Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 NEW CITROËN C4 www.citroen.com.mt Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com Combined consumption (l/100 km): from 3.8 to 4.3. CO2 emissions (g/km): from 88 to 99. CITROËN C4 CACTUS Citroën Malta 0896. Citroen - C4 Cactus - 18x5.indd 1 22/10/2014 14:04 Triton minflok Mare Nostrum ILPROGRAMM ta' salvataġġ fil-Mediterran, Mare Nostrum se jitneħħa u minfloku, se jidħol fis-seħħ Triton; li hija operazzjoni ta' patrol marittima tal-Unjoni Ewropea. Din tal-aħħar se tkun operata mill-aġenzija Frontex u se tagħmel użu minn sitt bastimenti, żewġ ajruplani u ħelikopter biex ikunu jistgħu jagħmlu bħal ronda għal immigranti illegali li qed jaħarbu mill- Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani. Minkejja dan, Triton se jkollha biss terz mill-baġit li kellu Mare Nostrum u għaldaqstant se jiffukaw aktar fuq il-kontroll fil-fruntieri milli fuq is-salvataġġ. Dan qed isir wara pressjoni mill- Italja, hekk kif il-programm ta' salvataġġ inbeda sena ilu fuq bażi ta' emerġenza wara d-diżastri fuq il-baħar li ħallew 300 immigrant mejjet. Il-kabinett Taljan mistenni jwaqqaf uffiċjalment dan il- programm nhar il-Ħamis. Triton se tkun ibbażata kemm f 'Lampedusa li tilqa' ħafna mill-immigranti u kif ukoll f 'Porto Empedocle fi Sqallija fejn il-patrol mistennija tibda ssir anke madwar il-kosta ta' Sqallija waqt li jibqgħu madwar 30 mil 'il barra mill- kosta Taljana. Però dawn l-operazzjonijiet ta' salvataġġ kapaċi jestendu anke viċin il-Libja b'differenza għal dak li kien jagħmel il-Mare Nostrum. Skont is-sit tal- BBC, diversi pajjiżi qalu li se jagħtu tagħmir u apparat fosthom Franza, il-Finlandja, Spanja u anke l-Iżlanda, li mhix membru tal-UE. Sa mill-bidu ta' Mare Nostrum tnax-il xhar ilu, ġew salvati madwar 150,000 immigrant bil-maġġoranza tagħhom ikunu mill-Afrika ta' Fuq u mil-Lvant Nofsani. Intant f 'Malta jasal fi tmiemu wkoll il-programm MOAS (Migrant Offshore Aid Station) li salva mat- 3,000 immigrant fil-missjoni ta' 60 jum li għamel. Il- MOAS se tieqaf għax-xitwa waqt li tiġbor fondi għall- missjonijiet tas-sena d-dieħla. Il-MOAS kien qed jopera minn fuq il-bastiment MY Phoenix, vapur armat b'camcopters SCHIEBEL u RHIBs tas-salvataġġ flimkien ma' ekwipaġġ ta' 18-il persuna li jinkludu paramediċi u tobba ta' esperjenza. Bis-saħħa ta' komunikazzjoni bejn il- MOAS u ċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tas-Salvataġġ Taljan, il-ġimgħa li għaddiet biss ġew salvati 331 persuna minn żewġ dgħajjes li kienu jinsabu f 'diffikultà. Il-MOAS, li ġie stabbilit fil-25 t'Awwissu għamel tliet missjonijiet ta' 30 ġurnata l-waħda fejn fihom ġew salvati 1,451 immigrant. L-immigranti kollha li ġew mgħejuna mill-MOAS, ġew imwassla l-Italja taħt id- direzzjoni taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tas-Salvataġġ ta' Ruma. "Il-MOAS kienet ta' suċċess kbir. Urejna lid- dinja li għandna r-riżorsi u l-professjonaliżmu biex nagħmlu dawn is- salvataġġi b'mod effettiv. Il-missjonijiet ta' salvataġġ kollha kienu ta' suċċess u bla inċidenti. Issa jeħtieġ li nsibu mod kif il-MOAS tkun sostenibbli fil-futur," sostna l-fundatur tal-MOAS, Christopher Catrambone waqt li rringrazzja lil organizzazzjonijiet bħal NGO Medical Bridges li diġà kienu ta' għajnuna finanzjarja kbira. Christopher u martu Reġina Catrambone ffinanzjaw din l-operazzjoni kollha matul din is-sena, però ma jistgħux jkomplu jiffinanzjawh waħedhom. "Nixtiequ nispiraw oħrajn biex ikunu parti minn dan il-proġett. Diġà rċevejna xi donazzjonijiet però din il-missjoni tiswa tal-anqas €400,000 fix-xahar sabiex topera b'mod effettiv. Jeħtieġ li nsibu donaturi oħra li jridu jsalvaw il-ħajjiet," qalet Reġina Catrambone. L-eks Brigadier tal-Armata Martin Xuereb, li issa huwa d-direttur tal-MOAS qal li issa li l-Mare Nosrtum se jitwaqqaf, il-missjoni tal-MOAS se tkun aktar importanti. "Dak li se jieħu post Mare Nostrum għandu jkollu l-prijorità li jsalva l-ħajjiet. In-nies li salvajna kienu ġejjin minn pajjiżi li jinsabu fi gwerer bħas-Sirja u Gaża, wara li jkunu vvjaġġaw it-triq kollha sal-Libja, li reġgħet imtliet bil-vjolenza. Dawn in-nies iħossu li m'għandhomx għażla oħra ħlief li jaħarbu u jirriskjaw ħajjithom biex isibu l-kenn. Ma nistgħux inħalluhom jgħerqu," temm jgħid il- Brigadier Xuereb. Il-kabinett Taljan mistenni jwaqqaf uffiċjalment Mare Nostrum nhar il-Ħamis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014