Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 35 SPORTSillum setgħu jieħdu sehem parteċipanti ta' taħt l-għoxrin sena fil-Mediterran. Kienet avventura għalija għax kelli tmintax u kienet l-ewwel darba li sifirt waħdi biex nirrappreżenta lil Malta. Ir-riżultat kien ferm pożittiv għalija għax minn 82 plejer, ġejt ikklassifikat fis-seba' post fl-aħħar tat-turnament. B'sitt rebħiet, parità u żewġ telfiet, ħadt l-aqwa ta' taħt it-tmintax-il sena. Fl-aħħar logħba ġibt parità importanti kontra plejer b'rating ta' 'l fuq minn 2300. Bis- saħħa t'hekk, bdejt inħossni aktar kunfidenti. X'għadda mingħalik fl-2013? Fl-2013 erġajt irbaħt il-kampjonat ta' taħt l-għoxrin sena għat-tielet darba, b'ħamsa minn ħamsa. Mill- mument li rbaħt l-aħħar logħba tal-kampjonat, bdejt naspira biex nerġa' nirrepeti s-suċċess għall- aħħar darba li kont eliġibbli: fis- sena ta' wara. F'liema kompetizzjonijiet kont impenjat matul din is-sena? Fl-2014 kelli l-opportunità li nirrappreżenta lil Malta fil-logħob tal-Commonwealth fi Glasgow, fl-Iskozja. Minn disa' logħbiet, l-avversarji kollha tiegħi kellhom rating ogħla minn tiegħi. Minkejja dan, irbaħt tliet logħbiet, ġibt żewġ paritajiet u erba' telfiet. L-ewwel logħba tatni l-ikbar sodisfazzjon ta' ħajti: meta rbaħt kontra International Master (it- tieni l-ogħla titlu fiċ-ċess) b'rating internazzjonali ta' 2375 - 500 punt ogħla minn tiegħi. F'Settembru li għadda rbaħt il-Kampjonat ta' taħt l-20 sena għar-raba' sena konsekuttiva. X'emozzjoni ħassejt? Ħassejtni fis-seba' sema li ksirt rekord nazzjonali. Dan it-titlu kien intrebaħ minn Timothy Mifsud għal erba' darbiet imma mhux infila. Ħadt gost ħafna bil-livell tal- mossi li lgħabt għax f 'ebda punt ma kont mitluf. X'impenji kellek f 'Ottubru? F'Ottubru ħadt sehem fil- finali għall-ewwel darba, wara li ġejt fit-tielet post fil-kandidati. L-aspirazzjonijiet tiegħi għall- ġejjieni, fost prospettivi oħrajn, huma li mmur tajjeb fil-finali u li nintagħżel għat-tim Malti tal-Olimpjadi tal-2016 li se jsiru f 'Baku, fl-Ażerbajġan. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dawn is-suċċessi kollha li ksibt fil-karriera tiegħek? Nixtieq nirringrazzja lil kull min għeni biex wasalt fejn qiegħed. Nispera li 'l quddiem ikolli opportunitajiet oħra biex nirrappreżenta lil pajjiżi, u nixtieq ukoll li ċ-ċess f 'Malta jara wċuħ ġodda. Mhux minn dejjem kellu l-ħajra li jilgħab iċ-ċess Tgħallem il-mossi bażiċi taċ-ċess meta kellu madwar seba' snin, imma ma kienx jaf il-mossi legali kollha, bħal castling u en passant Fl-2011 kellu qabża enormi l-klassika internazzjonali tiegħu f'turnament pjuttost b'saħħtu meta mqabbel ma' turnaments oħrajn li saru Malta -istess żminijiet F'Settembru li għadda rebaħ il- Kampjonat ta' taħt l-20 sena taċ-ċess għar-raba' sena konsekuttiva Jake Darmanin tal-Juniors taċ-Ċess Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014