Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 17 LAĦBAR li fis-Sensiela Kotba Soċjalisti (SKS) se terġa' titfaċċa verżjoni riveduta tar-rumanz epiku La Bidu, La Tmiem, 1599 (oriġinarjament ippubblikat mill-PEG fl-2001) reġgħet fetħet tieqa fuq dak li qed jiġri fiċ- ċrieki letterarji- teatrali lokali fl-epoka tal- Indipendenza. Il-laqgħat fi Pjazza Reġina kull nhar ta' Sibt filgħodu llum daħlu fl-istorja tal-Moviment Qawmien Letterarju fid- deċennju 1964-74. Kien hemm is-sinjali kollha li l-letteratura Maltija kienet se taqbad il-binarju tax-xellug marksista. Żviluppa interess qawwi fiċ-ċinema soċjali. U fuq l-aġenda kien hemm erwieħ bħal Gramsci, Pasolini, Pavese u Sciascia, kif ukoll interess qawwi fid-dissidenti moderni Russi. Sabu posthom ukoll ħassieba bħal Voltaire li sal-1969 baqa' projbit. Fit-teatru daħal id-dibattitu dwar il-kitchen sink drama, l-Assurd u Dario Fo. L-awtur preżenti talla' l-ewwel dramm surrealista, Il-Mammelli ta' Tireżja (Apollinaire) fl-1969 fil-Kulleġġ tal-Għalliema. Il-gazzetti Laburisti, l-aktar fi żmien Anton Cassar bħala editur ta' L-Orizzont u hu nnifsu poeta, kienu jagħtu l-ispazju kollu mhux biss għal xogħlijiet ġodda iżda anke għal ton kritiku-polemiku ġdid, mhux biss bejn l-iskejjel differenti tal- ħsieb letterarju, iżda anki bejn l-istess membri tal-Moviment. Infetħu spazji anki fil-mezzi tax-xandir tal-Knisja, fil- gazzetta li kien imexxi Henry Frendo, sakemm tkeċċa minħabba li azzarda jikteb teżi dwar Manwel Dimech u ried jippubblikaha. Anki artikolisti regolari tas-Sunday Times, bħal Roamer kienu qed jgħarrfu li l-letteratura lokali bdiet tiġbed ossiġnu ġdid. Wieħed mill- proponenti l-aktar ardenti li kien qed jimbotta l-letteratura l-ġdida kien sewwasew Peter Serracino Inglott, li kien jiddeskrivi lilu nnifsu bħala marksist-Kristjan u li kien introduċa f 'Malta l-kitbiet mistiċi moderni tal-ħassieb Theilhard de Chardin. Serracino Inglott kien ikkompila wkoll żewġ antoloġiji b'kummentarju parallel. Jixraq li jissemmew ukoll għadd ta' rivisti u ġurnali "intellettwali" li kienu dehru dak iż-żmien, fosthom Ferment, pubblikazzjoni dinamika u provokattiva, editjata minn Alfred Sant. Paradossalment, minkejja s-sens ta' għaqda fost il-membri tal-Moviment kien hemm sens ta' insikurezza u inkwetudni personali, ġejjin mhux biss mill- isfond kattoliku bigott li trabbew fih, iżda anki mill-forom ta' vjolenza, ingann u impostura li bdew jaslu Malta bit-televiżjoni u rivisti bħal Time, Newsweek u The New Statesman, fost l-oħrajn. Il-prospett tal-Indipendenza imminenti ħalla żewġ effetti immedjati: (i) sens urgenti ta' aspettattiva u (ii) il-bżonn ta' tiftix għal identità nazzjonali awtentika. Fost il-grupp ta' Pjazza Reġina, Alfred Sant ma kien jidher kważi qatt. Kien jagħti impressjoni enigmatika u kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar fejn qiegħed, telaqx minn Malta, huwiex jaħdem barra mill-pajjiż. Fil-fatt kien qed jaħdem f 'Pariġi u Brussell u jistudja f 'Boston, fl-Università ta' Harvard. Kien qiegħed ukoll jikteb id-drammi u l-ewwel xogħol narrattiv tiegħu. Żamm il-kuntatt ma' Malta għax xtaq li jittellgħu ix-xogħlijiet tiegħu għall-palk. L-aktar li kkollaborajna miegħu minn dan l-aspett konna jien u Albert Marshall. Fil-Moviment kien hemm diskors kontinwu għaddej dwar it-teorija neorealista fid-dawl ta' tibdiliet kbar ekonomiċi mondjali. Malta ntlaqtet ukoll mill-influwenza tat-teatru xellugi u ċ-ċaqliq tal-Angry Young Men, kif ukoll mill-protesti kontra l-gwerra. Bdew jaslu wkoll it-tendenzi femministi, l-ewwel ta' Simone de Beauvoir u mbagħad id- dekostruzzjoni ta' ħassieba bħal Cixious, Irigaray u Kristeva, dejjem kuntestwalizzati f 'sens Freudjan u Jungjan. Ir-Romantiċiżmu kien jidher li ngħalaq fuqu l-għatu tat-tebut għal dejjem. Iżda issa r-rumanz La Bidu, La Tmiem ta' Alfred Sant jipprova jerġa' jagħti nifs ġdid lill-epika nazzjonali, permezz ta' kanvas kbir mifrux bejn l-aħħar tas-Seklu XV u l-bidu tas-Seklu XVI. Malta, b'mod jew ieħor, f 'dik il-ħabta kienet involuta minħabba l-ħakma tal-Kavallieri, "magħrufin mal-Ewropa kollha għall-injoranza tagħhom" u anki għaliex intlaqtet mill- Inkwiżizzjoni tal-Knisja li laħqet il-ħruxijiet despikabbli tagħha fi Spanja imperjalista. Għal Sant, is-snin sittin huma parti mill-bagalja kulturali tiegħu, huma parti minn proċess, għax dejjem qies li l-kitba "hi attività li tevolvi (intervista ta' Sant ma' Joseph Muscat, 1996, dak iż-żmien ġurnalist ma' Super One TV). Fir-rumanz ta' Sant, La Bidu, La Tmiem il-Kavallier del Rio, wara itinerarju ta' vjaġġi fl-Ewropa u l-Lvant Imbiegħed, jerġa' lura Malta jfittex komunità ta' eremiti jgħixu fl-għerien f 'Ħal Miskat, taħt l-għolja tar-Rabat. Huma fil-mira ta' soċjetà intolleranti li tispekula li huma jħalltu mediċini alluċinanti, jikkomunikaw max-xjaten (anki ma' Lidja, id-dimonju-mara tas-sess) u saħansitra jqajmu l-mejtin. Ir-rumanz hu rikk u vast wisq biex issirlu ġustizzja evalwattiva f 'dan l-ispazju limitat, iżda m'hemmx dubju dwar il-valur estetiku u enerġetiku tiegħu f 'epika li tinkorpora anki fatti storiċi Ewropej bħall-ħruq ta' Giordano Bruno minħabba "l-ereżija," ir-Riforma Luterana u r-risposta Kattolika u l-iskandli oxxeni fil-palazz korrott tal-Papa Alessandru VI. Anki Injazju ta' Loyola jidħol fl-ekwazzjoni kemm bil-metodu tal-eżerċizzji spiritwali kif ukoll bil-vokazzjoni missjunarja tiegħu. Sant jistqarr li ħa s-sena 1599 bħala mudell għall-klima soċjo- politika u kulturali li tinbidel meta jaqleb seklu jew millenju. Il-ktieb rivedut ta' Sant se jkun għall-bejgħ għall-Fiera tal-Ktieb. Dan hu volum penetranti u viċin l-intuwizzjoni taċ-ċiviltà nazzjonali skont l-onestà tal- impenn ta' awtur serju. Wara żmien li serva bħala Prim Ministru ta' Malta, Sant illum hu membru Parlamentari Ewropew f 'isem il-Patit Laburista, imma ħafna jaħsbu li għandu kriterji oġġettivi biżżejjed biex jivvota skont kif LA BIDU, LA TMIEM, 1599 L-Amministrazzjoni tal-Kurja RICHARD A MATRENZA SAN PAWL ILBAĦAR NIBDA biex nagħmel dikjarazzjoni ċara u profonda li jiena nagħmel distinzjoni bejn Knisja u Kurja. Il-Knisja hija dik l-organizzazzjoni li waqqaf Ġesu Kristu. Il-Kurja hija l-parti amministrattiva magħmula mill-bnedmin u li qatt u bl-ebda mod ma niżel fuqhom l-Ispirtu Qaddis la fil-Pentekoste u l-anqas f 'xi żmien ieħor. Wara li ġie stabbilit dan il-punt fundamentali niġi issa għall-kritika diretta li rrid nagħmel lill-Kurja Maltija bl-Amministrazzjoni tagħha. Fl-20 ta' April 2012 ktibt lil Kurja – bil-Malti, sal-lum irċevejt biss biljett bl-Ingliż "His Grace the Archbishop acknowledges receipt of your letter dated 20.04.2012" fuq il-firma ta' Fr Mario Camilleri - Secretary. F'Mejju 2013 ktibt lill- Kurja fuq suġġett ieħor. Sal-lum la rikonoxxenza u l-anqas tweġiba. Fit-28 ta' Lulju 2014 ktibt bil-posta reġistrata u erġajt elaborajt fuq dak li kont ktibt f 'Mejju 2013. Bagħat ukoll kopja tal-ittra ta' Mejju 2013. Sa issa silenzju assolut. Nirrepeti dak li għidt fil-bidu. Il-kritika tiegħi hi għal dak li tolqot l-amministrazzjoni negattiva tal-Kurja. Nittama li l-messaġġ jasal u ma ninftehemx ħażin. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Fost ix-xjaten ta' Alfred Sant hemm Lidja, id-Dimonju tas-Sess Marsaxlokk sal-Mellieħa u l-gżira Għawdxija. Iżda Luciano Busuttil għoġbu jara żejjed l-investiment li sar f 'Ħal Qormi. Mhux ta' b'xejn li għadni sal-lum ma smajtux jipprotesta li kontra kif kien ippjanat minn Gvern Nazzjonalista, issa se jiġu rranġati biss il-huts tal- Ingliżi fl-iskola tal-Ħandaq imma mhux se jinbena l-Kumpless Sportiv bħal dak ta' Ħal Kirkop. Għal darba oħra r-risposta ta' Luciano Busuttil kompliet tikkonferma li f 'sentejn ta' Gvern Laburista ma sar xejn ġdid fl-isport Malti. Imma fl-istess ħin u bl- aktar mod pwerili Luciano Busttil ftaħar li dalwaqt se jagħmel xi manutenzjoni fil-faċilitajiet li nbnew mill-amministrazzjonjiet Nazzjonalisti. Qisu handyman jipprova jbiegħ l-illuzjoni ta' grandjożità li huwa għandu skop akbar minn dak tal- perit u l-bennej li wettqu l-proġett oriġinarjament. Din il-gazzetta tavża li dan is-suġġett bejn iż- żewġ kelliema issa huwa magħluq. ISSA ONLINE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014