Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn iċ-ċess? Mhux minn dejjem kelli l-ħajra li nilgħab iċ-ċess. Meta nħares lura, ma nistax nimmarka eżattament minn fejn twieldet il-ħajra li navvanza fl-għarfien taċ-ċess. Fil-fatt, il-progress tiegħi kien kemxejn bilmod, tant li għal perjodu ta' madwar sitt snin, ma kellix l-iċken interess li nkun aħjar, inqas u inqas li nilgħab il-logħba. Iktar kont interessat li nilgħab logħob elettroniku fuq il-games consoles l-antiki u fuq kompjuter Windows 95. Peress li ħadd minn familti ma kien jaf jilgħab iċ-ċess, ma kellix ma' min nilgħab. Iktar kelli f 'moħħi li ngħaqqad il-jigsaw puzzles. Kif tgħallimt il-mossi bażiċi taċ- ċess? Tgħallimt il-mossi bażiċi taċ- ċess meta kelli madwar seba' snin, imma ma kontx naf il-mossi legali kollha, bħal castling u en passant, li huma inqas magħrufin min-nies inġenerali li jilagħbu l-logħba. Minn lat retrospettiv nista' ngħid li kelli kurżità mill-inqas fuq il- possibiltajiet infiniti ta' kif tista' tissawwar logħba ċess. Iżda fit-tieni sena tas-sekondarja, l-iskola riedet erba' plejers biex jirrappreżentawha f 'turnament żgħir ta' bejn l-iskejjel. B'xorti tajba, avolja kont 'il bogħod ħafna minn livell li llum inqisu diċenti, flimkien ma' tliet studenti oħrajn, intgħażilt biex nilgħab f 'isem l-iskola. Għadni niftakar lill-għalliem tal-iskola St Michael f 'Santa Venera, Alex Farrugia, ifakkarna r-regoli tal-castling fi triqitna lejn l-iskola fejn sar it- turnament. Fit-turnament ta' bejn l-iskejjel spiċċajt b'żewġ paritajiet u rebħa. Kont iffurtunat li ma tliftx il-logħob li spiċċaw b'parità għax fit-tnejn li huma kont qiegħed nitlef, imma l-avversarji tiegħi daħlu fi stalemate. Stalemate isseħħ meta plejer ma jkollux mossi legali imma ma jkunx taħt ċekk; f 'dak il-każ il-logħba tkun parità. Peress li l-logħbiet kienu qosra (kwarta kull plejer, jiġifieri massimu ta' nofsiegħa tista' ddum kull logħba), il-ħin huwa prezzjuż, u jista' jkun fattur kruċjali fl-iżvolġiment tal- logħba. Madankollu, l-għalliem tas-sekondarja li kien qed jieħu ħsieb it-tim tagħna ssuġġerieli li nibda nieħu l-lezzjonijiet fis-sajf fl- iskola San Benedittu f 'Ħal Kirkop. Minn hemm, bdiet tikber il-kilba biex nitjieb. Kif komplejt tevolvi fiċ-ċess? Sena wara rnexxieli nirbaħ il- kampjonat tal-iskola wara li rbaħt kull logħba. L-ikbar sodisfazzjon tiegħi kien meta fl-aħħar logħba rnexxieli negħleb lil student tal- ħames sena li waqt il-brejk tal- iskola kien jiggwidani fuq ċerti prinċipji ta' kif tiftaħ il-logħba. Kienet sorpriża għall-għalliem li organizza t-turnament kif ukoll għalija. Fl-2008 mbagħad kelli l-unur li nieħu t-tielet post fil-kategorija ta' taħt l-erbatax-il sena. L-unika telfa ġarrabtha kontra Jeanluc Mangion, li spiċċa ġie l-ewwel fit-turnament b'massimu ta' ħames punti. Għalkemm dak iż-żmien bl- erba' punti li akkwistajt kont inkun sodisfatt, illum iżjed qed nagħti importanza lill-kwalità tal-mossi li nilgħab, iktar milli r-riżultat innifsu. Fl-2010 irbaħt it-titlu tal-aqwa plejer ta' taħt is-16-il sena għall- ewwel darba, bi tliet punti u nofs minn ħamsa. Dak kien turnament memorabbli għalija minħabba li kontra Leonard Farrugia kelli vantaġġ sew fuq l-arloġġ imma xorta spiċċajt tliftha. Wara l-logħba niftakar lill-veteran Stephen Farrugia, ħu Alex Farrugia li ħa ħsieb kamp taċ-ċess fis-sajf f 'San Benedittu f 'Ħal Kirkop, jgħallimni tagħlima importanti li għadha miegħi sal-lum: li meta tkun minn fuq fil-ħin, trid tara li tuża l-ħin tiegħek biex iżżomm il-logħba iktar ikkumplikata għall-avversarju, biex il-probabilità li jiżbalja tiżdied. Dan l-avviż għeni ħafna. Mhux l-ewwel darba li anke fl-ogħla livell taċ-ċess, issib li min ikun qed jirbaħ jinqabad f 'din in-nassa li jilgħab kontra n-nuqqas ta' ħin tal-avversarju, bil-konsegwenza li jispiċċa jitlef. Fl-2011 kelli qabża enormi fil- klassifiċi internazzjonali tiegħi f 'turnament pjuttost b'saħħtu meta mqabbel ma' turnaments oħrajn li saru Malta fl-istess żminijiet. Kien turnament miftuħ għal kulħadd. Minn seba' logħbiet, irbaħt ħamsa u tlift tnejn kontra ż-żewġ kompetituri li ġew fl-ewwel u t-tieni post rispettivament, biex b'hekk spiċċajt fit-tielet post minn 24 kompetitur. Minkejja n-nuqqas ta' esperjenza, lgħabt u għelibt plejers kemm Maltin u barranin li fuq il-kitba kienu favoriti sew. F'dik is-sena ħadt sehem għall- ewwel darba fil-preliminari, li huwa l-ewwel fażi minn tlieta tal- kampjonat ta' Malta. Il-preliminari huwa miftuħ għall-Maltin li għandhom klassifika lokali ta' inqas minn 1850. Dak iż-żmien ir-rating lokali tiegħi kien 1508. Mill-preliminari jgħaddu sitta għall-fażi li jmiss: il-kandidati, li huwa miftuħ għall-Maltin li għandhom rating lokali ta' 1850 jew iżjed u għas-sitta li għaddew mill-preliminari. Mill-kandidati mbagħad jgħaddu l-aqwa erbgħa għall-finali, flimkien maċ- champion ta' Malta u l-plejer li ġie fit-tieni post fis-sena ta' qabel, li awtomatikament jikkwalifikaw għall-finali. Fil-preliminari tal- 2011 spiċċajt fit-tielet post minn ħdax, bi ksib ta' ħames punti minn sebgħa, bl-uniċi żewġ telfiet li kkonċedejthom kontra l-plejers li ġew fl-ewwel u t-tieni post. Għaldaqstant ikkwalifikajt għall- kandidati. Fil-kandidati, li huwa fażi pjuttost iktar iebes minn dak ta' qablu, sibt oppożizzjoni ħafna iktar esperjenzata, tant li kelli riżultat batut immens għall-aspettattivi tiegħi. Kulma ksibt f 'dak it- turnament kienu tliet punti minn sebgħa. Għalkemm kelli riżultat mhux mixtieq, għamilt il-kuraġġ biex nirranġa l-iżbalji tiegħi u ma nirrepetihomx. Fl-istess sena wkoll irbaħt għall- ewwel darba l-kampjonat ta' taħt l-20 sena – titlu li kont ili għalih żmien twil. B'żewġ paritajiet u tliet rebħiet ġibt l-erba' punti li kienu biżżejjed biex nirbaħ il- kampjonat. Kont l-uniku plejer li ma tliftx logħba mit-turnament kollu. Iktar milli għax irbaħt, kont ferħan li kelli logħbiet estetiċi b'ħafna sagrifiċċji u tattiċi. Barra minn hekk, f 'logħba kruċjali kontra Andre Xuereb, li kien qed jiddefendi t-titlu tas-sena preċedenti, irnexxieli nirbaħ logħba mitlufa b'tattika sabiħa wara li offrejt serje ta' paritajiet li bir-raġun, m'aċċettax l-avversarju. Meta ppreżentawli t-tazza, niftakar lil Ray Azzopardi, li kien jgħallimni ċ-ċess għal xi żmien, jgħidli li rrid nirbaħha tliet darbiet wara xulxin. Dak il-kliem baqa' stampat f 'moħħi u kont determinat biex nikseb anke aħjar minn hekk. Fis-sena ta' wara, erġajt irbaħt it-titlu ta' taħt l-20 sena għat- tieni darba u ġejt mistieden mill-federazzjoni taċ-ċess biex nikkompeti barra minn xtutna - f 'Chania, fi Kreta. Fit-turnament SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Jake Darmanin – champion tal-juniors taċ-ċess u li b'dak li diġà kiseb ta' età żgħira, jidher li għandu futur mill-isbaħ -istess sport "Meta tkun minn fuq fil-ħin, trid tara li tuża l-ħin tiegħek biex iżżomm il-logħba iktar ikkumplikata għall- avversarju" "Peress li ħadd minn familti ma kien jaf jilgħab iċ-ċess, kont moħħi li fil-jigsaw puzzles" Iċ-Champion tal-Juniors

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014