Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Tliet kelmiet li jiddeskrivuk... Dħuli, perfezzjonist u onest. Kemm ilek li bdejt tkanta? Ili nħobb il-kant però ili nkanta għal dawn l-aħħar seba' snin biss. Minn fejn ġietek il-ħajra tal-kant? Skont ommi minn mindu kont tifel żgħir kont inkanta u naqbad xi ħaġa taparsi mikrofonu. Tgħidli li kont naqbad il-melodiji malajr ħafna u anke l-kliem, naħseb hija xi ħaġa li kienet ġo fija minn dejjem. Xi tgħidilna dwar is-single tiegħek Find A Way? Find A Way titkellem dwar li fil-ħajja m'għandek taqta' qalbek qatt. Dejjem trid tħares b'mod pożittiv u ma tħalli lil ħadd iwaqqgħek. Għandha messaġġ ta' motivazzjoni biex fil-ħajja tibqa' għaddej u biex fl-aħħar mill-aħħar ikollok tbissima fuq wiċċek. Xi tgħidilna fuq il-video ta' din id-diska? Il-video ta' Find a Way huwa l-ewwel video Malti li huwa meħud kollu f 'daqqa. Peress li ddeċidejna li nużaw teknika ġdida kif tagħmel il-video mbagħad kien qabel li l-kanzunetta nsemmuha Find A Way. Il-video juri xeni differenti fejn fil-ħajja jkollok inżul u tlajja però trid dejjem issib mod kif tibqa' għaddej. Il-video meħud kollu f 'daqqa, jiġifieri m'hemmx qtugħ ta' xeni, kemm ħadilkom ħin biex irnexxielkom tagħmluh? Hekk hu, fil-fatt dan kien esperiment li rnexxa ħafna. Peress li m'hemmx qtugħ ta' xeni, jekk xi ħadd jieħu żball ridna nerġgħu nibdew mill-bidu nett. Għamilna iktar minn tnax-il siegħa. Kienet ġurnata u lejl twil però kien ta' sodisfazzjon kbir għalija u għat-tim kollu. X'inhi l-ħolma tiegħek fil- qasam tal-kant? Il-ħolma tiegħi hi li nkun kantant internazzjonali fejn inxerred il-mużika tiegħi kif ukoll nikkomunika mas-semmiegħa billi noħroġ kanzunetti li jkunu sentimentali. Int ħadt kors f 'Hollywood, u kellek l-opportunità taħdem ma' Daniel u Natasha Beding field, kif tiddeskrivi din l-esperjenza? Kemm qed iġġibli memorji! Kienet naħseb l-isbaħ esperjenza ta' ħajti. Il-kors dam ġimagħtejn u kienu ġimagħtejn ta' kant u mużika biss. Iltqajt ma' ħafna artisti barranin li kienu hemm jitgħallmu bħali. Qatt ma stennejt li żewġ għalliema kienu se jkunu Daniel u Natasha Bedingfield. Kienet lezzjoni fejn tgħallimt ferm magħhom, tgħallimt li fil- karriera tal-mużika mhux il-kant biss importanti però ħafna affarijiet oħra li jista' wkoll ma jidhrux. X'inhuma l-proġetti tiegħek għax-xitwa li ġejja? Il-progetti tiegħi huma li nkompli noħroġ kanzunetti u forsi iktar 'il quddiem noħroġ album. Min huma l-ispirazzjonijiet tiegħek f 'dan il-qasam? Sam Smith għalija laqat il-musmar fuq rasu. Huwa artist inkredibbli li m'aħniex se nsibu ħafna bħalu. Jispirani ħafna li nkompli għaddej u nistinka iktar fil-kant. Diska favorita? Bħalissa l-kanzunetta 'I'm not the only one' ta' Sam Smith. X'idaħħkek? Ħafna affarijiet. Pereżempju xi video fuq Youtube jew xi daħka stramba. X'jiffrustrak? Il-gideb u min ma jkunx fil-ħin. X'ibikkik? Xi mewta fil-familja. Il-biża' tiegħek? Il-mard. L-iktar darba li stħajt f 'ħajtek? Meta darba kont qiegħed inkanta ġo pjazza fuq palk fejn kien hemm attività kulturali Maltija u f 'ħin minnhom waqt li qiegħed inkanta jintefa' d-dawl! Meta ma tkunx qed tkanta tkun qed… Ġeneralment inkun għaddej b'xi xogħol ta' studju tal- università. Barra minn hekk inħobb ħafna li noħroġ ma' sħabi kif ukoll jekk ikolli ċans indoqq ftit il-pjanu. Minbarra l-kant inħobb insajjar ħafna u togħġobni ħafna l-arti. ISSA ONLINE NORBERT BONDIN għandu 21 sena u bħalissa jattendi St Martin's Institute of Higher Education fejn qiegħed jagħmel degree n-negozju. Hu kantant Malti li jħobb jesperimenta bi stili ġodda u għadu kif ħareġ id-diska Find A Way. Ħames Minuti NORBERT BONDIN għandu 21 sena u bħalissa jattendi St Martin's Institute of Higher Education fejn qiegħed Ħames Minuti ma' Norbert Bondin Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Norbert Bondin ma' Norbert Bondin *è$/$.7$57*è$5,) RATA TAT-TAXXA MNAQQSA FUQ ,''è8/0,//.(5$ % ZZZPNJQJRYPW 2599 8500 -(:Ì(03(/ ,'è2/),66,7 +HSHJQHKOQNOIDSSHDFâDJP@SSL@JHDMC@PRGDJJ@SSQ@DMSH)DJJFâ@MCHWH OQNOIDSHRR@SHRS@SHQQDÜHRSQ@KOQNOIDSSHDFâDJTSF@VCHLHQQ@S@LM@PPR@S@ŗ VHSGGNKCHMFS@WETPHCCâTKLHKKJDQ@S@KOQNOIDSSHDFâDJ#@MGTVJNKK HÆÆ@MRSHDFâDJKHSHQQDFNK@QHYY@KONķHYYINMHS@SS@WW@SHDFâDJTSHCCHJI@Q@ KJDQ@LFâNCCHI@(QQDÜHRSQ@KOQNOIDSSHDFâDJHRR@TRDQQ@âLNââNJ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014