Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Kummercjali 24 illum | Ħadd 02 ta' Novembru 2014 Burmarrad Commercials jagħtu €30,000 lill-President ILPRESIDENT ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca ngħatat donazzjoni b'valur ta' €30,000 minn Burmarrad Commercials f 'għeluq it-tletin anniversarju tal-kumpanija. Id-Direttur Maniġerjali u Kap Eżekuttiv ta' Burmarrad Commercials, Mario Gauci, ta lill-President ta' Malta tliet vetturi fosthom vann speċjalizzat biex jittrasporta persuni b'diżabiltà. Il-President ta' Malta qalet li ma kellhiex kliem biżżejjed biex tirringrazzja lil Burmarrad Commercials għad-donazzjoni ġeneruża tagħhom, li permezz tagħha se tkompli tissaħħaħ il-ħidma tal-Uffiċċju tal- Presidenza b'risq il-Malta Community Chest Fund. Il-President spjegat li l-kumpanija Burmarrad Commercials hija waħda mill- kumpaniji li tat eżempju ċar ta' turija reali ta' solidarjetà, li hija l-ispirtu tal-Istrina u l-attivitajiet kollha marbuta magħha. Hija spjegat li m'hemm xejn isbaħ milli nuru solidarjetà ma' xulxin, li nsaħħu lil min ikun dgħajjef u li nagħtu spalla soda lil min ikun għaddej minn żminijiet diffiċli. Il-BOV jħabbar profitt ta' €104.1 miljun L-avukati u l-accountants f 'turnament tal-futbol ILGRUPP Bank of Valletta rrapporta profitt qabel it-taxxa ta' €104.1 miljun għas-sena finanzjarja (SF) li ntemmet fit-30 ta' Settembru 2014. Dan ifisser tnaqqis meta mqabbel mal-profitt ta' €115.8 miljun irreġistrati s-sena l-oħra. Dan kien imħabbar minn John Cassar White, Chairman tal-Bank of Valletta waqt konferenza ġewwa l-BOV Centre, ftit wara li l-Bord tad-Diretturi approva r-riżultati tal-Grupp BOV għas-sena finanzjarja. Il-profitt mill-operat, qabel il-fair value movements u s-sehem mill-profitt tal- kumpaniji assoċjati tal-Bank, kien ta' €87.9 miljuni (SF2013: €86 miljun), żieda ta' 2% fuq il-figuri tas-sena preċedenti. Il-Bord tad-Diretturi qed jirrakkomanda dividend finali gross għall-azzjonisti ta' €0.0925 għal kull sehem, li meta jingħad mad-dividend interim gross ta' €0.0425 għal kull sehem li tħallas f 'Mejju ta' din is-sena, iwassal għal dividend totali gross ta' €0.135 għal kull sehem għas- SF 2014. Jekk jiġi approvat, id-dividend totali għas-sena jkun jirrapreżenta yield gross ta' 6.05% b'referenza għall-prezz ta' €2.23 għal kull sehem meta għalaq in- negozju fit-30 ta' Settembru 2014. In-net dividend cover huwa ta' 2.4 darbiet. WARA s-suċċess tal-aħħar snin, ġie organizzat in-Nexia BT turnament tal-futbol bejn ditti ta' avukati u oħrajn ta' accountants nhar il-Ħadd 26 t'Ottubru marru l-kulleġġ ta' De La Salle. Fit-turnament ipparteċipaw id-ditti ta' Alter Domus, Camilleri Preziosi, Capstone Group, Deloitte, DF Advocates, Ganado Advocates, Mazars, RSM u żewġ timijiet minn Nexia BT. "Dan it-turnament, li sar avveniment annwali, saret attività li kollha nkunu qed nistennew," jgħid Brian Tonna direttur maniġerjali ta' NexiaBT. "Għall-ħames sena konsekuttiva, kienet kompetizzjoni miġġielda, f 'ambjent sportiv u fl- istess ħin b'mod amikevoli. Dan kien l-iskop oriġinali tagħna." Deloitte, Nexia BT, Capstone u Ganado Advocates waslu fis-semi- finali, fejn il-logħba finali ntlagħbet bejn Deloitte u Capstone. Deloitte spiċċaw rebħu l-finali kontra Capstone bl-iskor ta' 4-1. Nexia BT għelbu lil Ganado Advocates, biex ikklassifikaw fit-tielet post. It-tim rebbieħ ta' Deloitte bit-trofew John Casssar White jindirizza l-konferenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014