Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 13 Mużika tal-ostra Tiġux tgħiduli, imma għandhom taste tafux tal- pinne, iva bħat-Taste Magazine ta' dik is-sabiħa li tieħu ftit qliegħ minn tas-Sur Malcolm Miller u s-Sur Joe Said. Insomma, meta ħareġ Xmun quddiem is-segwaċi qisu Steve Jobs nieqes metru, il-mużika li għażlu kienet ta' 'How to Train Your Dragon.' Vera groovy tafux. L-irrabjat Joey Kont qed inħuf fil-Ministeru tal-Finanzi. Dħalt f 'kamra u sibt lil Joe Mizzi tat-traffiku qed jitkellem ma' Dwardu Scicluna l-Ministru. Mort biex inbul mas-siġġu ta' Joey, imma f 'daqqa u l-ħin dan immolla, qabeż minn fuq is-siġġu, laqat uffiċjal u telaq 'il barra rrabjat bi Dwardu jakkumpanjah u jikkalmah. Kemm hu pulit hux! Jien kont ġa għollejt saqajja biex nimmira għal siequ u qatagħli kollox! Imma tant rajtu rrabjat li xorta għamilt taħti. 'Escape goat' Tal-Lejber dejjem kienu bravi fl-Ingliż, mela ħarġu stqarrija u ma ridtx nemmen dak li kont qed naqra, minflok ma kitbu 'scapegoat' kitbu escape goat. Iva escape goat! Il-ostra kemm dħakt! Imbagħad ftakart li l-amministrazzjoni kollha tal-Lejber qegħdin iċ-Ċina jieklu l-papri. U mistagħġbin kemm iċċajtaw u ffangaw Toni Abela u Gino Cauchi, għax dawn tafux, ma tantx ikellmu lil xulxin. Tibla' l-kliem Eħħ Maria Micallef, il-kbir tal-Air Malta kellha tibla' l-kliem. Mhux vera li qalet li l-politiċi m'għandhomx jindaħlu fl-Air Malta! Hekk kif ħarġet il-verità, qalet li mhux dak li riedet tgħid. Insomma tal-Air Malta ħarġu biċċa stqarrija biex mingħalihom jikkovinċu lil kulħadd li fl-Air Malta kollox għadu kif kien, jiġifieri li l-politiċi jistgħu jkomplu jindaħlu. Yippee. Fun f 'Altitude Mela kont Singapore fl-iktar ristorant għoli fid-dinja, jismu l-Altitude. Kont ma' sieq Muscat waqt li kien qed jixrob cocktail jismu 'Naughty Coconut' u jiċċaċra mal-Prim Ministru ta' Nevis Vance Amory. Ġie ħdejh Keith Schembri, f 'idejh kellu cocktail jismu 'paper tycoon.' Schembri qallu: "Kollox sew prim?", "Iva, qed inkellem lil dan, kemm hu iswed hux?" Amory daħak u ħares lejh u qallu: "I know what that means?" Muscat ħmar u qallu: "You understand Maltese?", "Yes, a little, I know a Maltese woman and she taught me some Maltese, she told me that iswed mean the very big one." Kien dak il-ħin li Schembri nfaqa' jidħak u spiċċa beżaq ix-xarba tiegħu f 'wiċċ Amory! Olè! Il-Poodle din il-ġimgħa ma kienx disponibbli u se jerġa' jkun magħkom mill-iktar s possibbli Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Żieda ta' 10% fl-operazzjonijiet f 'Għawdex "IRRIŻULTATI fil-qasam tas-saħħa, qed iħallu wkoll id-differenza fil-ħajja tal-familji Għawdxin." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne waqt laqgħa mat-tmexxija maniġerjali tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex, fejn ġiet diskussa l-ħidma fil-qasam tas-saħħa f 'Għawdex f 'dawn l-aħħar xhur, li rreġistra titjib kemm fis-servizzi ġodda u dawk stabbiliti. Fil-fatt, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex kien hemm żieda ta' 10% fl-operazzjonijiet li saru meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dan wassal għal total ta' 2,211-il operazzjoni li tfisser żieda ta' 'l fuq minn 200-il operazzjoni aktar mis-sena 2013. L-aktar setturi prominenti li fihom kienet immarkata żieda kienu, fil-qasam tal- Endoskopija li rreġistra żieda ta' 150 operazzjoni, il-Colo-Rectoral Screening Programme li rreġistra żieda ta' 70 intervent u l-ENT li din is-sena rat żieda ta' 40 operazzjoni. Chris Fearne feraħ lit- tmexxija ta' dan l-isptar għal din il-ħidma effettiva u rrimarka r-riżultati li nkisbu fis-servizzi ġodda li ddaħħlu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex f 'dawn l-aħħar xhur. Hu semma li fost oħrajn id-Day Care Unit fejn s'issa diġà bbenefikaw mis- servizzi tagħha aktar minn 750 pazjent. Semma wkoll is-servizz tal-kimoterapija f 'Għawdex li gawdew minnu madwar 60 pazjent u li fiż- żmien li ġej dan se jkun estiż biex jibda jinkludi wkoll il-qasam tal-prostata. Tkellem ukoll dwar il-ftuħ tal-pain clinic, is-servizzi ġodda fir-rheumatology u teknoloġija ġdida fil-qasam tal-kolonoskopija virtwali fejn 112 il-pazjent diġà gawdew minn CT scan li joħroġ ritratt 3D dettaljat tal- musrana l-kbira mingħajr il- ħtieġa ta' proċedura invasiva fil-pazjent. "Dawn ir-riżultati juru l-bżulija tagħna biex il- pazjent Għawdxi jingħata kura tal-ogħla livell f 'Għawdex stess," stqarr Chris Fearne filwaqt li nnota li dawn ir-riżultati pożittivi kienu possibbli li jinkisbu grazzi għall-investiment fir-riżors uman li wassal biex jiżdiedu l-ħinijiet li fihom isiru l-operazzjonijiet, li jibda jitħaddem it-tielet teatru tal-operazzjonijiet u li wassal ukoll biex jiġu estiżi s-servizzi offruti speċjalment dawk fl-outpatients bħad- dermatoloġija, kardjoloġija, kirurġija ġenerika, oftalmoloġija u ortopedija. Fi tmiem iż-żjara Fearne rringrazzja l-ħaddiema kollha tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex għad- dedikazzjoni tagħhom biex il-pazjent Għawdxi jingħata l-aħjar servizz possibbli. Chris Fearne waqt iż-żjara tiegħu fl-isptar ta' Għawdex Id-dragun Joe Mizzi L-escape goat tal-Lejber Maria kellha tibla' kliemha Vance Amory

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014