Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 29 SPORTSillum Juventus waħedhom l-quċċata tas-Serie A FILKAMPJONAT Taljan Serie A TIM, Juventus jinsabu waħedhom fil- quċċata meta lbieraħ barra minn darhom għelbu lil Empoli bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn freekick mill-isbaħ mogħti mill- ispeċjalista Andrea Pirlo kmieni fit-tieni taqsima u minn Alvaro Morata. F'logħba oħra ferm importanti mill- istess kampjonat Napoli ġewwa darhom fl-iStadio San Paolo fost sigurtà qawwija għelbu lir-rivali Roma bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Higuain u Callejon, wieħed kull taqsima. Intant, fil-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra, Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Liverpool biex b'hekk komplew ikabbru l-problemi tar-Reds bil- gowl għall-Magpies jasal minn Ayoze fl-74 minuta. Arsenal ġewwa darhom fl-Emirates Stadium kisbu rebħa importanti ta' 3-0 fuq Burnley bil- gowls għall-Gunners jaslu minn doppjetta ta' Alexis Sanchez u gowl ta' Calum Chambers. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge kisbu rebħa mqanżħa ta' 2-1 fuq Queens Park Rangers bil-gowls għall- Blues jaslu minn Oscar u minn penalty tal-Belġjan Eden Hazard b'Charlie Austin kien ġab id-draw momentarju għall-QPR. Southampton barra minn darhom għelbu lil Hull City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Victor Wanyama wara biss tliet minuti logħob. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn West Bromwich Albion u Leicester City b'WBA joħorġu rebbieħa bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn awto-gowl ta' Esteban Cambiasso fis-47 minuta. Stoke City u West Ham United temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 bil-gowls għal Stoke City jaslu minn Victor Moses u Diouf waqt li ż-żewġ gowls għal West Ham United waslu minn Enner Valencia u Stewart Downing. Intant, Everton u Swansea City temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Riżultati Riżultati Kampjonat Barcalys Premier Is-Sibt 1 ta' Novembru Newcastle U. vs Liverpool 1-0 Arsenal vs Burnley 3-0 Chelsea vs QPR 2-1 Everton vs Swansea C. 0-0 Hull C. vs Southampton 0-1 Leicester C. vs WBA 0-1 Stoke C. vs West Ham U. 2-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 2 ta' Novembru 14:30 Manchester C. vs Manchester U. 17:00 Aston V. vs Tottenham H. It-Tnejn 3 ta' Novembru 21:00 Crystal P. vs Sunderland Riżultati Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 1 ta' Novembru Napoli vs Roma 2-0 Empoli vs Juventus 0-2 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 2 ta' Novembru 15:00 Chievo V. vs Sassuolo 15:00 Sampdoria vs Fiorentina 15:00 Torino vs Atalanta 15:00 Udinese vs Genoa 20:45 AC Milan vs Palermo It-Tnejn 3 ta' Novembru 19:00 Cesena vs Hellas Verona 21:00 Lazio vs Cagliari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014