Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Chris Mangion Naxxar Lions jiksbu rebħa kbira kontra Pietà Hotspurs NAXXAR L...................4 PIETA H.......................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT NAXXAR Lions kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Pietà Hotspurs. Tajjeb ngħidu li din kienet l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Naxxar Lions li issa jinsabu punt wieħed biss taħt l-istess Pietà Hotspurs. Madankollu huma għadhom qed jokkupaw it-tieni post mill-aħħar fil-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier. Huma marru fil-vantaġġ eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn throw-in ta' Eminike, Ibok Edet għadda bir-ras lejn Daren Falzon li għeleb lil David Cassar permezz ta' daqqa ta' ras oħra. Seba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Uchenna Emenike Mbachu kkonkluda ġirja tajba fuq ix-xellug permezz ta' xutt b'saħħtu angulat li għeleb lil David Cassar meta ħafna kienu qed jistennew kross mill-istess plejer. Naxxar Lions komplew ikabbru l-marġni tal- iskor fid-79 minuta meta minn kross tal-BOV Plejer tal-Logħba Emenike, is-sostitut Terence Vella, li kien għadu kemm ħa post Pape Gueye, tefa' ġewwa mill-viċin. Tliet minuti biss wara, Uchenne Emenike Mbachu ssiġġilla r-rebħa Naxxarija permezz tar-raba' gowl għat-tim immexxi minn Oliver Spiteri, meta kkonkluda ġirja oħra tajba permezz ta' xutt angulat minn ġewwa l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Pietà Hotspurs, David Cassar. Naxxar L. - Azzopardi, Buhagiar, Cassar, Da Silva Ribeiro, Del Negro (Bellia 66'), Edet, Mbachy Eminike, Falzon, Farga Nevy Da Silva (Doffo 17'), Gueye (Vella 78'), Scicluna Pietà H. - D. Cassar, C. Cassar (Micallef 60'), Grech, Fortunato Dos Santos (Licari 78'), Pisani, Tasic (Frances 56'), Attard, Rodrigues Da Silva, Cesare, Joao Da Silva, Xavier Zacarias Referi Trustin Farrugia Cann UCHENNA EMENIKE MBACHU Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled f'Lagos fin-Niġerja fil- 21 ta' Mejju 1989 Huwa wieħed mid-diversi akkwisti li għamlu Naxxar Lions matul dan l-istaġun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014