Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 31 SPORTSillum ILLUM l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' se torganizza attività oħra fil-Kumpless Sportiv tagħha f 'Ta'Qali. Dawn it-tiġrijiet se jkunu parti mill- Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2014/15. Bl-Autocross se tiġi organizzat it-tieni tiġrija tal-Kampjonat b'sewqan direzzjoni normali. Matul dan il- programm se jingħata bidu għall-Kampjonat tal-klassi ġdida 'Autocross Standard'. Illum jibda wkoll il- Kampjonat tal-Muturi Motocross. Dan kollu fil- Programm jibda fl-10am b'quddiesa li ssir kull sena fix-xahar ta' Novembru. It- tiġrijiet jibdew fil-11am. Matul din il-ġimgħa l-Assoċjazzjoni reġgħet ġabet f 'Malta l-espert tekniku tal-bini tal-korsa tal-Motocross. Angelo Cinquemani li bena t-trakka tal-Motocross mill-ġdid f 'Jannar ta' din is- sena mistenni jibqa' Malta matul din il-ġimgħa biex ikompli jara l-bżonnijiet tas-sezzjoni Motocross flimkien mas-sewwieqa. Dan se jkompli jsaħħaħ il-kompetituri preżenti anki għall-Kampjonat FMI kif ukoll dawk is-sewwieqa futuri li mistennija jibdew f 'dan l-isport. Wara s-suċċess li kellna mis-sewwieqa Motocross permezz tal-korsa kif irranġaha Cinquemani f 'diversi setturi llum rajna li l-kompetituri li huma liċenzjati biex isuqu barra l-pajjiż, ġabu u qed iġibu riżultati ħafna aħjar minn qatt qabel u dan grazzi għal dan l-investiment li l-Assoċjazzjoni għamlet u qed tagħmel b'għajnuna ta' diversi entitajiet u sponsors li dejjem issapportjaw l-Għaqda ASMK fi proġetti bħal dawn. Fost dawn li taw għajnuna hemm il- Kunsill Malti għall-Isport, il-Kumitat Olimpiku Malti, Philip Agius & Sons u Carmel Vella & Sons. Intant qabel tibda l-attività tal-lum, l-ASMK se tkun qed torganizza Quddiesa fil-Korsa ta' Ta' Qali. Din issa daħlet fil-kalendarju sportiv tal-Assoċjazzjoni u darba fis-sena fix-xahar ta' Novembru norganizzaw Quddiesa għal dawk il- membri li qegħdin ħdejn il-Mulej. F'din il-ġurnata l-Assoċjazzjoni se tkun qed torganizza l-attività ta' nhar il-Ħadd bħala ġurnata ta' luttu b'rispett lejn l-eks Membru tal-Kumitat Eżekuttiv u eks sewwieq tal-Karozzi Autocross, Gian Patist Azzopardi li miet fl- inċident li seħħ il-ġimgħa li għaddiet fl-Imtarfa. L-Assoċjazzjoni tagħti l-kondoljanzi lill-familja Azzopardi. L-Assoċjazzjoni ħabbret ukoll żewġ dati oħra importanti. Nhar il-Ħadd 9 ta' Novembru l-ASMK se torganizza t-tieni attività bil-Muturi Enduro li se ssir fil-kumpless tal-ASMK f 'Ta' Qali. Din se tkun ideali wkoll għal dawk li għadhom jibdew f 'dan l-isport. Fit- 23 ta' Novembru se tiġi organizzata wkoll it-tieni attività bil-Muturi Trials fil-Barriera tal-Ballut fin- Naxxar. Għal iktar dettalji wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org. mt ILLUM l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' b'quddiesa li ssir kull sena fix-xahar ta' Novembru. It- Wara s-suċċess li kellna mis-sewwieqa Motocross Intant qabel tibda l-attività tal-lum, l-ASMK L-Assoċjazzjoni tagħti l-kondoljanzi lill-familja Illum ikompli l-Kampjonat tal- Autocross u jibda dak tal-Motocross Bidu ta' tiġrija tal-Autocross Bertu's Gym jagħlaq 32 sena KIEN eżatt fl-10 ta' Ottubru ta' 32 sena ilu, li ġie inawgurat Bertu's Gym ġewwa l-Għargħur. Gym li huwa ferm magħruf fil- gżejjer Maltin. Bosta nies minn Malta kollha kienu attendew għal din iċ-ċerimonja u urew entużjażmu kbir għal dan l-avveniment. Għalkemm dak iż-żmien il-gym kien jikkonsisti f 'sular wieħed, wieħed kien isib kull ma kien meħtieġ biex jitħarreġ. Tul dawn is-snin, il-bidliet li saru f 'dan il-gym kienu kbar. Illum il-gym qiegħed imqassam fuq tliet sulari u mgħammar b'magni professjonali minn tal- aħħar. Barra minn hekk dan il-gym estenda s-servizzi tiegħu u qiegħed joffri ukoll taħriġ tal- boxing u tal-karate, kif ukoll klassijiet tal-fitness. Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll l-estensjoni li saret fit-tieni sular ta' dan il-gym aktar kmieni din is-sena. Hawnhekk inbniet kamra ġdida li hija ddedikata kollha għat- taħriġ tas-saqajn. U dan kollu grazzi għal Bertu Camilleri, bniedem li ddedika ħajtu kollha għall- isport. U huwa minħabba din id-dedikazzjoni u passjoni ta' dan il-bniedem, li Bertu's Gym għadu miftuħ wara dawn is-snin kollha u frekwentat minn diversi atleti u dilettanti kemm Maltin kif ukoll barranin. Ta' min isemmi wkoll wieħed mill-avvenimenti li Bertu Camilleri ilu jorganizza għal diversi snin u li saret sinonima ma' dan il-gym. Din hija l-posedown tal- Milied ta' Bertu's Gym. F'din il-posedown annwali, jieħdu sehem diversi body-builders kemm ta' esperjenza kif ukoll ġodda. L-għan ewlieni ta' din l-attività huwa biex jgħin bodybuilders ġodda jsiru aktar kunfidenti fuq il-palk għall-kompetizzjonijiet futuri. Din is-sena l-posedown se ssir nhar il-Ħadd, 30 ta' Novembru, fl-10am, ġewwa l-Oratorju tal-Għargħur. Kull min huwa interessat li jieħu sehem fil-posedown, jista' jagħmel dan billi jew iżur il-Bertu's Gym ġewwa l-Għargħur jew iċempel fuq in-numru tat-telefown 21413406. Il-logo u ċjali ta' Bertu's Gym

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014