Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 W ara li ġie aċċertat mill- fotografu li se jġibu tajjeb anke jekk ma kienx preparat biex jieħu ritratti (politiku hu) Chris Said bit-tbissima tas-soltu ntasab quddiemi u beda jwieġeb għal mirtillata ta' mistoqsijiet li kont lestejt għalih. Is-Segretarju Ġenerali tal-PN bħal dejjem kien preparat sa snienu għal dak kollu li ridt inkun naf mingħandu fejn ma wera l-ebda eżitazzjoni biex iwieġeb. "Fallejna għax ma bqajniex viċin in-nies. Konna ħadna lin-nies b'ovvji. Ridna nħabbtu wiċċna mal-kriżi mondjali finanzjarja u tajniha aktar importanza milli naraw in-nies x'qed iħossu u konna mehdijin bil-kunflitt intern. Dan kollu wassal għat-telfa kbira li ħadna" beda jgħid Said. Dwar jekk it-tiġbid li baqa' jġebbed Gonzi fil-gvern kienx ukoll il-kaġun ta' aktar nies li telqu lil partit Nazzjonalista, is-Segretarju Ġenerali qal, "'The writing was on the wall' li konna se nitilfu. Għalkemm inħoss li l-partit ma kienx ħaqqu daqshekk telfa kbira. Ir-riżultat tefagħna fil-qiegħ u issa l-uniku triq li għandna quddiemna hi li nitilgħu 'l fuq. Jibqa' fatt li wara dik it-telfa waslet l-akbar telfa elettorali mill- Indipendenza 'l hawn, dik tal-MEPs, "Dik l-elezzjoni ġiet kmieni wisq. Ma konniex għadna sibna saqajna u konna għadna qed naħdmu x'se jsiru biex nindirizzaw l-aspirazzjonijiet tan-nies." Sadattant Chris Said ammetta li aktar milli l-Labour rebaħ l-elezzjoni kienu n-Nazzjonalisti li tilfuha. "Il-Laburist hu aktar hard core minn Nazzjonalist. Iżda jidher li l-mentalità ta' kif jivvota l-Malti inbidlet. Illum hemm aktar nies li jivvutaw lil dak il-partit li jilħaq l-aspirazzjonijiet tagħhom u dawn li nsejħulhom floaters qed jikbru minn elezzjoni għal oħra." Mitlub jgħidli jekk hux qed jaħdmu biex jiġbru n-nagħaġ mitlufa, Said qal li "rridu niftħu l-bieb beraħ ħalli dawk in-Nazzjonalisti mill-għeruq li tlifna jerġgħu jħossuhom komdi. Hemm minnhom li qatt mhu se jiġu lura. "Però ta' min isemmi li hemm Laburisti ġenwini, kanvassers ta' ministri u tesserati Laburisti li huma diżillużi kif qed imexxi l-gvern li ħadmu għalih huma, li qed jingħaqdu magħna. Irridu nibnu partit li nappellaw għal dawk in-Nazzjonalisti li tlifna u għal dawk il-Laburisti li jibdew jemmnu fina li nistgħu mmexxu aħjar." Chris Said ma qabilx ma' dak li qalet Marlene Farrugia f 'intervista ma' din il-gazzetta li l-gvern bidel l-isem biss u qed imexxi bħal ta' qabel. "Il-PN kien jiggverna b'mod differenti, aħna dejjem poġġejna l-interessi nazzjonali fuq quddiem għalkemm wettaqna żbalji li ħallasna għalihom. Il-gvern Laburista jpoġġi l-interessi tan-nies tal-qalba fuq Tagħna Lkoll kienet Mort niltaqa' ma' Chris Said - uċċju tiegħu l-kwartieri tal-PN. Ikolli nammetti li wara nuqqas ta' madwar sena u nofs minn dan l-uċċju kien hemm arja dierenti. L-aħħar li kont f 'dan l-uċċju kien hemm arja ta' diżappunt u problemi kbar minħabba l-qagħda prekarja li kien jinsab h il-Partit Nazzjonalista dakinhar. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Chris Said Miżżewweġ u missier ta' tliet ulied Il-kbir fost 13-il aħwa Minn Nadur, Għawdex Passat: Kien President tal-GFA, sindku tan-Nadur u membru parlamentari fl-aħħar żewġ leġislaturi. Kien Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, kompetizzjoni ġusta, kunsilli lokali u Djalogu pubbliku, Ministru tal- Ġustizzja Preżent: Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014