Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 15 quddiem." Hawnhekk ma tantx qbilt miegħu għax kull Malti kien jaf li l-Partit Nazzjonalista kien imsemmi għal ħbieb tal-ħbieb li kellu matul l-amministrazzjoni tiegħu, "dak kien slogan li ħarġu bih il-Labour u damu ħames snin itambru fuqu meta huma ħarġu slogan ta' Malta Tagħna Lkoll li spiċċa bħala ċ-ċajta ta' din l-amministrazzjoni. "Issa dwar il-ħbieb tal-ħbieb ma naqbilx miegħek għax konna kritikati minn Nazzjonalisti li ħallejna wisq Laburisti f 'pożizzjonijiet għoljin u li kienu kompetenti fejn ħafna minnhom lagħbuna." Tlabtu jagħtini xi eżempji u weġibni li fil-MEPA persuni li fiż- żmien in-Nazzjonalisti kienu rrifjutaw ċerti permessi, illum l-istess nies qed japprovaw l-istess permessi. "Issa jekk dawn qed jobdu xi ordnijiet minn fuq qed jiżbaljaw għax hemm min irriżenja għax indaħlulu bħalma kien il-kummissarju tal-artijiet." Dwar l-indħil politiku tkellimna dwar l-Air Malta fejn il-PN qed jikkritika lil gvern preżenti dwar it-telf fl-Air Malta meta dan beda fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista. "L-Air Malta nixtieqha tispjegali kif kienet għaddejja minn ristruttrar fejn aħna naqqasna n-nies u tlifna anke voti minħabba dan u din l-amministrazzjoni impjegat 300 persuna ġdida. Bħala segretarju tal-kumpannija ġie ngaġġat Andre Borg li hu iben il-kandidat Laburista Reno Borg meta fi żmienna l-post ta' segretarju kien jagħmlu wieħed diġà impjegat mal-Air Malta. Imbagħad inwaħħlu fil-Libja li morna ħażin." Tkellimna dwar il-korruzzjoni fejn is-segretarju Ġenerali ammetta li teżisti "għax sakemm hemm il-bniedem hemm l-abbużi." Chris Said qal li smajna ħafna għajjat ta' korruzzjoni u s'issa ma tressaq ħadd fil-qorti, "kien biss il-gvern Nazzjonalista li ressaq il-qorti l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż meta tressaq il- Prim Imħallef u żewġ imħallfin oħra u nstabu ħatja. Anke fil-passat konna aħna li ressaqna lill-eks Ministru Lorry Sant, il-qorti. "Nistaqsi kemm smajna għajjat dwar korruzzjoni f 'Mater Dei, x'sar minn dak kollu li għadda lil pulizija. U dwar il-kwistjoni taż-żejt l-uniċi li tressqu l-qorti kienu dawk li ressaqna fi żmienna, issa f 'sena u nofs ħadd ma ttella' l-qorti dwar l-iskandlu taż-żejt. Għaliex? Anke dwar il-konkos, kif ma ttella' l-ebda kuntrattur il-qorti, għax żgur li dan ma kienx tort ta' xi ministru. U jekk il-konkos tal-pilastri hu inferjuri kif il-gvern qed iħalli n-nies taħthom u jissogra ħajjithom? Dawn qed jitfgħu t-tajn biex xi ħaġa teħel u diffiċli biex tnaddfu iżda min jitfa' t-tajn qed jibqa' għaddej. Il-PL issa qed jindara kif isib dahru mal-ħajt jitfa' t-tajn." Said kompla fuq l-isptar fejn semma l-iffullar tas-sodod. Hu qal li fi żmien in-Nazzjonalisti l-anzjani kienu jaqgħu taħt is-saħħa, issa jaqgħu taħt ministeri differenti. "Hemm 120 sodda meħudin minn anzjani għar-rijabitazzjoni u ma npoġġuhomx fi djar tal-anzjani għax dawn qed jiġu mimlija min-nies tal- qalba u nħallu l-isptar bin-nuqqas ta' sodod. Ma stajtx nħalli barra s-suġġett tal-enerġija fejn Chris Said tbissem mill-ewwel u qalli, "suġġett mimli gideb. Power station se tinbena fi żmien sentejn, tinqaleb għal diesel mill-ewwel, BWSC fabbrika tal-kanċer, imbagħad l-prim ministru jibgħat rapport lil kummissjoni Ewropea li l-arja tjiebet għax hemm il-BWSC. Dan juri li ma kellux għalfejn jibni żewġ power stations meta l-interconnector kien biżżejjed għax issa se jkollu ħafna iżjed enerġija milli għandna bżonn. Dan għamlu għax laħaq ikkommetta ruħu maċ-Ċiniżi." Il-partit il-ġdid Nazzjonalista falla fl-Unjoni Ċivili. Issa dwar ewtanasja u abort jekk tinqala diskussjoni x'se jagħmel, "Aħna niddiskutu kollox iżda aħna għandna pożizzjoni ċara favur il-ħajja u ma naċċettaw xejn li jtemm il-ħajja." Telfa ta' elezzjoni ġenerali, telfa fl-elezzjonijiet Ewropej, issa fl- elezzjonijiet tal-kunsilli x'qed jistenna l-PN? "Il-kunsilli lokali huma differenti mill-elezzjonijiet l-oħra. Hemm persentaġġ ta' nies jivvutaw skont il-bżonn tal-lokalità milli bħala partit. Għalhekk aħna xogħolna hu li nippreżentaw l-aħjar ideat u l-aħjar kandidati." Ma' kulmin titkellem jgħidlek li dan il-gvern għandu fil-gvern għaxar snin żgur. Hawn Chris Said qal li din jismagħha hu wkoll, "iżda hemm nies li diġà bdew joqomsu għax dan il- gvern ma żammx mal-wegħdiet kollha li għamel. Fadallu tliet snin u nofs biex iwettaq dak li wiegħed u mbagħad irid jagħti rendikont. Wieħed ma jistax jipprevedi x'se jiġri l-elezzjoni li jmiss. Aħna mhux se noqogħdu nistennew lil gvern ifalli iżda rridu nibnu programm u inizjattivi ġodda biex immorru quddiem l-elettorat. Irridu programm mibni min-nies u mill-fora li qed noħolqu u mhux programm tal-Kap. "Nara differenza kbira bejn illum u sena u nofs ilu. Dakinhar konna fil- qiegħ u nħossu li bdejna telgħin. Issa rridu nżommu dan il-momentum biex naqbżu lil partit Laburista." Ma stajtx nagħmel intervista ma' Chris Said u ma nitkellmux fuq Għawdex u l-mod kif il-PN tilef Għawdex fejn dak il-ħin żamm qalbu u qalli, "dik l-akbar weġgħa ta' qalbi. Sa dalgħodu kont fuq il-vapur u waqt li ħarist lejn il-port tal- Imġarr stajt nara ż-Żewwieqa, il-yacht marina, il-vapuri u t-toroq, kollox sar taħt in-Nazzjonalisti u tlifna Għawdex. Għamilna tant u tlifna l-kuntatt man- nies u tlifna kollox." Chris Said qal li f 'sena u nofs ma sar xejn ħlief wegħdiet fiergħa, "Ir- road map ta' Għawdex hu bbażat fuq tnejn, xogħol u aċċessibilità. Nistaqsi fejnha l-'fast ferry'? Din kienet wegħda prinċipali tal-gvern Laburista. Dan l-aħħar staqsejt lil ministru dwarha u ħarab mill-mistoqsija u nħoss li qed jaħbu xi ħaġa li din mhux se ssir għax jekk issir tfalli l-Gozo Channel. Iżda dan kienu jafuh qabel mela għalfejn wegħduha lill-poplu Għawdxi? Tkellem ukoll dwar ix-xogħol li skont Chris Said l-unika ħaġa li saret kienet l-iskema 'Greener & Cleaner'. "Fiha tħaddmu 166 persuna li ġew imwiegħda xogħol fiss mal-gvern iżda minnhom disgħa biss sabu xogħol. Daħku bihom ukoll." "Issa qed jissemmew l-fixed link u l-cruise liner terminal. Nistennew u naraw" temm Said fuq Għawdex. Mistoqsi dwar il-fatt li Eddie Fenech Adami attenda għall-ewwel diskors ta' Wenzu Mintoff bħala mħallef meta l-PN kienu ħarġu speċi ta' bojkott, is-Segretarju Ġenerali ma qabilx miegħi, "aħna għandna rispett lejn l-istituzzjonijiet. Qatt m'għamilna bojkott fuq l-għażla ta' Wenzu Mintoff. Aħna biss tkellimna li ma naqblux mal-għażla. Illum Wenzu Mintoff hu imħallef u m'għandniex dubju li se jipprova jaqdi dmirijietu bl-aħjar abilitajiet tiegħu. Il-Prim Ministru kien wiegħed sistema ġdida kif jintgħażlu l-imħallfin u anke kodiċi ta' etika tal- ministri u qalulna li dan lest iżda s'issa għadu ma rax id-dawl." Mistoqsi dwar kif iħares lejn il-gvern Laburista wara sena u nofs Chris Said ġab l-eżempju ta' "pakkett imgeżwer f 'karta sabiħa li llum qdiemet u qed joħroġ eżatt x'kien fih il-pakkett. "Lejlet l-elezzjoni ħafna wegħdiet sbieħ, reklami mill-isbaħ li swewlu miljuni ta' ewro b'messaġġ mill-isbaħ. Illum ħiereġ eżattament x'isarraf. Se nkomplu naraw żelqa wara żelqa iżda aħna mhux qed nistennew iż-żelqiet tal-PL iżda se nkomplu nagħmlu bidliet fil-partit b'ideat ġodda, politika mġedda li finalment twassal biex il-poplu jerġa' jagħtina l-fiduċja." Il-fatt li l-partit hu nieqes minn uċuħ żgħażagħ f 'kull attività li qed jorganizzaw kif jaraha s-segretarju Ġenerali? "Irridu noħorġu b'għajta li jifhmuna ż-żgħażagħ bi slogan 'cool and smart to vote PN'. S'issa l-messaġġ għadu ma wasalx maż-żgħażagħ. Irridu ngħafsu fuq l-ambjent għax iż-żgħażagħ jinteressahom l-istudju u l-ambjent. U bħalissa qed isir sfreġju ambjentali b'bini bl-addoċċ. Għax hemm għaġla sfrenata biex jitwettqu ċertu wegħdi ta' qabel l-elezzjoni." Spiċċajna billi fejn il-bieb staqsejtu jekk bħala Segretarju Ġenerali hux suppost ifittex kandidati tajbin għal Għawdex li jistgħu jkunu ta' kompetizzjoni għalih għall-elezzjoni ġenerali. Said wieġeb bla tlaqliq, "nassigurak li se jkollna l-aqwa tim f 'Għawdex u se nħabbru kandidati oħra dalwaqt. Jinteressani l-partit. Anke meta kont sindku kont infittex nies oħra bħala kandidati." kienet biss ċajta "Laburisti ġenwini, kanvassers ta' ministri u tesserati li huma diżillużi qed jingħaqdu magħna" Ritratti: Ray Attard Smajna ħafna għajjat ta' korruzzjoni u s'issa ma tressaq ħadd fil-qorti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014