Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 Puli jkompli jgħid tiegħu dwar il-KMS IPPERMETTILI nerġa' nirreferi għall-intervista mad-Deputat Laburista u Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) Luciano Busuttil, u s-sussegwenti risposta ppublikata fl- ILLUM tal-Ħadd 26 ta' Ottubru 2014. Mir-risposta tal-istess Onorevoli Busuttil joħroġ ċar li l-allegazzjoni oriġinali fl-intervista tiegħu kienet waħda bla bażi li tagħti lok għal insinwazzjonijiet qarrieqa. Aktar minn hekk Luciano Busuttil ma ċaħadx li: 1. L-4 miljun ewro msemmija kienu biss parti żgħira minn investiment qawwi li sar fl-isport Malti bejn l-2008 u l-2009. Aktar minn 60 proġett sportiv f '60 xahar ta' Gvern Nazzjonalista jitkellmu waħedhom. 2. It-tnaqqis qawwi fil-baġit tal-isport minn Gvern Laburista ħoloq problemi mhux żgħar fl- amministrazzjoni tal-isport. Mhux ta' b'xejn li f 'sentejn ta' Gvern Laburista għadu ma sar xejn ġdid fl-isport. 3. Mill-isports awards u l-attivitajiet ta' madwarha kienu jgawdu mijiet ta' sportivi u tfal. Illum qed jagħmlu attività medjokri għall-aħħar u mitt elf ewro minflok jintużaw fuq l-isportivi qed jintużaw biex appena jiffinanzjaw il-pagi u l-onorarji ta' żewġ persuni - chairman u konsulent fl- isport. 4. It-transfers ingħataw lil persuni validi li nzertaw jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li lil dawn l-impjegati tal-Gvern neħħewhom mill-KMS bi skuża biex jiġu ffrankati l-fondi bdew jiġu impjegati dawk tal-qalba b'pagi attraenti ħafna. 5. Il-fondi Ewropej li qed jiftaħar li se jġib għall-isport huma fil-fatt il-fondi li ġab Lawrence Gonzi u l-Gvern tiegħu. Qed jiftaħar b'rix ħaddieħor bħas-Segretarju Parlamentari Laburista li jħobb imur jinawgura faċilitajiet u programmi li kienu jkunu diġà inawgurati minn ta' qablu. Kulħadd jaf li Luciano Busttil kien ma' Joseph Muscat biex Malta ma tisseħibx fl-Unjoni Ewropea u konsegwentament ma tiħux dawn il-fondi. 6. L-għotjiet u l-wegħdiet lill-għaqdiet sportivi kienu sostenibbli taħt Gvern Nazzjonalista u ma baqgħux sostenibbli għax Gvern Laburista qed jisparpalja l-flus mod ieħor u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena d-dejn spara 'l fuq bi 3 miljun ewro kuljum. Gvern Laburista għażel li jixxaħħaħ mal-għaqdiet sportivi u fl- istess ħin jisparpalja l-flus fuq tal-qalba. 7. L-investiment fl-isport bejn l-2008 u l-2013 kien ikopri minn Ittri Il-Punt MATUL tmiem il-ġimgħa li għadda rajna lill-Kap tal- Oppożizzjoni bil-kmiem tal- qmis imxammrin jipprietka quddiem miġemgħa partitarji, stħajjiltu Steve Jobs jipprova jbiegħ xi prodott teknoloġiku ġdid. Il-problema ta' Simon Busuttil jidher li ma tantx irnexxielu jsolviha malajr bil-lezzjonijiet tal-privat li ġegħluh ipoġġi għalihom l-istrateġisti tad-Dar Ċentrali. Ma tgħallmu xejn mhux biss għaliex il-prodott mhu ġdid xejn iżda wieħed li ppruvaw jikkupjaw mill-Partit Laburista iżda għaliex deher biċ-ċar li l-qoxra dekorattiva l-ġdida li ppruvaw iżejnu biha lill-Kap tagħhom ftit li xejn ġabet bidla fl-istil ta' politika addottat minnu matul dawn l-aħħar jiem. Bidlu ħafna wċuħ mill-kamra tal-aħbarijiet iżda l-messaġġ baqa' wieħed identiku, negattiv u distruttiv. Pruvaw jibdlu u baqgħu l-istess għaliex il-bidla kienet biss waħda kożmetika, waħda għad-dawl tal-cameras u r-ritratti, bidla li qabel tibda verament tinħass mill-poplu trid tkun waħda magħmula b'konvinzjoni u mhux b'konvenjenza politika. Lezzjoni fil-Konsistenza – minn konservattivi għal partit radikali? Żgur li Partit Nazzjonalista bir-reġiment ta' deputati u uffiċjali li għandu fil-preżent, attivisti li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienu qed jitkellmu kontra l-aktar drittijiet bażiċi bħal introduzzjoni tad-dritt tal- Unjoni Ċivili u d-divorzju ma jistgħux jiddiskutu b'mod liberu u frank suġġetti bħal ewtanasja u l-abort. Nemmen li qabel jibda jiddiskuti dawn is-suġġetti l-Partit Nazzjonalista għandu l-ewwel u qabel kollox jagħmel apoloġija mad- diversi minoritajiet f 'pajjiżna, l-ewwel u qabel kollox lill- komunità LGBTI tal-weġgħat li kkawża fid-diskussjoni dwar l-introduzzjoni ta' aktar drittijiet wiesa' favurihom. Qabel jagħmel dan żgur li l-Partit Nazzjonalista ma jista' qatt jiġi fdat sabiex imexxi diskussjoni dwar libertajiet oħra li huma ferm aktar radikali u kontroversjali mid- drittijiet ċivili ġodda li ħadem favurihom gvern Laburista matul dawn l-aħħar snin. Il- libertajiet ċivili m'għandhom qatt jintużaw bħala lixka elettorali għall-elementi liberali! Privat fl-Ekonomija Jidher li Simon Busuttil għadu ma poġġiex għal-lezzjonijiet tal-privat fl-ekonomija, jew jekk poġġa għalihom baqa' ma tgħallem xejn! Malli semgħu li l-gvern se jkun qed jagħti żieda ta' 58ċ fil-ġimgħa bħala żieda għall-għoli tal-ħajja malajr fetħu l-kanuni sabiex jisparaw bl-addoċċ u jirbħu xi żewġ punti politiċi. Ftaħru fuq li ftaħru li fi żmienhom, bil-livell għoli ta' inflazzjoni li ħolqu, wassal sabiex il-mekkaniżmu tal-kumpens għall-għoli tal- ħajja kien ferm għola mill-58ċ li se jagħti l-gvern f 'dan il-baġit. Dan kollu f 'numri jfisser li llum il-ġurnata gvern ġdid irnexxielu jniżżel il-livell ta' inflazzjoni għall- 0.3%, l-inqas rata rreġistrata fl- aħħar 30 sena. Rata li hija disa' darbiet inqas mir-rata ta' inflazzjoni medja (2.6%) matul l-aħħar ħames snin ta' gvern Nazzjonalista. Dan kollu jkompli jiġi kkonfermat meta skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru jidher li filwaqt li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienu 63% tal-familji li kienu nkwetati fuq l-għoli tal-ħajja, llum din ir-rata niżlet għal 26%. Turija oħra ċara tal-istabilità fil- prezzijiet li ġab miegħu Gvern Laburista. Huwa għalhekk li jidher ċar li Simon Busuttil jew ma fehem xejn mil-lezzjonijiet li ngħata fl-ekonomija, fil-fatt propona biss ħaġa waħda, dik li jżid il-bolla għall-ħaddiema u għal min iħaddem, żball ieħor li kieku twettaq mill-gvern kien se jerġa' jitfa' piżijiet kbar fuq il-ħolqien tal-ġid f 'pajjiżna. Lezzjoni elementari fil- qasam tal-enerġija Missieri jgħidli li l-agħar forma ta' injoranza hija dik ta' min ma jkun jaf xejn u jippretendi li jaf ħafna. Il-Kap tal-Oppożizzjoni mhux talli ma jaf xejn talli mingħalih jaf ħafna u qed jipprova jgħallem lill-Gvern kif għandu jimxi. Żgur però li jekk xi ħadd irid jieħu xi lezzjoni dwar l-enerġija l-aħħar alternattiva li jista' jdur fuqha hija l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, Oppożizzjoni li l-unika viżjoni li kellha fuq dan il-qasam kienet dik li tixtri powerstation minn fuq il-Yellow Pages. Oppożizzjoni li kieku reġgħet ingħatat il-fiduċja tal-poplu fl-aħħar elezzjoni ġenerali kienet tispiċċa tagħmel mill-Enemalta storja oħra bħalma ġara bit- Tarznari tagħna. Id-differenza bejn dan il- gvern u l-Partit Nazzjonalista f 'dan il-qasam hija waħda bażika, serjetà u professjonalità fit-tmexxija. Ħdimna sa mill-ewwel ġurnata biex nagħmlu mill-Enemalta mhux biss kumpanija li tkun finanzjarjament waħda sostenibbli iżda wkoll kumpanija li tkompli tiġġenera x-xogħol u wara diversi snin tiġġenera wkoll profitt. Ħdimna sabiex bl- investiment tal-Kumpanija Ċiniża Schangai Electric u kif wkoll il-Consortium Electro Gas ninvestu f 'power station li taħdem b'enerġija aktar nadifa u kif wkoll b'mod aktar ekonomiku. Waqajna ftit xhur lura għaliex illum fil-formula "Enemalta" hemm investituri barranin li huma sieħba strateġiċi magħna li huma wkoll qed ipoġġu fuq il-mejda tad-diskussjonijiet. Però dak li wegħedna wettaqnieh, raħħasna l-kontijiet għall-familji u minn Marzu li ġej se nkunu qed nagħtu r-roħs ukoll lill-industrija u n-negozji. Madwar 30 miljun ewro aktar fil-bwiet tal-familji u 50 miljun ewro aktar fil-bwiet tal-industrija tagħna, injezzjoni pożittiva li wasslet ukoll sabiex inżommu l-livelli ta' inflazzjoni taħt kontroll. Lezzjonijiet supplimentari Dan kollu huwa indikazzjoni ċara li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu bżonn ftit sigħat after-school mhux ħażin. Jidher li ma tgħallem xejn jew tgħallem ftit wisq mill-privat li ngħata, hemm bżonn li fl-interess tad-demokrazija Simon Busuttil jibda jaqdi rwol ta' oppożizzjoni serja, oppożizzjoni li verament taqdi r-rwol kostituzzjonali tagħha, dik li verament tkun għarbiel għal dak li jressaq 'il quddiem il-gvern fejn bi kritika kostruttiva u li tagħmel sens tgħin u tiggwida lill- gvern fid-deċiżjonijiet li jieħu. Pajjiżna fl-aħħar elezzjoni ġenerali tana lezzjoni waħda, li jrid stil ta' politika ġdida, però jidher biċ-ċar li din il-lezzjoni bażika Simon Busuttil baqa' ma fehemhiex! Dr. Alex Saliba hu l-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Lezzjonijiet għal-lasta! ALEX SALIBA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014