novembru. L-ILLUM tixtieq tagħti ħarsa lura fil-passat u tara kif kien jiġi mfakkar ix- xahar tal-erwieħ f 'pajjiżna. Il-kaldarun tal-erwieħ Din kienet drawwa li bdiet mill-Patrijiet tal-Kapuċċini fil-Furjana. Matul ix-xahar ta' Novembru l-patrijiet kienu jidħlu l-Belt Valletta u jduru l-ħwienet u jaraw x'jiddubbaw. Kienu jmorru għand in-negozjanti u kien jirnexxielhom jiksbu ħobż, ħaxix, għaġin, kunserva, fost l-oħrajn. Il-patrijiet kienu jitfgħu kollox f 'borma kbira tar- ram, b'żewġ widnejn, forma ta' kaldarun. Imbagħad la darba l-kaldarun jimtela, kienu jżidu l-ilma, u jmorru fuq Sant Iermu, sewwasew f 'tarf il-Belt Valletta, kienu jpoġġu l-borma fuq il-ħatab u jagħmlu minestra. Għal ħabta tal-11am, wieħed mill-patrijiet kien irodd is- salib u jqassam il-minestra lit-tallaba li kienu jinġabru. L-ikel kien ikun b'xejn u din id-drawwa kienet qabdet ċertu popolarità f 'xi postijiet ta' Malta, fosthom f 'Ħal Tarxien. Din id-drawwa jidher li issa mietet mewta naturali. It-tubru Il-famuż tubru kien ikun kaxxa għolja li meta tittieħed fil-Knisja kienet tiġi miksija b'faldrappa sewda. Ħafna drabi din il-faldrappa kienet tkun irrakkmata bid-deheb. It-tubru kien jintrama f 'nofs il-knisja fix-xahar ta' Novembru u madwaru kien ikun hemm xi gandlieri bix-xemgħat suwed. It-tubru kien simboliku max-xahar tal-mejtin u kien qisu jixxiebah ma' tebut mgħotti u b'hekk kien ifakkar lill- fidili biex jitolbu għall- erwieħ għeżież tagħhom. Ħafna drabi t-tfal kienu jibżgħu minnu u ma jersqux lejh. Jekk kien ikun hemm xi mewt ta' xi ħadd ewlieni mid-djoċesi, bħal ngħidu aħna, il-Papa jew l-Isqof kien jintrama wkoll, ikun x'ikun ix-xahar. Dari, l-isbaħ tubru kien dak li kien jintrama fil-Kon Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta, li kien inħadem mill-mastrudaxxa Mikiel Camilleri. Dan kellu forma pjuttost differenti mill-oħran. Kien forma ta' kappella żgħira miżgħuda bix-xemgħat. Wara l-Konċilju Vatikan II, dan it-tubru miet ħesrem u llum wieħed għadu jista' jarahom biss f 'xi mużewijiet parrokjali. Il-Knisja tal-Lunzjata armata bid-damask iswed u t-tubru fin-nofs il-korsija Novembru hu x-xahar id- dedikat lill-erwieħ Qawl Malti li forsi ma tantx għadu jintuża u li jirreferi għax- xahar ta' Novembru. Dan jimplika li dan ix-xahar hu x-xahar tal-ġabra, tal-galbu, tal-ħin mal-familja u forsi anke ż-żmien biex taħsiblu għat-tkattir tal-familja! Kont taf li Novembru dejjem jibda fl-istess ġurnata ta' Marzu? Hekk hu. Jiġifieri jekk Marzu jibda l-Ġimgħa, Novembru jibda l-Ġimgħa wkoll. Kull sena. IXXAHAR TALERWIEĦ, XOGĦOL, GALBU U FRIEĦ KONT TAF LI? Ix-xahar tal-erwieħ, xogħol, galbu u frieħ SUPPLY TENDER FOR THE PROVISION OF SIXTY (60) ENERGY EFFICIENT WORKSTATIONS FOR THE MALTA ENVIRONMENT AND PLANNING AUTHORITY (Ref: T08/2014) e Malta Environment & Planning Authority (MEPA) is responsible for land use planning and environmental regulation in Malta. e overall objective of this contract is the provision of sixty (60) energy ecient workstations for the Malta Environment and Planning Authority. e tender document can be downloaded from the MEPA website on the following link: www.mepa.og.mt/info-tender. e presentation of the tenders should satisfy the conditions mentioned in Section C – Tender Preparation (Page 7 of the Tender Document) and deposited in the tender box at the MEPA premises in Floriana by Friday, 21 st November, 2014 before 10.00a.m. Any requests for clarications concerning this call for tenders should be addressed to the Director of Corporate Services on email tenders@mepa.org.mt by not later than Tuesday, 11 th November, 2014 before 4.00p.m. A participation fee of €25.00 needs to be paid in order to submit an oer. Late or incomplete submissions will not be considered. Diversion from the specication will render the oer null and void. www.mepa.org.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014