Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 Il-Community Chest Fund mhux se jlaħħaq mad-domanda ILPRESIDENT ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca laqqgħat lis-sindki u kunsilliera ta' Malta fejn ħeġġithom jagħtu sehemhom bis-sħiħ, permezz tal-komunitajiet li jirrappreżentaw, għall- attivitajiet tal-Istrina b'risq il-Malta Community Chest Fund. Il-President ta' Malta spjegat kif il-Malta Community Chest Fund, l-unika Fond Nazzjonali li jassisti verament lill-Maltin li jaffaċċjaw sitwazzjonijiet iebsa bħal mard u anki sitwazzjonijiet ta' faqar, mhux se jkun qed ilaħħaq mad-domanda ta' mijiet kbar ta' Maltin li jirrikorru għall-għajnuna, jekk il- Fond mhux se jikber. Il- President ta' Malta qalet li tinsab fiduċjuża li l-Maltin mil-lokalitajiet rispettivi tagħhom, irrapreżentati mill-gvernijiet lokali, jifhmu u jħossu r-realtajiet tal-Malta Community Chest Fund u l-bżonn li nuru solidarjetà b'saħħitha f 'mumenti iebsa bħal m'huma sitwazzjonijiet ta' mard. Hija spjegat kif il-Malta Community Chest Fund qed taffaċċja realtajiet ta' mard bħal kanċer, li l-kura tiegħu żdiedet iżda din iġġorr magħha spejjeż kbar u għalhekk il-fond tal-MCCF irid jissoda u jitkabbar biex l-appoġġ ikun wieħed sħiħ. Hija qalet li bħala President ma tridx li jkollha sitwazzjoni fejn ikollha tirrifjuta milli tagħti għajnuna minħabba l-limiti ta' dan il-Fond Nazzjonali u għalhekk temmen li bl-entużjażmu u l-fehma tal-Maltin għal bżonn ta' tisħiħ fis-solidarjetà, dan il-Fond verament jista' jikber u jissaħħaħ. L-ekonomija ħadra għadha ambigwa f 'pajjiżna "SE jkun hemm għarbiel ekonomiku għal pjan strateġiku dwar il-green jobs" dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta kien qed jiftaħ konferenza tal-Malta Green Management and Alternative Energy dwar it-tkabbir tal-hekk imsejħa "ekonomija ħadra." Brincat qal li l-ħtieġa ta' flessibilità sħiħa fl- ekonomija Maltija bl-ebda mod ma tnaqqas l-impenn favur ekonomija li tirrispetta l-ambjent. "L-inizjattivi kollha se jgħaddu minn evalwazzjoni ekonomika biex jinstab x'kontribut dawn jagħtu lill-ekonomija. Fl-istess ħin se jkun eżaminat il-potenzjal ta' dawn l-inizjattivi dwar kemm se joħolqu impjiegi u kemm se jitkejjel l-impatt tal-implimentazzjoni tagħhom u ħiliet li l-pajjiż jistenna f 'dawn it-tip ta' impjiegi" qal il-Ministru. Qal ukoll li fi tmiem ta' dan il-proċess, il-Gvern se jkun f 'qagħda li jfassal miżuri regolatorji, fiskali u ta' ppjanar li primarjament għandhom l-iskop li jistimulaw it-tkabbir tal-ekonomija l-ħadra u x-xogħol. Brincat kompla jgħid "Id-definizzjoni ta' "impjiegi ħodor", kemm f 'Malta kif ukoll fuq bażi internazzjonali, għadha vasta u ambigwa. L-uniku studju biex jevalwa l-qies u n-natura tal-industrija Maltija tal-manifattura u s-servizzi f 'Malta f 'termini ta' impjiegi ambjentali, jmur lura għall-2007. Għalhekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika qed jagħmel studju ieħor aktar xjentifiku u skont il-klassifikazzjoni tan-NACE. Dan ma jfissirx li sakemm isir dan l-istudju ma jittieħdux miżuri identifikati fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014." Huwa saħaq li għall- kuntrarju, l-oqsma l-aktar importanti bħall-enerġija, l-bidla fil-klima, it-trasport, l-iskart, l-ilma u x-xiri ta' prodotti mill-Gvern li jmorru favur l-ambjent ilhom li ddaħħlu fil-proċessi li se jbiddlu l-mod tal- konsum u li jħallu aktar effiċjenza. Brincat temm jgħid li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem kemm- il darba f 'okkażjonijiet pubbliċi dwar l-impenn ta' Malta li jkollha low carbon economy. "Issa huwa ż-żmien li nuru bil-provi l-impenn kollettiv tagħna li niksbu l-benefiċċji ta' aktar effiċjenza tar-riżorsi disponibbli." www.gourmettoday.recipes L-inizjattivi kollha se jgħaddu minn evalwazzjoni - Leo Brincat Il-President Coleiro Preca tindirizza lis-Sindki u Kunsilliera

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014