Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt F i tmiem il-ġimgħa li għaddiet rajna l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema Idea Malta, konvenzjoni li laqgħet ħdanha numru ta' kelliema li kienu ġejjin minn spettri dierenti tal-ħajja u li mhux neċessarjament kienu nazzjonalisti. Spikkaw xi innovazzjonijiet matul il-konvenzjoni fosthom il-fatt li l-amministrazzjoni tal-partit kienet qed tisma' dak li kien qed jingħad mill-kelliema kuntrarjament milli tipprietka. B'hekk inħolqot linja ta' komunikazzjoni li tat iċ-ċans lill-partit x'jaħseb fuqu l-poplu wara żewġ telfiet massiċċi. Spikka wkoll l-istil ġdid li bih tkellem u ppreżenta ruħu l-Kap tal- Partit Simon Busuttil. Stil li jixxiebah ħafna ma' dak ta' politiċi barranin fejn neża l-ġlekk hekk kif tela' fuq il-palk u xammar il-kmiem qabel beda jitkellem. Busuttil deher jirraġuna b'idejh u jispassiġġa minn naħa għall- oħra tal-palk filwaqt li beda jħares dritt f'għajnejn in-nies. Stil li niżel tajjeb ma' ħafna dawk li kien ilhom qalbhom maqtugħa li Simon Busuttil m'għandux il- kwalitajiet meħtieġa biex joffri oppożizzjoni b'saħħitha lil Joseph Muscat. Busuttil ippreżenta ruħu akkumpanjat miż-żewġt it-tfal tiegħu u mill-għarusa ġdida tiegħu, il- ġurnalista tat-Times Kristina Chetcuti. Din kienet l-ewwel darba li Busuttil ippreżenta ruħu quddiem il-mezzi tax- xandir bħala 'familja' u mhux bħala ġenitur wieħed. Iżda apparti d-dehra wieħed irid jieħu kunsiderazzjoni ta' dak li ntqal. Diskors li ħafna minnu kien mibni fuq kritika fuq l-operat tal-gvern immexxi mill-partit Laburista. Kritika fuq in- nepotiżmu. Kritika fuq id-dewmien fil-bini tal-powerstation. Kritika fuq l-ambjent. Kritika fuq it-traffiku. Kritika fuq tfiegħ ta' tajn. Kritika fuq in-nuqqas ta' trasparenza. Kritika fuq affarijiet li ma bdewx ilbieraħ taħt gvern Laburista iżda li jafu l-oriġini tagħhom taħt gvern immexxi mill- istess partit Nazzjonalista li mexxa l-pajjiż għal 25 sena sħaħ. It-tiġdid kożmetiku fil-partit jidher li qed jaħdem iżda jekk il-partit nazzjonalista jrid jikseb mill-ġdid il- kredibilità hemm bżonn li jippreżenta ruħu bi proposti konkreti u li bihom ma jibżax jirfes il-kallijiet. Irid joħroġ għonqu u jiddikjara li dawk kollha li serqu art pubblika f'postijiet bħall- Armier iridu jevakwaw il-kmamar illegali li bnew u li gvern immexxi minn partit Nazzjonalista jagħti l-art misruqa lura l-art lil poplu. Irid jippreżenta proposti konkreti dwar it- traffiku u sistemi sostenibbli, effiċjenti u viabbli ta' trasport pubbliku sabiex jitnaqqas il-volum ta' karozzi li qed jagħmluha insapportabbli li wieħed joħroġ għax-xogħol ta' kull filgħodu. Il-partit Nazzjonalista jrid jippreżenta proposti konkreti dwar il- qasam tas-saħħa u kif se jissolvew il- problemi ta' nuqqas ta' sodod fi sptar li bena hu stess meta kien fil-gvern. Proposti dwar kif l-elfejn anzjan u anzjana li qed jistennew sodda f'residenza tal-anzjani se jsibu post fejn iserrħu rashom. Il-lista hi twila u tajjeb li l-partit Nazzjonalista jibda jibni r-roadmap li twassal għal kwalità ta' ħajja aħjar li saħaq fuqha l-istess Simon Busuttil waqt il-konvenzjoni ġenerali. Il-poplu Malti jrid jisma' proposti konkreti fir-roadmap tal-partit Nazzjonalista dwar responsabbiltà politika kif fil-fatt sar fil-konfront ta' George Pullicino. Irid jisma' proposti fuq l-immigrazzjoni illegali u kif se tissolva l-problema fejn filwaqt li tingħata l-għajnuna kollha lil min ikun bejn sema u ilma, fl-istess ħin pajjiżna ma jiflaħx iġorr il-piż waħdu. Il-poplu jrid ikun jaf x'hemm fir-roadmap Nazzjonalista, apparti milli kritika, fuq l-edukazzjoni, fuq l-industrija turistika, fuq l-ambjent u l-ippjanar, fuq is-servizzi soċjali, fuq it-tkabbir ekonomiku u dak industrijali, fuq il-biedja u s-sajd u fuq Għawdex fost oħrajn. Hemm ħafna affarijiet li l-poplu jrid ikun jaf x'għandu maħżun fil- komma l-partit Nazzjonalista jekk dan qed jaspira li jerġa' jkun fil- gvern. Id-dehra li ġiet ippreżentata fil-konvenzjoni ġenerali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienet xaqq ta' dawl biss għal dawk in-Nazzjonalisti stess li kienu qalbhom maqtugħa li Simon Busuttil hu l-persuna adatta li jmexxi l-partit sal-elezzjoni li jmiss. Għal dawk is-36,000 maġġoranza li taw il-vot lill-partit Laburista, Simon Busuttil u t-tim tiegħu fadlilhom ħafna x'jaqdfu iżda kull mixja tibda bl-ewwel pass. Pass li seħħ fil- konvenzjoni ġenerali. It-tiġdid tal-PN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014