Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 SPORTSillum Ritratt: Chris Mangion Balzan .................. 0 Valletta ................ 2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VALLETTA għelbu lil Balzan bl-iskor ta' 2-0 b'gowl kull taqsima biex b'hekk issa laħquhom fit- tielet post b'16-il punt. Il- Beltin resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-23 minuta meta Nafti pprova jissorprendi lil Sultana permezz ta' lob delizzjuz iżda falla t-tentattiv tiegħu bi ftit. Ftit wara Nicky Vella wettaq save tajjeb fuq xutt fil-baxx ta' Oscar Dario Guerrero, wara azzjoni personali eżattament fil-31 minuta. Valletta marru fil-vantaġġ fl-34 minuta meta minn kross ta' Hamza Barry, il-ballun spiċċa f 'saqajn Abdelkarim Nafti li għadda tajjeb lejn Roderick Briffa b'dan tal-aħħar jitfa' l-ballun fix-xibka. Valletta komplew iżidu l-pressjoni fuq l-avversarji fit-tieni taqsima u resqu viċin permezz ta' xutt angulat ta' Hamza Barry li għadda ftit barra. Steve Sultana ftit wara, wettaq saves tajbin fuq Roderick Briffa u Raphael Kooh Sona rispettivament. Fis-57 minuta, minn kross ta' Briffa, Kooh Sona kellu xutt mill-ewwel imblukkat mill-goalkeeper ta' Balzan. Għaxar minuti wara, Llywelyn Cremona, wara li rċieva mingħand Roderick Briffa kellu xutt minn ġewwa l-kaxxa nnewtralizzat mill-goalkeper Għawdxi ta' Balzan. Steve Sultana reġa' kien strumenatli għat-tim tiegħu fil- 75 minuta hekk kif imblokka xutt b'saħħtu ta' Roderick Briffa, bil-ballun jispiċċa f 'saqajn Elford-Alliyu li mir- rebound ra t-tentattiv tiegħu jiġi milqugħ mill-goalkeeper ta' Balzan. Erba' minuti biss wara, Briffa għadda tajjeb lejn Ryan Camilleri li x-xutt angulat tiegħu għadda jħakkek mal-lasta. Seba' minuti minn tmiem id-90 minuta, Balzan spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta Ice- Cream Osa Guobadia imbotta lil Elford-Alliyu eżattament barra l-kaxxa. Mill-freekick li rriżulta, Ryan Fenech, għeleb lil Sultana wara li l-ballun ġie devjat minn difensur ta' Balzan biex Valletta ssiġġillaw ir-rebħa ta' 2-0 fuq Balzan. Balzan - Sultana, Grioli (Darmanin 69'), Bezzina, Nonso Odebe (Sciberras 46'), Bilbao Zarate, Guobadia, Arab, Brincat, Guerrero, Mifsud Triganza (Micallef 61'), Piccioni Valletta - Vella, Caruana, Azzopardi, Borg, Camilleri, Fenech, Kooh Sona (Cremona 65'), Briffa, Elford-Alliyu, Barry (Dimech 81'), Nafti (Bajada 71') Referi Adrian Azzopardi STEVE SULTANA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-7 ta' Sttembru 1990 f'Għawdex Kien jifforma parti essenzjali mit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Valletta jilħqu lil Balzan t-tielet post

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014