Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 25 Ricetta u Tqasqis Ingredjenti • 6 strixxi bacon • 2 kikkri piżelli tal-friża • 2 mgħaref żejt taż- żebbuġa • Basla mqatta' f'biċċiet żgħar • 2 kikkri ross Arborio • Nofs tazza inbid abjad • 7 kikkri stokk tat-tiġieġ • 2 mgħaref butir • Nofs kikkra ġobon Parmiġġan maħkuk • Meraq ta' nofs Lumija • Melħ u Bżar Metodu: 1. F'kazzola żgħira, ħalli l-istokk tat-tiġieġ jiftaħ jagħli. Ħallat kikkra waħda mill-piżelli ma' kikkra ilma ġo blender. Itħan u itfgħu fil- ġenb. F'taġen kbir, sajjar il-bacon fuq nar moderat sakemm isir iqarmeċ, madwar 6 minuti. Neħħi l-bacon mit-taġen u itfgħu fuq platt b'karta xuga. 2. Fl-istess taġen fejn tkun qlejt il-bacon, itfa' ż-żejt taż-żebbuġa u ħallih fuq nar moderat. Meta jisħon, żid il-basla u qalliha sakemm issir trasparenti, madwar 5 minuti. Mal-basal, żid ir-ross u ħawwad sew li r-ross kollu jkollu lega ħafifa ta' żejt. Itfa' l-inbid abjad u ħawwad sakemm ikun nixef. Żid biżżejjed stokk li tiksi r-ross (madwar 2 kuċċaruni) u ibqa' ħawwad sakemm jinxef l-istokk kollu. Irrepeti l-proċess li żżid l-istokk u tħawwad sakemm jinxef, sakemm ir-ross ikun sar al dente u jkun kremuż, madwar 25 minuta. 3. Hekk kif ir-ross ikun sar al dente, żid il-bacon, il-purèe tal-piżelli u l-piżelli sħaħ u ħawwad sakemm ikun saħan kollox sew. Neħħi minn fuq in-nar u żid il-ġobon u l-butir. Itfa' melħ u bżar skont kif jogħġbok. Servi bi ftit parmiġġan maħkuk. Risotto tal- Bacon u l-Piżelli X'libsu ċ-ċelebritajiet għall-Halloween VERONICA LYNN MIZZI Beyoncé libset ta' Janet Jackson u lil bintha Blue Ivy libbsitha ta' Michael Jackson Paris Hilton, ma setgħetx tibqa' mgħottija u b'hekk libset ta' verżjoni "sexy" ta' Minnie Mouse Katy Perry qabadha l-ġuħ u libset ta' Cheetos, bil-pakkett f'idha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014